Legislature:
Category:
Reset
Active:

politika nazzjonali favur it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet il-politika nazzjonali favur it-tfal? Min qed jaħdem fuq din il-politika? Meta se tiġi mnedija din il-politika nazzjonali favur it-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-abbozz tal-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal ġie ffinaliżżat u se jitnieda għall-konsultazzjoni pubblika fil-11 ta’ Novembru. Il-grupp ta’ ħidma li twaqqaf mill-Ministru responsabbli kien jikkonsisti f’: Ms. Doriana Bezzina; Dr. Albert Bell; Ms. Sina Bugeja; Dr. Lorna Buttigieg; Mr. James Carabott; Ms. Suzanne Gili; Dr. Anne Marie Mangion; Mr. Ian Mifsud; Ms. Roslynn Vella; Mr. Julian Xuereb. Barra l-grupp ta’ ħidma, dan id-dokument ħadmu fuqu wkoll bosta tfal, permezz ta’ eżerċizzji varji li saru magħhom matul it-tfassil ta’ din il-politika.

ammont ta' flus tal-eżami tal-mezzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta' flus tal-eżami tal-mezzi matul din is-sena 2011? Kemm kien l-ammont tal-eżami tal-mezzi fis-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni dwar l-għajnuna supplimentari

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-għajnuna supplimentari fil-ġimgħa għal persuna waħedha u għal koppja? Kemm kienet fis-sena 2010 u fis-sena 2009? Tista' tgħid kemm intnefqu flus fis-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 sa Settembru f'għajnuna supplimentari? Għall-istess snin kemm kienu l-persuni waħedhom u koppji li bbenefikaw minn din l-għajnuna? X'inhuma l-kriterji biex persuna jew koppja tieħu din l-għajnuna supplimentari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Marsa Sports Village

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Marsa Sports Village?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) qiegħed jiltaqa’ ma’ investituri interessati fl-iżvilupp tal-kunċett ta’ Villaġġ Sportiv fil-Marsa biex jisma’ s-suġġerimenti dwar kif jista’ isir titjib fuq is-sejħa oriġinali biex jiġi żviluppat il-kunċett propost b’mod sostenibbli. Dan wara li sa meta għalaq iż-żmien stipulat għas-sottomissjoni ta’ interess f’dan il-proġett ma kien hemm ħadd li ssottometta interess. Is-sejħa għal Espressjoni t’Interess għall-iżvilupp tal-kunċett propost ghall-Villaġġ Sportiv tal-Marsa ġiet ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern nhar id-29 ta’ Lulju u l-perjodu ta’ sottomissjonijiet għalaq fil-25 ta’ Ottubru li ghadda. Il-KMS kien aċċetta li jestendi d-data tal-egħluq oriġinali b’erba’ ġimgħat oħra wara li tlieta mill-ħames żviluppaturi, li ħallsu biex ġabru d-dokument uffiċjali u attendew għal-laqgħat ta’ informazzjoni, kienu talbu għal estensjoni fiż-żmien tas-sottomissjonijiet. Il-KMS kien għażel li joħroġ sejħa għal espressjoni ta’ interess minflok mar mill-ewwel għal tender pubbliku propju minħabba l-kumplessità tal-proġett u biex jesplora mudell li jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż u tal-isports.

Bunkering — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-qasam tal-bunkering (il-forniment lill-vapuri u ajruplani b’karburanti minerali, lubrikanti u materjal ieħor relatat) f'Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel primarji Maltin — għalliema Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm għalliema Għawdxin li qed jaħdmu fl-iskejjel primarji f'Malta? F'liema skejjel qed jaħdmu dawn l-istess għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Self ta' kotba mil-librerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm self ta' kotba minn kull fergħa u librerija f'Malta u Għawdex separatament f'dawn l-aħħar ħames snin u l-informazzjoni tingħata sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ftuħ tal-libreriji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma s-sigħat ta' ftuħ ta' kull librerija f'Għawdex u f'Malta u tgħid kemm huma s-sigħat imħallsa mill-gvern u kemm mill-kunsilli lokali kull lokalità separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjiegi bil-qligħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm preżentament impjiegi bil-qligħ u li qed iħallsu l-bolla tas-Sigurtà Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor Interpellant li jgħaddi din il-mistoqsija lil Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Impjiegi bil-qligħ — żieda

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra fuq liema kriterji qiegħda tiġi kkalkulata ż-żieda ta' dawk l-impjegati bi qligħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li jidher li l-Onor Interpellant qed jirreferi għal mekkaniżmu tal-COLA, nitlob li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Skema tal-pensjonanti li jibqgħu fl-impjieg

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown sena b'sena minn meta bdiet titħaddem l-iskema tal-Pensjonanti jibqgħu fl-impjieg, dawk l-impjegati li kellhom jispiċċaw bil-pensjoni imma li għażlu li jibqgħu fl-impjieg basta jħallsu l-Bolla tas-Sigurtà Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reġistru tad-Disimpjieg — skema tal-pensjonanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena, minn meta bdiet titħaddem l-iskema tal-Pensjonanti li jibqgħu jaħdmu, kemm tneħħew nies mir-Reġistru tad-Disimpjieg?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjonanti li suppost waqfu mill-impjieg tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm minn dawk gainfully occupied huma pensjonanti li suppost ħarġu bil-pensjoni, imma li għażlu li jibqgħu fl-impjieg u li l-Gvern qed jindikahom bħala impjiegi ġodda sempliċiment għaliex għadhom iħallsu l-Bolla tas-Sigurtà Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din l-informazzjoni ma tistax tingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għaliex m’għandniex statistika ta’ gainfully occupied u lanqas mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ minħabba li m’għandhiex informazzjoni dwar il-ħlas tal-bolol.

Ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave minn fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni/ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave minn fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar disa' xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li sottomettew talba għal benefiċċju tal-Mard fl-ewwel disa’ xhur tas-sena jammonta għal 48,015.

Ħaddiema — ġranet tas-sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena, kemm kien in-numru ta' ġranet tas-sick leave li għamlu użu minnhom il-ħaddiema abbażi tad-drittijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-istatistika li tista’ tingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali hija n-numru ta’ ġranet ta’ sick leave indikati fuq iċ-ċertifikati l-blu li jintbagħtu lid-dipartiment. In-numru ta’ ġranet sick indikati fuq iċ-ċertifikati fil-perjodu msemmi jammonta għal 705,994.

ċifra globali ta' flus li tħallset f'sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija ċ-ċifra globali fi flus li tħallset għas-sick leave dovut lill-ħaddiema matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lil Onor Interpellant li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena l-ispiża fuq il-Benefiċċju tal-Mard laħqet €4,840,494

Sensji mogħtija lill-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw sensji xahar b’xahar matul l-ewwel disa' xhur tal-2011 u f’liema oqsma kienu jaħdmu l-ħaddiema li ngħataw is-sensja ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24188, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm konsulenti oħrajn tal-Public Broadcasting Services li qed jitħallsu mill-Ministeru innifsu u/jew minn xi għejun oħra? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx xi ismijiet li għandhom jiżdiedu ma' dawk li ġew mogħtija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24188?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.