Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema ‘Irrestawra Darek’ – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi għall-iskema ‘Irrestawra Darek’ tal-2023? Kemm damet miftuħa din l-istess skema? Kemm-il perit irnexxielu jissottometti applikazzjonijiet għal din l-iskema? Kemm hu n-numru totali ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-iskema nfetħet fil-ħin stabbilit ta’ nofsinhar u l-Awtorità rċeviet fuq is-sistema tagħha l-applikazzjonijiet li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jerġa’ jiftaħ l-iskema ‘Irrestawra Darek’ iktar tard matul din is-sena hekk kif numru ta' applikazzjonijiet ma laħqux ġew sottomessi? Jista’ jikkunsidra wkoll li jkun hemm sistema ta' waiting list għal tali skema?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità qed tikkunsidra skemi oħra fil-futur.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – sistema mwaħħla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema ‘Irrestawra Darek’ fetħitx f'nofsinhar tat-30 ta' Mejju 2023 u ftit wara rriżulta li kien hemm is-sistema mwaħħla u numru ta' periti ma setgħux jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom? X'kienet ir-raġuni għal dan il-falliment fis-sistema?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-sistema ħadmet bil-mod kif ġie spjegat fil-mistoqsija 9784 u li l-applikazzjoniet li laħqu ddaħħlu huma dawk indikati fil-mistoqsija 9446.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – membri tal-bord tad-deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li se jkun qed jiddeċiedi l-applikazzjonijiet tal-iskema ‘Irrestawra Darek’? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji li fuqhom ser jimxi dan il-bord?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tal-Kumitat imsejjaħ “Development Planning Fund Committee” (DePFC) fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar huwa kompost minn dawn il-membri: Chairman – Perit Raymond Farrugia Membri – Chev. Paul Farrugia Perit Dr. David Mallia Perit Frans Mallia Perit Rita Vella Segretarju – Enzo Cachia Fil-każ tal-fond “Irrestawra Darek” d-DePFC jimxi fuq il-kriterji stabbiliti miċ-ċirkolari maħruġa li tispjega min huma dawk li jikkwalifikaw għall-fondi. Il-link tinsab fil-website tal-Awtorità tal-Ippjanar https://www.pa.org.mt/irrestawra-darek-2023 li fiha l-informazzjoni dwar eliġibbiltà, kwalifiki u informazzjoni oħra. Id-dokument li jinsab fil-link qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jifformaw il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar preżentament huwa kompost kif ġej: Dr Emanuel Camilleri – Chairman Is-Sur Martin Camilleri – Deputy Chairman Perit Jean Pierre Attard Perit Mario Bonello Is-Sinjura Maria Briffa Dr Aimee Brincat Perit Deborah Busuttil Is-Sur Romano Cassar Is-Sur Saviour Debono Grech Is-Sinjura Sharon Mifsud Is-Sur Joseph Zammit. Din l-informazzjoni tinstab ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern u fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2010 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA għal: (a) lukandi; (b) estensjonijet ta' lukandi eżistenti; (ċ) skejjel (tal-Gvern u/jew tal-Knisja u/jew tal-Privat); u (d) estensjonijiet ta' skejjel (tal-Gvern u/jew tal-Knisja u/jew tal-Privat)? Jista’ għal kull każ, jgħid: (a) x'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar għal kull applikazzjoni; (b) f'liema lokalità tinsab kull applikazzjoni; (ċ) f'liema stat waslet kull applikazzjoni; u (d) liema huma dawk l-applikazzjonijiet li ħarġilhom il-permess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-2010 sad-9 ta’ Ġunju 2023 ġew sottomessi 259 applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar / MEPA għal-lukandi ġodda u 262 applikazzjoni għal estensjonijiet ma’ lukandi eżistenti. Fl-istess perjodu l-Awtorità tal-Ippjanar / MEPA rċeviet 79 applikazzjoni għal skejjel ġodda u 114 applikazzjoni għal estensjonijiet ma’ skejjel eżistenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi tal-applikazzjonijiet relevanti, b’indikazzjoni tal-lokalità, f’liema stat kienet tinsab l-applikazzjoni fid-9 ta’ Ġunju 2023, b’indikazzjoni ta’ liema inħarġilhom permess.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'Malta u Għawdex, lokalità b’lokalità u sena b’sena mill-2010 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) jew kontribuzzjoni favur l-Urban Improvement Fund/Planning Fund bejn l-2010 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti wkoll rendikont tal-ammont totali fi flus u n-numru ta’ karozzi abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS/UIF lokalità b'lokalità u sena b’sena għall-istess perjodu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9645, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru: 1. In-numru ta’ applikazzjonijiet li dwarhom tħallset kontribuzzjoni favur l-Urban Improvement Fund (UIF) jew Commuted Parking Payment Scheme (CPPS); 2. In-numru ta’ parkeġġi li fuqhom ġiet ikkalkulata l-kontribuzzjoni; u 3. Il-valur tal-kontribuzzjonijiet li kienu dovuti. F’kull każ l-informazzjoni tirreferi għal ħlasijiet li saru mill-bidu tas-sena 2010 sad-9 ta’ Ġunju 2023 u maqsuma għal kull lokalità. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1907 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 133, fit-13 ta' Ġunju 2023)

Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – timelog

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9363 u jipprovdi t-timelog tal-applikazzjonijiet li ġew sottomessi fl-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek", liema skema fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, fl-ewwel tliet sigħat li fetħet? F'liema ħin il-fondi tal-iskema ġew allokati kollha proviżorjament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif miġbur mill-uffiċjali tal-Awtorità, is-sistema li biha saru l-applikazzjonijiet ħadmet kif ġej: 1. Biex wieħed jibda proċess ta’ applikazzjoni wieħed irid jidħol bl-E-id tiegħu. Il-periti li kienu qed idaħħlu applikazzjonijiet setgħu jkollhom aktar minn persuna delegata biex tapplika f’isem dak il-perit jew uffiċċju ta’ periti. 2. L-ewwel pass meħtieġ kien li persuna tiftaħ draft biex minn hemm jibda l-proċess tal-applikazzjoni ta’ uploading tad-dokumenti meħtieġa. 3. Is-sistema sa mill-ewwel ħinijiet kellha aċċess ta’ numri kbar u nfetħu bosta drafts bil-konsegwenza li l-proċess biex isir uploading tad-dokumenti ġie b’ritmu baxx ħafna. Konsegwenza ta’ dan, l-ipproċessar mis-sistema tad-dokumenti li kienu qed jiġu uploaded fuq is-sistema beda jiġi konkluż ftit aktar minn nofs siegħa wara li nfetħu l-applikazzjonijiet. 4. It-timelog li nżammet mis-sistema huwa l-ħin meta l-applikazzjonjiet li ġew konklużi bl-uploading tad-dokumenti kienu proċessati mis-sistema. 5. Illi l-ħinijiet li qed jingħataw f’din ir-risposta u li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra jindikaw l-applikazzjonijiet kif ġew konklużi u reġistrati fis-sistema wara li ġie pproċessat l-uploading fis-sistema kif spjegat. Il-fondi kollha ġew allokati proviżorjament sakemm issir l-evalwazzjoni ta’ kull applikazzjoni peress li hemm numru suffiċċjenti skont il-budget li ġie allokat.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Impjegati fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati mill-Ministeru tiegħu li jmorru jiftħu u jaħdmu fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-impjegati tas-segretarjat privat huma ingaġġati u jaħdmu b’rispett sħiħ u konsistenti mal-Engagement of Staff for Minister’s Secretariat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012. Dawn il-linji gwida għadhom fis-seħħ u fil-preżent dawn huma aċċessibbli fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jikkumplimenta l-Public Service Management Code.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċ1i u l-Ippjanar – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – skemi ta’ amnestiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hux qed tippjana biex matul il-kumplament tal-leġiżlatura toħroġ aktar skemi ta' amnestiji? Jekk iva, fiex inhu maħsub li jkunu jikkonsistu dawn l-amnestiji u min se jkun jista’ japplika għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma ħarġet l-ebda skemi ta’ amnestija.

Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – sit elettroniku ma jaħdimx

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni teknika u jgħid għalfejn is-sit elettroniku ma kienx qed jaħdem meta fetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek” nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, tant illi numru ta' periti ma setgħux jaċċessaw u jissottomettu l-applikazzjonijiet? Jista’ wkoll jgħid għal kemm (f'terminu ta' ħin) dam mhux aċċessibbli dan is-sit?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

San Ġiljan – enforcement notices li ġew segwiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm enforcement notices ġewwa San Ġiljan kienu segwiti u ttieħdu l-passi meħtieġa mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-lista ta’ liema kienu dawn l-azzjonijiet ta’ infurzar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm-il avviż ta’ infurzar ġewwa San Ġiljan kienu segwiti u ttieħdu l-passi meħtieġa mill-2013 sal-ġurnata li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, b’total ta’ 123.

Promenade bejn San Ġiljan u l-Gżira — manutenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9012, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm manutenzjoni tas-sodda/pedamenti tal-istess promenade fejn partijiet minnu qegħdin jiġġarrfu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – timelog

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi t-timelog tal-applikazzjonijiet li ġew sottomessi fl-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek", liema skema fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, fl-ewwel tliet sigħat li fetħet? F'liema ħin il-fondi tal-iskema ġew allokati kollha proviżorjament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar — Skema ‘Irrestawra Darek’ – applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-lista ta’ dawk li rnexxielhom jissottomettu applikazzjoni sabiex jikkwalifikaw għall-fondi mill-iskema li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar bl-isem "Irrestawra Darek" li fetħet nhar it-30 ta' Mejju 2023 f'nofsinhar, u jipprovdi rendikont spjegat, fl-ordni skont kif ġew sottomessi, ta’ min kien il-Perit sottomettenti, f’liema lokalità tinsab il-proprjetà, il-ħin li ġiet sottomessa, u l-istatus tal-applikazzjoni fiex qiegħda, ċjoè jekk ġietx aċċettata jew qiegħda fuq il-waiting list jew rifjutata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-Iskema “Irrestawra Darek”

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista eżawrjenti tal-applikazzjonijiet kollha, inkluż dawk fil-waiting list, illi l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet fl-aħħar sejħa tal-Iskema “Irrestawra Darek” illi turi mhux biss in-numru tal-applikazzjoni, il-Perit li applika f'isem il-klijent u l-Kunsill Lokali, imma wkoll it-timestamp ta' meta l-applikazzjoni rreġistrat ruħha fis-sistema?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Urban Development Capacity Study

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Urban Development Capacity Study li fir-Rapport Annwali tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2022 (pg. 9) huwa rrapportat li tlesta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li qed issir referenza għaliħ huwa fi stadju tal-ewwel abbozz u jagħmel parti minn serje ta’ studji oħra li wieħed irid jara flimkien biex ikunu jagħmlu sens fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ l-iSPED.

Enforcement Notice dwar permess

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7761, jista' l-Ministru jgħid liema hi u fiex tikkonsisti l-proċedura stabbilita li tintuża f’każijiet fejn jinstab żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn jinstab żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp, l-Awtorità tal-Ippjanar tikkomunika mas-sid jew mal-persuna li tokkupa l-art sabiex jiġi stabbilit jekk l-iżvilupp illegali hux ser jitneħħa mis-sid jew mill-persuna li tokkupa l-art. Jekk ma jitneħħiex l-iżvilupp mhux koprut b’permess jew ma tiddaħħalx applikazzjoni fir-rigward, l-Awtorità tikkunsidra passi oħra.