Proprjetajiet residenzjali mikrija lit-turisti fuq pjattaforma diġitali — Kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għandux pjanijiet sabiex jirregola l-kirjiet illi qegħdin isiru ta’ proprjetajiet residenzjali lit-turisti fuq pjattaforma diġitali, liema proprjetajiet jiffurmaw parti minn blokok ta’ appartamenti illi l-maġġoranza tagħhom ma jkunux qegħdin jinkrew għal skopijiet turistiċi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tiżviluppa regolament ġdid li jirregola t-trasferiment ta’ informazzjoni bejn il-pjattaformi diġitali u awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri fuq kirjiet ta’ propjetà residenzjali. Dan ir-regolament ħa jkollu impatt ġdid fuq dan is-suq u għaldaqstant ħa jkollu jiġi akkumpanjat b’politika ġdida għas-settur kollu.
MTA – Kiri ta’ proprjetà privata mhux liċenzjati — ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) dwar kiri ta’ proprjetà privata lit-turisti mhux liċenzjati mill-MTA?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċeviet 16-il ilment ta’ suspett ta’ kiri ta’ propjetà privata mhux liċenzjata mill-MTA. Kull ilment li jitressaq jiġi investigat u tittieħed l-azzjoni legali kontra dawk l-operaturi li ma jimxux mal-liġijiet u r-regolamenti.
MTA – Kiri ta’ proprjetà privata liċenzjati — ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rċeviet ilmenti l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) dwar kiri ta’ proprjetà privata lil turisti liċenzjati mill-MTA?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċeviet 18-il ilment ta’ suspett ta’ ksur ta’ liġijiet u regolamenti ta’ propjetà privata għall-kiri liċenzjata mill-MTA. Kull ilment li jitressaq jiġi investigat u tittieħed l-azzjoni legali kontra dawk l-operaturi li ma jimxux mal-liġijiet u r-regolamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inspections ta’ proprjetà mikrija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu spezzjonat 250 propjetà privata li qed jintużaw bħala posta għall-btala. L-Awtorità twettaq spezzjonijiet regolari biex tiżgura li l-operaturi fis-settur jimxu mal-liġijiet u r-regolamenti, u għaldaqstant kull prodott jew servizz offrut ikun ta’ livell għoli.
MTA — Proprjetajiet privati liċenzjati għall-kiri lit-turisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà privata hija liċenzjata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-kiri lit-turisti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ proprjetajiet privata li hija liċenzjata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-kiri lit-turisti huma ta:
Akkomodazzjoni ma’ Familja Ospitanti:
1376 liċenzja
Postijiet għal btala:
5304 liċenzja
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Għajnuna finanzjarja lill-istituzzjonijiet reliġjużi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu u liema kienu l-istituzzjonijiet reliġjużi li talbu biex jingħataw għajnuna finanzjarja sabiex itejbu jew isebbħu l-binjiet tagħhom jew xi proprjetà oħra li jieħdu ħsieb, permezz ta’ fondi mogħtija mill-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għal kull sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu t-talbiet li ġew aċċettati, u f’kull każ kemm kienet is-somma approvata, għal kull sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm mit-talbiet li saru għadhom qed jiġu kkunsidrati, u liema huma?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2020 sal-2023, kien hemm total ta’ 18-il istituzzjoni reliġjuża li ingħataw għajnuna sabiex itejbu u isebbħu l-binjiet tagħhom. Dawn jinkludu:
· Arċidjoċesi ta’ Malta,
· il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa,
· il-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba,
· Għaqda Wirt Kulturali Naxxar,
· MISSIO,
· Il-Ħbieb tat-Tempju ta’ Sant’Elena Birkirkara,
· Knisja Anglikana ta’ Malta,
· Knisja Parrokkjali tan-Naxxar,
· Bażilika ta’ Sant’ Elena Birkirkara,
· Parroċċa Santa Marija Qrendi,
· Ulied il-Belt il-Qadima,
· Vittoriosa Historical and Cultural Society,
· Provinċja Franġiskana Maltija ta’ San Pawl,
· Knisja Parrokkjali Griega – Kattolika,
· Patrijiet Franġiskani Valletta,
· Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta,
· Knisja Parrokkjali Rabat,
· National Federation Past Pupils of Don Bosco.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħwienet li jinsabu taħt ir-residenzi f’The Strand Tas-Sliema humiex liċenzjati biex idoqqu mużika barra? Jekk mhumiex, sa liema ħin il-liċenzja tagħhom tippermettilhom idoqqu l-mużika u jekk din il-liċenzja tawtorizzahomx li jagħmlu inkonvenjenzi lir-residenti li jgħixu fuq dawn il-ħwienet?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – atleti fil-Giro d'Italia — Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hijiex qed tirreklama jew tisponsorja atleti fil-Giro d'Italia? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi li qed toħroġ għal dan il-għan?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda CEO tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru imniżżla hawn taħt, ma jagħmel xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattika professjoni privatament waqt li qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ CEO.
MCC / ITS - Is-Sur Pierre Fenech
MTA - Is-Sur Carlo Micallef
MFC - Is-Sur Johann Grech
TZRA - Is-Sur Dennis Vella.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1241 u 18572 tal-Leġiżlatura XIII u 4438 tal-Leġiżlatura XIV fejn il-Ministru kellu jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq, peress li preżentement fil-maġġor parti tiegħu l-ispazju hu riservat għal coaches u l-art in kwistjoni hija diġà kommessa li tintuża bħala parkeġġ peress li diġà qed isir dan, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-testijiet u r-rapporti ġeoloġiċi li saru mill-Gvern fiż-żona biex jissostanzja dak li qal fir-risposti tiegħu? Jistgħu fil-frattemp jiġu identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jistgħu jiġu pprovduti tali parkeġġi biex aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?
MTA – Sponsorizzazzjoni lis-Soċjetajiet Mużikali biex jiġu organizzati l-festi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Ministeru tiegħu permezz tal-MTA jibda jisponsorja lis-soċjetajiet mużikali ta’ pajjiżna u b’hekk jagħmel tajjeb għal ċerti spejjeż li jsiru biex jiġu organizzati l-festi li jattiraw lejn pajjiżna ammont kbir ta' turisti matul l-istaġun tas-sajf?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tagħmel l-almu tagħha sabiex tippromwovi l-gżejjer Maltin barra minn xtutna permezz ta’ diversi interventi skont in-neċessità u l-fondi allokati.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Ċelebritajiet Internazzjonali miġjuba f’pajjiżna — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista taċ-ċelebritajiet internazzjonali li ġew miġjuba f’pajjiżna fl-aħħar żewġ Leġiżlaturi għall-attivitajiet pubbliċi varji u jekk possibbli jagħti r-remunerazzjoni jew donazzjoni rispettiva mgħoddija?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema ċelebritajiet u attivitajiet pubbliċi qiegħed jirreferi.
Ministeru għat-Turiżmu — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14360, jista' l-Ministru jindika liema Gazzetti tal-Gvern qed jirreferi għalihom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14360, ninfurmah li skont ir-Regolamenti tal-Akkwist Pubbliku, dan se jiġi ppublikat qabel l-aħħar tal-ewwel kwart ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn appartamenti/residenzi li huma liċenzjati bħala holiday furnished premises u jaqsamhom skont il-lokalità li qegħdin fihom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru ta’ appartamenti/residenzi li huma liċenzjati bħala holiday furnished premises mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huma ta’ 5,304.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni maqsuma skont il-lokalità.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15499 u 15817 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: Minkejja d-diversi wegħdiet tal-Gvern li l-proġett tax-Xatt tal-Kalkara u t-toroq tal-madwar ser ikun lest sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u minkejja li wasalna fl-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2024 u dan il-proġett għadu lura milli jkun lest, jista’ l-Ministru jgħid:
a. x'fadal isir f'dan il-proġett sabiex ikun kompletament lest?
b. meta dan il-proġett ser ikun kompletament lest?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15430.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-linji gwida l-ġodda tal-cash rebates?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika fuq https://screenmalta.com/cash-rebates/. Qed inqiegħed kopja tad-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm capping fuq il-cash rebate biex ma jerġax ikollna film barrani li jieħu somma enormi lura waħdu f’cash rebates?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-istrateġija tal-films ġewwa pajjiżna u meta se toħroġ xi forma ta’ konsultazzjoni pubblika dwar dan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni ilha għaddejja mill-2019. Id-dokument finali qed jiġi ffinalizzat biex jiġi ippubblikat għal aħħar konsultazzjoni li huwa maħsub li ssir lejn nofs is-sena.