Legislature:
Category:
Reset
Active:

MTA — Enforcement Notices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjolazzjoni nstabet mill-uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u kemm-il enforcement notice nħarġet minnhom fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021, ix-xogħol tal-Awtorità ma kienx biss dak li tara li l-istandards imposti mil-liġi jiġu osservati, imma kellha wkoll l-irwol importanti li tassigura li l-protokolli maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa jiġu mħarsa minn kulħadd. Fis-sena 2021 instabu 69 vjolazzjoni fejn l-Awtorità ipproċediet b’azzjoni legali, li jinkludi multi amministrattivi u 17-il avviż ta’ infurzar. Il-vjolazzjonijiet kienu jinkludu operat mingħajr liċenzja, nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ regolamenti oħra skont il-liġi, kif ukoll ksur ta’ protokolli fir-rigward tal-Covid 19. Fis-sena 2022 instabu 48 vjolazzjoni fejn l-Awtorità ipproċediet b’azzjoni legali li jinkludi multi amministrattivi u 4 avviżi ta’ infurzar. Mill-bidu ta’ din is-sena s’issa instabu 193 vjolazzjoni fejn l-Awtorità ipproċediet b’azzjoni legali li jinkludi ittri ta’ twissija, multi amministrattivi u 6 avviżi ta’ infurzar. Dawn kienu jikkonċernaw dawk li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja kif ukoll dawk li kellhom il-liċenzja iżda ma kienux qed josservaw regolamenti oħra skont il-liġi. L-operaturi ġew imwissija biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom skont il-liġi.

Pjan dwar l-użu ta’ proprjetà privata għal skopijiet ta’ turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex jirregola aktar l-użu ta’ proprjetà privata għal skopijiet ta’ turiżmu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li dan is settur huwa wieħed importanti għat-turiżmu għax iħalli l-ġid li jiġġenera t-turiżmu jippenetra aktar fil-fond fis-saffi tas-soċjetà, huwa settur li jista’ jkollu effetti fuq żoni residenzjali. Għaldaqstant, il-Gvern qed isegwi b’attenzjoni l-iżvilupp ta’ regolament ġdid tal-Unjoni Ewropea fuq ir-reġistrazzjoni ta’ postijiet għal kiri fuq terminu qasir (short-term rental) u qed juża dan iż-żmien sabiex iwassal il-messaġġ li jkun aħjar li l-proprjetà li tintuża għat-turiżmu tkun liċenzjata kif suppost. Qed nieħdu wkoll azzjonijiet ma’ aġenziji oħrajn bħall-ERA, sabiex ngħaddu messaġġ ieħor fuq separazzjoni ta’ skart f’dawn il-postijiet u, sabiex ngħinu aktar fl-infurzar, għaddejna emenda sabiex il-Kunsilli Lokali jkollhom aktar għodda għad-dispożizzjoni tagħhom.

Ministeru għat-Turiżmu — impjegat minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10181 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9106.

Persuni li attendew l-Iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10816 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

MTA – Għajnuna lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10108, 10401 u 10635 u jgħid liema individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet ingħataw għajnuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-sena 2022 taħt il-baġit tal-MTA għal ‘Marketing - Local & Intl, Digital, Brands, VMIM & Events’?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11092.

MTA – spiża fuq Marketing — Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10107, 10400 u 10634 u jagħti rendikont tal-ispiża tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għas-sena 2022 fuq ‘Marketing - Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events’ li, skont il-Financial Statements sottomessi fil-Parlament, ammontaw għas-somma totali ta’ €56,279,024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11092.

MTA – Delegazzjoni taċ-Ċikliżmu tal-Vatikan 2023 — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex tisponsorja lid-delegazzjoni taċ-ċikliżmu tal-Vatikan fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċikliżmu tal-2023 li sar fi Glasgow bejn it-2 u s-6 ta' Awwissu 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda nefqa mill-MTA f’dan ir-rigward.

MTA — Delegazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu 2023 - Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex tisponsorja lid-delegazzjoni Maltija taċ-ċikliżmu fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċikliżmu 2023 li sar fi Glasgow bejn it-2 u s-6 ta' Awwissu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda delegazzjoni Maltija u għaldaqstant ma saret l-ebda nefqa f’dan ir-rigward.

Tourism Zones Regeneration Agency – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet illi saru mit-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) għas-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 951, 1285, 1545, 3006, 3294, 3295, 3296, 6942, 8316, 8991, 10125.

Tourism Zones Regeneration Agency — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm swew b’mod individwali l-varji xogħlijiet illi saru mit-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) għas-snin 2021, 2022 u 2023 u jispeċifika f’liema lokalità saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11273.

Tourism Zones Regeneration Agency — Xogħlijiet f’San Ġiljan u Tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mit-Tourism Zones Regeneration Agency (TZRA) fiż-żona ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema fis-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11273.

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9844.

MTA — stabbilimenti liċenzjati f’Marsaxlokk

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati f’Marsaxlokk mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 27 liċenzja ta’ ristoranti u 13-il liċenzja ta’ snack bar attivi f’Marsaxlokk. Ma kien hemm l-ebda liċenzja rtirata.

MTA — stabbilimenti liċenzjati fil-Kottonera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati fil-Kottonera, inkluż il-Kalkara, mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 19-il liċenzja ta’ ristoranti u 38 liċenzja ta’ snack bar attivi fil-Kottonera, inkluż il-Kalkara. Ma kien hemm l-ebda liċenzja rtirata.

Mediterrane Film Festival — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10771 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — memorandum of understanding

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10742 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-memorandum of understanding li ġew iffirmati mill-Kummissarju tal-Films Malti, fosthom dak mal-BOV, mal-Malta Enterprise u mal-Kummissarju tal-Films Ingliż, matul il-promozzjoni tal-Mediterrane Film Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Memorandum of Understanding

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 10597 u jinforma lill-Kamra dwar il-Memorandum of Understanding li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, iffirma fis-26 ta' Ġunju 2023 ma’ żewġ kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11053.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10399 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10240, 10407 u 10641 u jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 daħlu total ta’ 29 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 15-il applikazzjoni b’total ta’ 1,678 bed capacity. Fl-istess sena ġew rifjutati żewġ applikazzjonijiet għal lukandi ġodda. Fl-2023 daħlu 16-il applikazzjoni li minnhom ġew approvati 6 applikazzjonijiet b’total ta’ 578 bed capacity, filwaqt li applikazzjoni waħda ġiet rifjutata.