Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — applikazzjonijiet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'applikazzjonijiet u minn min (privat jew gvern) saru dawn l-istess applikazzjonijeit mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Xi żviluppi kienu proposti minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddilna iktar informazzjoni, bħal jispeċifika liema perjodu trid tkopri r-risposta, biex b'hekk l-Awtorita' tkun tista' twieġeb aħjar din il-mistoqsija.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34475 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu kif ukoll l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadhom qed jiġbru l-informazzjoni u din tingħata f’xi seduta oħra.

ħruq illegali tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34687 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34914.

MEPA — kawżi l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34338 u jgħid kemm kellha kawżi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Qorti tal-Appell matul dawn l-aħħar sentejn u kemm minn dawn tilfet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2010 ġew ipprezentati erbatax (14) -il appell kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar, fis-sena 2011 daħlu disgħa u sebgħin (79)-il appell fil-waqt li fis-sena 2012, sa Mejju, daħlu wieħed u tmenin (81) appell. Mis-sena 2010 sal-lum, il-Qorti ta’ l-Appell fil-Ġurisdizzjoni Superjuri, Inferjuri u Kriminali tagħha tat sitta u tletin (36) sentenza li fiha kien hemm involuta bħala parti l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Minn dawn is-sentenzi, f' wieħed u għoxrin (21) appell ġiet ikkonfermta id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar jew it-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. F' erbatax (14) il-appell id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar jew it-Tribunal ta' Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiet annullata u l-proċess intbgħat lura quddiem l-istess Bord jew Tribunal.

Qawra — Proġett tal-Aquarium - parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-gvern sabiex joffri alternattiva għat-telf ta' madwar 340 parkeġġ biex jitwettaq il-proġett tal-aquarium ġewwa l-Qawra, liema nuqqas diġà qed jinħass u li se jinħass aktar fil-ġimgħat li ġejjin meta eluf ta' Maltin u turisti jkunu alloġġjati f'dawk l-akkwati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġgett tal-Akkwarju Pubbliku fil-ponta tal-Qawra huwa proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja b’investiment ta’ aktar minn 15 il-miljun Euro. Dan il-proġett qed isegwi eżatt id-Development Brief kif maħruġa mill-MEPA u s-sit li ntagħżel kienet biċċa art mal-kosta li kienet diġa’ ddisturbata. Il-parkeġġ fil-ponta tal-Qawra, li jifforma parti mill-iżvilupp, kien jesa’ 88 karozza u mhix 340 parkeġġ kif erroneament indikat fil-mistoqsija parlamentari u issa ser ikun żviluppat fuq żewġ livelli biex jesa’ madwar 166 karozza.

Għemmieri — tkattir tal-għasafar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentarui 34074 u 33814 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta beda l-proġett tat-tkattir tal-għasafar tal-għana fl-Għemmieri f'Malta u f'Għawdex; x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett, kemm-il speċi ta' għasafar tal-għana qed jitkattru u x'kienu r-riżultati ta' dan il-proġett? Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan il-proġett u hemm ħsieb ta' xi għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għalih?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34552 u 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

ħruq illegali tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34554 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa importanti li issir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet tal-Mercaptan li ġraw fl-2009 u fl-2011. F'Lulju 2009, il-MEPA ġiet mgħarrfa dwar problemi bil-ħażna ('leak') tal-mercaptan ta' l-Enemalta, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħadet azzjoni skond kif hinu mistenni f'każijiet bħal dawn. Wara ftit jiem l-istess Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għarraf lill-MEPA li l-problema tal-'leak' kienet risolta. Waqt spezzjoni sussegwenti ta' rutina li saret mill-MEPA f'Settembru 2009, irriżulta illi l-Mercaptan maħżun il-Qajjenza kien tneħħa mill-post. Il-MEPA tikkonferma li meta skopriet dan, ħadet azzjoni immedjata u kitbet lill-Enemalta fl- 01/10/2009 u fl-28/10/2009 biex titlob informazzjoni fuq din is-sitwazzjoni. F'Settembru tal-2011, il-MEPA saret taf bil-ħruq illegali tal-mercaptan meta dettalji dwar dan il-każ ġew ppublikati fil-gazzetti. Fuq dan il-każ ġiet mitluba inkjesta. Il-MEPA qed tieħu parir legali dwar il-passi li jistgħu jittieħdu, ladarba għandha r-riżultati tal-investigazzonijiet tal-bord tal-inkjesta fuq dan l-istess każ.

MEPA — applikazzjonjiet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34722 u jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġiet sottomessa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u rrakkmondati għall-approval ġew rrifjutati mill-bord tal-awtorità presedut miċ-chairman kurrenti? Kemm-il applikazzjoni simili li kienet rakkmandata for refusal ġiet effettivament approvata (għalhekk rakkmandazzjoni overturned) mill-istess bord? Liema kienu l-applikazzjoniet f'kull każ u liema kienu l-proġetti f'kull każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ (2) tabelli li juru d-deċiżjonijiet kollha, inkluż l-overturning, li ttieħdu mill-bord ta' l-Awtorita’ presedut miċ-Chairman kurrenti.

Joint Office u taħt il-Lands Department — ammont ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fil-perjodu bejn 2007 - 2011 kemm kien l-ammont ta' proprjetajiet li jaqgħu taħt il-Joint Office u taħt il-Lands Department, rispettivament, li la huma residenzi privati u lanqas villeġjaturi, li kellhom ċens temporjanju li kien se jiskadi fil-futur, u li ġie mifdi mis-sidien, sena b'sena mill-Joint Office u mil-Lands kull dipartment separatement? X'kienu l-ammonti globali li nġabru mill-Joint office u mil-Lands Department f'dan ir-rigward, separatement, fuq bażi annwali?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

informazzjoni dwar il-camping

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-policy dwar il-camping f’pajjiżna? Hemm xi restrizzjonijiet biex wieħed imur camping f’pajjiżna, fis-sens, hemm xi postijiet fejn ma jistax isir camping? Jekk fl-affermattiv, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn din il-projbizzjoni? Fejn huwa permess li jsir camping?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

camping tourism

Question

Peress li barra minn Malta wieħed mill-aspetti turistiċi li qed jaqbad ħafna huwa dak tal-familji li jmorru għal btala f’pajjiż ieħor għall-camping jew bil-karavan, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet Maltin biex inħeġġu lil dan it-tip ta’ turisti lejn Malta?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorità tat-Turiżmu preżenzjalment ma tqiesx dan it-tip ta’ turiżmu bħala wieħed li fih Malta tista’ tikkompeti b’daqstant suċċess, daqs kemm nistgħu f’setturi oħra kif elenkat fil-politika tat-turiżmu. Dan huwa dovut għar-restrizzjoni tal-ispazju tagħna u limitazzjoni fin-numru ta’ caravan sites li għandna u nistgħu noffru. Fl-istess ħin hemm bżonn li jiġi rikonoxxut li dan it-tip ta’ turiżmu huwa popolari u li jkun hemm faċilitajiet anke jekk limitati għal min jogħġbu jżur pajjiżna b’dan il-meżż.

MEPA — każijiet ta' applikanti li ntalbu jagħmlu garanzija fuq bankini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet fejn applikanti għall-iżvilupp intalbu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jagħmlu garanziji minħaba li kien se jsir żvilupp li jista' jaffetwa l-bankini u dan għas-snin 2010 - 2011 f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa, u n-Naxxar, f'kull lokalità separatament sena b'sena?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — air quality tests

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34315 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt saret taf, ordnat jew rat riżultati ta xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan li tiegħu kienet responsabbli l-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji u t-time lines kollha relevanti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 34553

ħruq illegali tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

binjiet storiċi qed jiġu restawrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema binjiet storiċi qed jiġu restawrati bħalissa, permezz ta' għajnuna mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu? F'liema lokalità jinsabu dawn il-binjiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu (MTA) bhalissa qed taħdem fuq numru ta’ progetti ta’ restawr u dawn huma: Gewwa Pembroke: · Restawr tat-torri tal-Madliena, · Restawr tal-‘British Military Defence Complex’ maġenb it-torri, · Kif ukoll restawr ta’ pont (bridge) li jghaqqad ‘patrol path’ u ‘sheltering room’ (ta’ zmien il-militar ingliz). Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF. Gewwa l-Qawra: · Restawr ta’ Entrenchment wall. · Restawr ta’ pillbox ta’ zmien il-militar Ingliz. Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF. San Pawl il-Bahar: · Restawr ta’ Gun Post ta’ zmien il-militar Ingliz. · Restawr ta’ Wignacourt Tower. Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF. Apparti dawn, l-MTA ghadha kif irrestawrat ukoll nicca fit-telgha tal-Kurcifiss (Floriana). Din saret minn fond tal-MTA.

Mużew Marittimu — soqfa perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-periklu li hemm fis-soqfa tal-Mużew Marittimu ġewx solvuti? X'azzjoni ttieħdet biex jiġu mħarsin il-ħaddiema li jaħdmu hemm?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda saqaf meqjus perikoluż fejn hu aċċessibbli għall- pubbliku u l-ħaddiema. Tul dawn l-aħħar għaxar snin saru xogħolijiet fuq għadd ta’ soqfa u strutturi oħra fil-Mużew Marittimu. Fadal xi soqfa li għad irid isir xogħol fuqhom. Saqaf ta’ sala fuq it-tielet sular irid jinbidel iżda mhux meqjus li huwa wieħed perikoluż. Saqaf ieħor li għandu bżonn jinbidel jinsab f’żona li qabel kienet is-silo tal-fran tal-flotta Ingliża. L-aċċess għal din iż-żona hu magħluq u għalhekk dan is-saqaf ma hu ta’ periklu għal ħadd. Sar program ta’ monitoraġġ ta’ saqaf ieħor u ġie stabbilit li dan m’għandux bżonn jinbidel, iżda hemm bżonn ta’ xi tiswijiet lokalizzati.

Commuted Parking Payment Scheme — flus miġbura

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm huma l-ammonti ta' flus miġbura sal-aħħar ta' Marzu 2012, taħt l-iskema tal-Commuted Parking Payment Scheme lokalità b'lokalità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — air quality tests

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34315 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt saret taf, ordnat jew rat riżultati ta xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan li tiegħu kienet responsabbli l-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji u t-time lines kollha relevanti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-records li għandha, il-MEPA qatt ma saret taf, ordnat jew rat riżultati ta' xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan tal-Enemalta. F'dan il-każ ninstab infurmat illi l-ebda testijiet tal-arja ma jistgħu isiru retrospettivament għaliex sabiex it-testijiet ikunu effikaċi jridu jsiru waqt il-każ. Il-MEPA saret taf bil-każ wara li seħħ.