Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi Maltin huwa 22 ħaddiem.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.

Toroq li jaqgħu taħt it-TEN T f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T f’Malta u liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T f'Għawdex? Liema minn dawn it-toroq saru b'kofinanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u f'kull każ ta' kull triq meta nbeda u tlesta x-xogħol u kemm kien il-kofinanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN T u li għadhom ma sarux ġewwa Malta u Għawdex? Meta hu maħsub li se jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema perjodu qed jirreferi f’din il-mistoqsija parlamentari.

Mosta – tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew iż-żewġ siġriet taż-żebbuġ li tħawlu mill-Kunsill Lokali Mosta, waħda fiż-Żokrija, Triq Patri Delia ma’ Triq Madonna taż-Żejfa, u l-oħra fit-tarf bejn Triq Valletta u Triq il-Kbira, Mosta? Kien hemm tender biex jinxtraw?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda dwar is-siġra fiż-Żokrija, Triq Patri Delia ma’ Triq Madonna taż-Żejfa lill-Ministru kkonċernat. Sadanittant nitolbu jiċċara għal liema siġra qed jirreferi fil-parti bejn Triq Valletta u Triq il-Kbira.

Kottonera – reserved parking għar-residenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5138 fejn il-Ministru wieġeb “Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew il-Ministeru ħa konjizzjoni tat-talbiet li saru minn numru ta’ Kunsilli Lokali u ta' x’sistemi l-pajjiż addotta fis-snin li għaddew. Fil-preżent, fin-nuqqas ta’ sistema Nazzjonali ċara, flimkien mal-esperti, qed inħarsu lejn x’sistema pajjiżna għandu jaddotta biex b’hekk sa tmiem l-2023 il-pajjiż ikollu direzzjoni ċara waħda għal kulħadd”, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsir reserved parking għar-residenti u l-familjari tagħhom fil-Kottonera, b'mod partikolari d-dawra ta' fejn hemm l-irmiġġi u dan għax ħafna mill-parking spaces qed jittieħdu għal ġranet sħaħ kemm minn min juża l-ferry għax-xogħol jew mis-sidien tad-dgħajjes u għal dawn forsi jsir one hour parking?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni għadha għaddejja u għalhekk ikollna aktar informazzjoni meta dan l-istadju jitlesta.

Bormla – tender għal multi-level car park

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1278 fejn tlabt lill-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex il-multi-level car park li għalih kien inħareġ tender lura fis-sena 2014 jistax jerġa’ jinħareġ u dan peress li żona li twaqqgħet quddiem l-Iskola Primarja ta' Bormla għal dan il-għan għadha fi stat ta' abbandun, jista’ jgħid jekk għadhomx hemm dawk il-pjanijiet u jekk le, jista’ jkun hemm pjan ko-ordinat ma’ ministeri u entitajiet oħra sabiex din iż-żona tinġieb lura għall-istat li kienet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nfurmat li filwaqt li bħalissa l- pjanijiet ghadhom qed ikunu żviluppati, ma neskludix li fil-futur isir proġett fl-istess żona indikata li jkun jinkludi faċilità ta' parkeġġ.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – garaxxijiet tal-karozzi tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ public service garages liċenzjati biex jikru karozzi fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? Kemm hu t-total ta’ karozzi liċenzjati f’dawn il-garaxxijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ – Mina De Rohan — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Mina De Rohan, f’Ħaż-Żebbuġ, tiġi kkurata aħjar billi l-paviment ta’ madwar huwa maqlugħ u d-dawl li kien hemm inqala’ u tkisser kompletament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10685 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Transport Malta – liċenzji tas-sewqan ta’ opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li għandhom liċenzja għas-sewqan tal-opri tal-baħar, hekk kif liċenzjati minn Transport Malta? Kemm liċenzji ġodda nħarġu din is-sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata t-tarmak f'parti minn Triq il-Port Ħieles (wara l-flats tal-Housing Estate) f'Birżebbuġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta fi Triq il-Port Ħieles, kienu limitati għall-parti bejn Triq il-Barrieri u Triq is-Sebħ. Dawn ix-xogħlijiet tlestew. Ix-xogħlijiet f’parti minn Triq il-Port Ħieles (wara l-flats tal-Housing Estate) minn Triq il-Barrieri lejn Triq San Frangisk Saverju, saru mill-privat u għaldaqstant Infrastructure Malta mhux involuta f’tali xogħol.

Għawdex – Proġetti Marittimi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22594 li ngħatat fit-8 ta' Novembru 2021 rigward Proġetti Marittimi ġewwa Għawdex mill-Ministeru tiegħu, ċjoè minn Infrastructure Malta, fejn kien ġie mwieġeb li "Fiż-żmien li ġej se jsiru wkoll tiswijiet estensivi jew jinbnew mill-ġdid l-iskall u l-moll ta’ Ħondoq ir-Rummien u l-iskall li hemm fil-Qbajjar li kollha jintużaw mill-pubbliku ġenerali, kif ukoll ser tinbidel ir-rampa minn fejn jiġu varati d-dgħajjes fid-Dwejra li tintuża anke minn kumpaniji li joffru servizzi għall-għaddasa u vjaġġi mal-kosta", jista’ l-Ministru jgħid liema minn dawn il-proġetti msemmija, beda x-xogħol fuqhom u meta nbeda, kemm minnhom tlestew u meta tlestew u kemm ġew jiswew? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub (xahar u sena) li jinbdew u jitlestew dawn it-tiswijiet estensivi jew bini mill-ġdid ta' dawn il-postijiet imsemmija? Kemm huma ppjanati li jiġu jiswew kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-kuntratt tax-xogħol fuq l-iskall tal-Qbajjar li hu stmat li jiswa madwar kwart ta’ miljun ewro issa huwa aġġudikat, bix-xogħol mistenni jibda wara s-sajf. Dawn wara li l-Aġenzija Infrastructure Malta għaddiet minn proċess biex ġabet il-permessi necċessarji biex jitwettaq dan ix-xogħol. Ix-xogħol preparatorju għax-xogħlijiet f’Ħondoq u d-Dwejra għaddej ġmielu, bl-Aġenzija mistennija toħrog is-sejħa għall-offerti ta’ dawn ix-xogħlijiet fix-xhur li ġejjin, b’investiment li jilħaq kważi nofs miljun ewro.

Ix-Xgħajra — Triq Alof Wignacourt – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelter li hemm fil-bidu ta’ Triq Alof Wignacourt, fix-Xgħajra, tiġi debitament mibdula billi li hemm hija msadda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10485 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Metro — studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji dwar il-Metro? Ma’ min saru dawn l-istudji? Kemm ġew jiswew? Jista’ jgħid jekk dawn l-istudji humiex finali jew jekk baqax isiru iktar? Jista’ jgħid jekk ġewx ippubblikati? Jekk iva, fejn? Jekk le, għalfejn? Min qed jieħu ħsieb il-website dwar il-Metro? Jista’ jgħid jekk il-Gvern għandux timeline dwar il-Metro? Jekk iva, x’inhi? Jekk le, għalfejn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Marinas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn marinas f’Malta u Għawdex u kemm tesa kull marina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Berthing Capacity (Marinas) Marina Total Grand Harbour Marina 260 Creek Developments Plc 742 Gzira Gardens Marina 126 Portomaso Marina 130 Manoel Island Marina 200 Laguna Marina 123 Mgarr Harbour Marina 282 Kalkara Marina 131 Roland Marina 147 Marina di Valletta 281 Grand Total 2422

Kottonera – Grand Harbour Marina – upkeep tal-bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-upkeep tal-bankini madwar il-Grand Harbour Marina tal-Cottonera, għaliex hemm żoni li qed ikunu ta’ periklu u inkonvenjent għal ħafna persuni li jżuru dawn in-naħat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 10584 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Xemxija, San Pawl il-Baħar – Triq Katerina Vitale – arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-arblu tad-dawl li twaħħal fuq il-bankina fi Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar fuq in-naħa ta' fejn kien hemm il-Mistra Village, twaħħalx bil-permess ta' Transport Malta? Jista' jgħid jekk il-Ministeru jew xi entità li taqa' taħtu rċeviex rapporti dwar dan minħabba l-periklu li nħoloq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tagħmel spezzjoni fuq il-post biex tevalwa s-sitwazzjoni.

Il-Qrendi – ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità tal-Qrendi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

L-Imqabba– ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità tal-Imqabba? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

Ħal Safi – ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità ta’ Ħal Safi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.

Ħal Kirkop – ipparkjar ta’ e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żoni riservati apposta għall-ipparkjar tal-e-scooters fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika fejn qegħdin dawn iż-żoni? Jista’ jgħid x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu mill-Awtoritajiet jekk dawn l-e-scooters ma jkunux ipparkjati f'żoni riservati għalihom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692.