Is-Siġġiewi - Knisja Parrokkjali - Xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier
Question
Jista’ l-Ministru jagħti updates dwar ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi u jgħid meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira taz-zuntier li tiġi quddiem il-Knisja u dik li tmiss ma’ Triq San Nikola hija lesta, u nbeda x-xogħol fuq il-parti taz-zuntier li tmiss ma’ Triq il-Parroċċa. Ix-xogħol kollu mistenni jkun lest fit-tieni kwart ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-grant għall-karozzi elettriċi jibda jingħata meta jsir il-ftehim tax-xiri jew meta tasal il-karozza u mhux xhur wara, peress li hemm ammont kbir ta’ persuni li ma jaslux biex ikollhom biżżejjed flus x’joħorġu f’daqqa fuq karozza ġdida?
Birżebbuġa – Promenade - Project Plan għax-xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31960 u 32148, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tax-xogħlijiet li huma mistennija li jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2026 u ta’ dawk li mistennija jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027 relatati mal-promenade ta’ Birżebbuġa u kemm hija mistennija li tkun l-ispiża għal kull sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellan li l-ewwel fażijiet infrastrutturali madwar il-Bajja ta’ San Ġorġ sal-Batterija Ferretti mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Wara li l-infrastruttura titlesta, jibda’ xogħol ta’ tisbiħ. Sal-aħħar ta’ din is-sena din iż-żona hi prevvista li tkun lesta.
Ser jinbdew partijiet oħra mal-promenade lejn il-bandli mill-Bajja ta’ San Ġorġ. Se tkun qed tiġi wkoll riġenerata l-area tal-hardstanding bejn Dawret il-Qalb Mqaddsa u Triq Santa Katerina, għal spazju mħaddar.
Għal kull sena l-ispiza prevvista hi dik ta’ Eur 5 miljuni.
Il-pjan għal 2027, għadu mhux finalizzat għaliex jiddependi minn permessi mal-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u anke konsultazzjonijiet oħra ma’ entitiajiet rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq vetturi minn Transport Malta matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar u kemm kienu l-vetturi li rriżultaw mingħajr liċenzja, mingħajr assigurazzjoni, sewwieqa mingħajr liċenzja jew li kienu qed jiksru xi dispożizzjoni oħra ta’ xi liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk li setgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, għamlu hekk u kemm minnhom Transport Malta ħadet proċeduri oħra fil-konfront tagħhom?
Is-Siġġiewi – Żona ta’ Għar Lapsi – Ħsarat kawża tal-maltemp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ħsarat li hemm fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi, kawża tal-maltemp li ffaċċja pajjiżna f’dawn il-jiem?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għall-Istqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi fuq dan ir-rigward, liema stqarrijiet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33621 u ċjoè: B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar il-vetturi klassiċi, twettqu total ta’ 434 spezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni jew l-entità li ġiet imqabbda bħala espert biex tagħti pariri dwar il-ħaxix tal-picnic area f’Ta’ Qali, kemm qabel li ntefa’ ż-żrar kif ukoll wara? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlet tali persuna jew entità, u jgħid kemm qed titħallas għal dan is-servizz?
Jista’ l-Ministru jara li tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal-linja tar-rotot 120 u 204 peress li qed ikunu mimlija passiġġieri? Jista’ wkoll jara li terġa’ tiġi introdotta r-rotta Bus X2 mill-Fgura għall-Isptar Mater Dei waqt il-peak hours mill-5.00 am sas-7.00 am għax ħafna pazjenti li qed ikollhom vista l-isptar qegħdin jispiċċaw jitilfu l-appuntament tagħhom għax ma jaslux fil-ħin, minbarra l-fatt li diversi impjegati tal-Isptar Mater Dei qed jaslu tard għax-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta X2 ma kienitx isservi l-Fgura, iżda kienet topera bejn San Ġiljan, is-Sliema, l-Isptar Mater Dei u l-Università, Marsa Park and Ride, Raħal Ġdid kif ukoll l-Ajruport.
Qed tittieħed nota tas-suġġeriment dwar żieda fil-frekwenza għal aktar konsiderazzjoni.
B’referenza għall-istat li tinsab fih Triq Bella Vista, San Ġwann, fejn parti minnha jonqsilha l-aħħar saff tat-tarmak u fejn parti oħra (ħdejn il-Kappella ta’ San Ġwann) għad trid issir, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Il-Balluta, Triq Ċensu Tabone - San Ġiljan, Triq il-Kbira - Tas-Sliema, Triq Depiro - Xogħlijiet
Question
B’referenza għall-istat li jinsabu fih it-toroq: Triq Ċensu Tabone, il-Balluta, Triq il-Kbira, San Ġiljan u Triq Depiro, Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid meta dawn it-toroq ser ikollhom it-tarmak u t-tiswija meħtieġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħol fuq dawn it-toroq se jkun is-segwenti:
· Triq Ċensu Tabone - ħa jkun qiegħed jingħata wiċċ ġdid matul ix-xahar ta’ Frar 2026.
· Triq il-Kbira - wara li jitlestew ix-xogħlijiet fir Triq Ċensu Tabone, ħa jkunu qegħdin jitkomplew ix-xogħlijiet f’din it-triq permezz ta’ trinek proposti.
· Triq Depiro - ix-xogħlijiet fuq trinek u bankini jitkomplew fi Frar, fejn eventwalment jibda xogħol ta’ bini ġdid tat-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’fadal isir fil-proġett li qed idum iktar milli kien ippjanat fit-triq prinċipali bejn ir-Rabat, Malta, u Ħad-Dingli, u meta hu mistenni li dan il-proġett jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Bormla Ferry – Ticket booth – Nuqqas ta’ staff
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux dejjem ikun hemm persuna fit-ticket booth għall-ferry tat-Three Cities, bil-konsegwenza li ħafna turisti jkollhom iħallsu abbord, u dan ħafna drabi jikkawża dewmien fit-tluq tal-lanċa jew li l-lanċa titlaq bil-passiġġieri bilwieqfa u għadhom iridu jħallsu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Operatur qed iżomm b’mod regolari rappreżentant għall-bejgħ tal-biljetti. Ninfurmaha wkoll li f’kundizzjonijiet ta’ temp ħażin, ma jkunx hemm rappreżentant preżenti fit-ticket booth.
Il-Belt Valletta – Bormla Ferry – Restrizzjoni pedonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex l-aċċess għall-passiġġieri għall-ferry (Three Cities) li qabel kienu jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing li hemm quddiem il-mina li tagħti għal-lift u wara kienu jgħaddu minn wara l-pixkerija l-antika issa ngħalaq u issa qed ikollhom jaqsmu t-triq b’mod perikoluż u għall-frustrazzjoni tas-sewwieqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-
pedestrian crossing
indikata tneħħiet mill-Awtorità minħabba li l-pożizzjoni tagħha ma kienitx meqjusa adegwata mil-lat tas-sigurtà. Min irid jaqsam jista’ jagħmel dan b’mod sigur permezz tal-pelican crossing li tinsab aktar ’l isfel.
Barra minn hekk, il-
pedestrians
ma jistgħux jgħaddu min-naħa tal-baħar peress li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq il-moll.
San Pawl il-Baħar – Il-Veċċja – Tenders marbuta ma’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol li huwa mistenni li jsir fejn l-għar tal-Veċċja sabiex jitneħħa kull periklu li jista’ jinħoloq jekk jaqgħu partijiet mill-blat? Fid-dawl li l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar ġew approvati, jista’ jgħid jekk inħarġux it-tenders għax-xogħol neċessarju? Jekk iva, dawn it-tenders ġewx aġġudikati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fejn l-għar tal-Veċċja huwa mistenni li jinbeda lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Id-dokumenti tat-tenders qegħdin jigu ppreparati.
Periklu fil-bankini/toroq - Każijiet ta’ inċidenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fl-2025 fejn persuni weġġgħu minħabba bankini jew toroq perikolużi? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna rċeviet ħlas għal danni morali u għall-ispejjeż involuti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2025 ġew irrapurtati tlett każijiet. Każ minnhom ġie konkluż u l-persuna ingħatat kumpens, filwaqt li ż-żewġ każi l-oħra għadhom qed jiġu evalwati.
Ir-Rabat, Malta – Triq il-Buskett – Patching ta’ ħofor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ‘patching’ tal-ammont kbir ta’ ħofor fi Triq il-Buskett, ir-Rabat, Malta (bejn id-djar tal-Virtù u l-Palazz tal-President), peress li qed iwasslu għal ħsarat kbar lill-bdiewa u lil dawk li jużaw din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hija waħda mit-toroq ppjanata lil ssir mill-ġdid u qegħdin fl-istadju li tinħareġ is-sejħa għall-offerti.
B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?
Il-Qbajjar u Ħondoq – Xogħlijiet fuq l-iskallijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23233 li ngħatat fil-25 ta’ Novembru 2024 dwar xogħlijiet fuq l-iskallijiet tal-Qbajjar u Ħondoq fejn kien ġie mwieġeb li “għaddej il-proċess biex jinġiebu l-clearances neċessarji mill-BCA biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-clearances inġibux u jekk iva meta nġabu u meta se jinbeda x-xogħol fuq l-iskallijiet tal-Qbajjar u ta’ Ħondoq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq l-iskall tal-Qbajjar huwa ippjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin biex l-iskall ikun jista’ jintuża fl-istaġun tas-Sajf. Ix-xogħol fuq l-iskall tal-Hondoq hu proġettat li jibda wara l-istaġun tas-Sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk żagħżugħ/a li jkun/tkun se jitlaq minn Malta jistax/tistax japplika/tapplika għall-iskema għaċ-ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan?