Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan – Balluta – simenta mal-baħar taħt il-Knisja tal-Karmnu — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjega dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq is-simenta mal-baħar eżatt taħt il-Knisja tal-Karmnu fil-Balluta (San Ġiljan) u jista’ wkoll jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jsir xi forma ta’ żvilupp fl-istess post?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14689 f’Seduta 332, intenni li dan il-moll li jintuża mill-għawwiema kien f’kundizzjoni ħażina ħafna taħt il-livell tal-ilma u għaldaqstant qed jinbena mill-ġdid. Dan qed isir għall-gwadann u l-użu tal-pubbliku Malti u t-turisti li jgħumu f’din iż-żona. Il-moll se jibqa’ għall-istess użu bħalma kien qabel, bid-differenza li se jkollu struttura aktar b’saħħitha biex ma jibqgħux il-perikli għall-għawwiema u ssevi aktar fit-tul. Nikkonferma li ma hemm l-ebda pjan għal żvilupp ulterjuri fuq l-istess moll.

Servizz tat-trasport pubbliku — magni mixgħula sakemm jistennew il-passiġieri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti struzzjoni lill-operatur tat-trasport pubbliku sabiex ix-xufiera fil-bidu tar-ronda fil-Pjazza tas-Siġġiewi, ma jħallux il-magna mixgħula sakemm jistennew il-passiġġieri, speċjalment fil-ħinijiet bikrin ta’ filgħodu u filgħaxija minħabba l-ħsejjes u inkonvenjent bla bżonn lis-Siġġiwin li joqogħdu fid-djar tal-madwar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li qedgħin isiru spezzjonijiet mis-sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta ġewwa l-Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi sabiex jieħdu azzjoni kemm il-darba jinstab li x-xufier jkun ħalla il-karozza tal-linja mixgħula sakemm jkun il-ħin li toħroġ bil-vjaġġ tagħha.

Awtorità tat-Trasport – kriterji għal valutazzjoni tal-vetturi għal ħlas tar-reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji eżattament jiġu segwiti mill-Awtorità tat-Trasport sabiex din tagħmel il-valutazzjoni tal-vetturi għall-finijiet tal-ħlas tar-reġistrazzjoni tal-istess vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

San Ġiljan – art ta’ fejn kien hem l-ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jew x'beħsiebu jagħmel dwar l-art fejn qabel kien hemm l-Institute for Tourism Studies (ITS) f'San Ġiljan wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali pubblikat f'Marzu 2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-PQ13676.

Ir-Rabat Għawdex – Triq ir-Repubblika — parkeġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il parkeġġ hemm fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid kemm minn dawn il-parkeġġi huma riservati u għal min huma riservati? Jista' jgħid ukoll kif fl-aħħar jiem żdied parkeġġ ieħor riservat faċċata tal-istabbilment Duke Shopping Complex? Għal min sar dan il-parkeġġ riservat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-Awtorità tat-Trasport ninsab infurmat li fi Triq Repubblika, ir-Rabat Għawdex hemm 68 parkeġġ b’kollox. Min dawn hemm 39 parkeġġ li kulħadd jista jagħmel użu minnhom u 29 parkeġġ riservati kif indikat hawn taħt; · 6 un/loading bays · 7 reserved for disabled · 4 riservati għal użu tal-Għassa tal-Pulizija · 2 E-Car sharing charging pillars · 3 keep clear quddiem Bankijiet BOV/HSCB/BANIF · 1 riservat għall-Ministeru · 4 quddiem garaxxijiet privati · 1 riservat għal-banka tal-lottu · 1 riservat għal-Isqof ta’ Ghawdex waqt ħinijiet li jkun l-Kurja

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Xagħra Għawdex – proġett ta’ Park tal-familja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14174, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’qed iżomm lill-Awtorità tal-Artijiet bħala sidt l-art, milli tagħti l-clearance msemmija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li jinħtieġilha li taghmel diversi verifiki fuq l-art imsemmija qabel tkun tista’ tiffinalizza l-pożizzjoni tagħha.

Infrastructure Malta – skop ta' xogħol

Question

B'referenza għall-permess DS 11/20 maħruġ f'isem Infrastructure Malta, jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-iskop ta’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajji¿na jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Permezz ta’ din l-aġenzija ġdida, il-Gvern qed iwettaq proġetti madwar il-pajjiż kollu, mhux biss b’titjib kbir fit-toroq arterjali, residenzjali, rurali u oħrajn, iżda anke f’infrastruttura oħra, fosthom l-istrutturi li jintużaw minn diversi setturi marittimi fil-portijiet u ma’ xtut oħrajn f’Malta u Għawdex. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 Infrastructure Malta ħadet f’idejha wkoll it-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Mill-ewwel bdiet ħidma sabiex din l-infrastruttura tkompli tiġi mtejba u msaħħa wkoll, sabiex pajjiżna jibqa’ jibbenefika mill-opportunitajiet tal-ivvjaġġar bil-baħar u attivitajiet marittimi oħrajn relatati bl-aħjar mod possibbli. Fost l-ewwel proġetti li saru mill-aġenzija fil-qasam marittimu kien hemm dak tal-bini mill-ġdid tal-għaxar skali ewlenin li ju¿aw is-sajjieda fil-port ta’ Marsaxlokk. Bdiet tibni wkoll breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten biex ittejjeb l-aċċess u l-użu tal-Port ta’ Marsaxlokk, waqt li għaddejja bl-ippjanar ta’ proġett ieħor sabiex jinbidlu l-puntuni tas-sajjieda fl-inħawi tal-Magħluq fl-istess lokalità. Is-sena l-oħra tlestiet ukoll l-ewwel fażi ta’ proġett fejn saru faċilitajiet ġodda f’Marsamxett għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema. Bħalissa qegħdin isiru faċilitajiet simili fix-xatt ta’ Tas-Sliema kif ukoll max-xatt ta’ Bormla. Proġetti marittimi oħrajn li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa jinkludu dak biex ittejjeb il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. F’Għawdex ukoll, fl-2019 saret l-ewwel fażi ta’ proġett ta’ titjib tal-istrutturi max-xatt tad-daħla ta’ Mġarr ix-Xini u nbena mill-ġdid il-moll ewlieni fil-Bajja ta’ Santa Marija, f’Kemmuna. L-aġenzija qed taħdem ukoll fuq proġetti oħrajn max-xtut ta’ ħafna lokalitajiet oħra. Ix-xogħlijiet jinkludu fost oħrajn tiswijiet ta’ mollijiet u strutturi oħra mal-kosta, fosthom dawk li qegħdin isiru bħalissa f’Wied il-Għajn u fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan. Madwar sena ilu kien ġie innutat li l-promenade tal-Balluta kellu bżonn intervent ta’ manutenzjoni u kostruzzjoni għax kien hemm element ta’ periklu għall-pubbliku. Infrastructure Malta bħalha aġenzija governattiva għandha d-dover li tara li dawn it-tip ta’ strutturi jkunu f’kundizzjoni tajba. F’dan ir-rigward Infrastructure Malta hi eżentata milli titlob permess lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar peress li huwa xogħol ta’ emerġenza dan kif stipulat fl-Att ta’ l-istess Awtorita’ Kapitlu 552, Artiklu 70(d). Madankollu xorta kienu ġew sottomessi applikazzjonijiet maghrufa bħalha ‘Dangerous Structures’ lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Ix-xogħol fil-Balluta li qed issir referenza għalih fil-mistoqsija kien maqsum f’żewġ fażijiet. Is-sena l-oħra, fl-ewwel fażi ta’ dan ix-xogħol, Infrastructure Malta għamlet manutenzjoni tal-istrutturi tal-konkos li huma forma t’arkati u kolonni li fuqhom iserraħ il-prominad fuq in-naħa ta’ Triq Ġorg Borg Olivier. Dawn l-istrutturi huma esposti direttament għall-qilla tal-baħar u għaldaqstant kienu fi stat ħażin. Ix-xogħlijiet saru mit-tarf tal-bajja lejn il-pitch tal-waterpolo tan-Neptunes u estendew sa ħdejn il-pitch ta’ San Ġiljan. Fit-tieni fażi li qed issir bħalissa fuq in-naħa l-oħra tal-bajja, quddiem il-Knisja tal-Balluta, diġà tlestew xogħlijiet ħafna aktar estensivi sabiex inbniet mill-ġdid parti mill-prominad li kienet fi stat ħażin, tant li kienet qed tin¿amm magħluqa biex ma jkunx hemm periklu għall-pubbliku. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu li titkisser parti mill-prominad u terġa’ tinbena mill-ġdid. Kellhom isiru interventi ta’ tiswija mill-baħar, interventi fuq numru ta’ strutturi tal-konkos matul il-bajja u nbidel ukoll parti mill-pavimentar tal-prominad. Fl-istess żona, li hija popolari ħafna għall-għawm kemm mill-Maltin u t-turisti, kien hemm ukoll moll tal-konkos li jintuża mill-għawwiema li kien imnawwar eċċessivament minn taħt l-ilma. Għaldaqstant, dan il-moll li jservi ta’ pjattaforma għall-għawwiema qed jinbena mill-ġdid. Bħalissa qed jitkisser il-moll eżistenti u qed isir it-tħammil neċessarju biex jitnaddaf il-mili u l-konkos l-antik. Qed titħaffer ukoll trinka mal-burdura ta’ barra tal-moll li fiha ser jinbena l-pedament il-ġdid għall-ħajt ta’ barra (seawall) tal-moll. Huwa mmirat li l-moll il-ġdid ikun lest fil-ġimgħat li ġejjin biex ikun jista’ jibda jitgawda mill-għawwiema matul dan is-sajf.

Bajja tal-Balluta — pjanijiet

Question

B'referenza għall-Bajja tal-Balluta u ta' San Ġiljan, jista’ l-Ministru jispjega jekk hemmx pjanijiet approvati mill-Gvern biex din il-bajja ssir port għal katamarani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ninsab infurmat li l-bajja msemmija, ser tibqa’ swimming zone fil-parametri tas-snin l-imgħoddija.

Burdnara ġodda — pjanċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jinħarġu pjanċi “HQ” għal burdnara ġodda (new entrants) u jekk le x’inhi r-raġuni?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-kwistjoni tal-ħruġ ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni bl-ittri 'HQ' tikkostitwixxi l-mertu ta' proċeduri ġudizzjarji li jinsabu sub judice u jinvolvi entitajiet governattivi oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' Ministeru ieħor u għalhekk ma jkunx floku li tingħata risposta għal din id-domanda qabel ma jkun hemm eżitu finali għal tali proċeduri ġudizzjarji.

Rinella – proċess ta’ tank cleaning farm

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex it-tank cleaning farm li hemm fil-Bajja tar-Rinella jkun rilokat offshore?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-gvern qed jistudja diversi modi kif dawn il-facilitajiet li huma mitluba permess ta' Ligi Internazzjonali jkunu f’posthom filwaqt li wieħed irrid jevalwa konċessjoniet eżitenti u għaldaqstant it-taħdidiet għadhom għaddejin.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka – pedestrian area

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-parti d-dejqa ta' Triq Santa Duminka f’Ħaż Żabbar issir pedestrian area, billi l-vetturi u l-vejikoli kbar li jgħaddu minnha, qed ikunu ta' periklu għar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Transport Malta li se tkun qiegħda tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar din il-proposta, sabiex issir talba formali abbażi tal-formola li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Karozzi għall-użu personali impurtati mill-Ingilterra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13803 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn karozzi impurtati għall-użu personali mill-Ingilterra mill-2017 ‘l hawn u ta’ kemm-il ċilindrata kienu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ma jkollhiex l-ammont ta’ karozzi jew vetturi li jiġu mpurtati għall-użu personali mill-Ingilterra mill-2017 ‘l hawn. Transport Malta hija responssabli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u mhux ghall-importazzjoni.

Central Link Project – siġar maqlugħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn tħawlu s-siġar li nqalgħu biex isir wisa' għas-Central Link Project?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu lill-Onor. Interpellant għan-Nature Permit tal-proġett indikat li jista’ jiġi aċċessat fuq il-website tal-ERA permezz ta’ din il-link https://era.org.mt/en/Themes/Pages/Nature-Permitting-Applications-2019.aspx Dettalji ta dan in-Nature Permit qegħdin jidhru hawn taħt; 00191 Fredrick Azzopardi Infrastructure Malta Uprooting and transplanting of trees Central Link Granted 25/09/2019 NP variation Approved plans NP 0191/19

Il-Mellieħa – Triq il-Qortin – miżuri ta’ traffic calming

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, wara li jagħmel konsultazzjoni mar-residenti ta' Triq il-Qortin, jikkunsidra li jagħmel xi tip ta' miżuri għal traffic calming fit-triq indikata peress li qed ikun innutat sewqan eċċessiv fl-imsemmija triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ser tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji u tikkomunika mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex tara x’hemm bżonn isir.

Property Malta — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-rappreżentat fil-kumitat tat-tmexxija ta’ Property Malta? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ ħidma u dak finanzjarju ta’ Property Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Bord ta’ Property Malta Foundation huwa magħmul mill-lista li qed tingħata hawn taħt; Mr. Sandro Chetcuti Mr. Michael Stivala Mr. Michael Bonello Mr. Steve Mercieca Mr. Joe Vella Bonnici Mr. Peter Paul Caruana Mr. Antoine Mallia Mr. Vincent Bone Qed npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba.

San Pawl tal-Qlejgħa – Żona Tas- Sriedak — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi sabiex fiż-żona ta’ Tas-Sriedak limiti tal-Mosta, fejn qed issir bankina wiesgħa f’Triq San Pawl tal-Qlejgħa fuq in-naħa tas-siġar, in-naħa tar-raba’, dik il-bankina ma tibqax daqshekk wiesgħa għaliex fuq dik in-naħa tat-triq ma jimxux nies u meta qabel kien hemm spazju fejn jipparkjaw il-vetturi? Din it-talba qed issir f’isem ir-residenti peress li qed jaraw li qed issir bankina wiesgħa li qed tieħu l-ispazju ta’ fejn jistgħu jipparkjaw il-vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li billi t-triq indikata fil-mistoqsija tinsab f’kundizzjoni ħażina ħafna bil-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa u fil-biċċa l-kbira tal-allinjament tat-triq lanqas biss hemm bankini, l-għan tad-disinn ġdid huwa li l-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Fil-fatt il-pjan minn Infrastructure Malta ma jinkludix biss din it-triq, iżda diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u li fiż-żmien li ġej ukoll ser jitranġaw biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. It-triq imsemmija fiha wkoll siġar maturi li kienu prattikament fil-karreġġjata tal-karozzi u li permezz tad-disinn ġdid ser jiġu mħarsa u saħansitra se jinħolqu spazji għal aktar siġar. Fl-inħawi hemm postijiet alternattivi fejn jistgħu jiġu pparkjati vetturi u l-pjan ta’ titjib għal din iż-żona sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet kollha konċernati, bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Id-disinn u l-iżvilupp tat-toroq irid isir dejjem bi ħsieb u b’għaqal, biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd – mhux biss ta’ min jivvjaġġa bil-vetturi, imma wkoll tar-residenti u persuni oħrajn li jużaw it-toroq b’mezzi u għal għanijiet differenti. Filwaqt li f’xi nħawi huwa diffiċli li tinħoloq infrastruttura li taqdi l-ħtiġijiet ta’ kulħadd, f’toroq oħrajn fejn hemm spazju adekwat, dan għandu jinqasam bl-aħjar mod biex inkomplu nagħmlu l-ivvjaġġar f’pajjiżna aktar sostenibbli.

San Pawl il-Baħar – Moll tal-Veċċa — tiswija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14067, jista’ l-Ministru jara li mal-manutenzjoni fuq il-wiċċ tal-moll, issir ukoll manutenzjoni fuq is-sistema tal-elettriku li fil-preżent hija wkoll bil-ħsara?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà aċċenajna fil-mistoqsija parlamentari 14067 tas-Seduta 325 fil-ġimgħat li ġejjin ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-wiċċ ta’ dan il-moll filwaqt fuq manutenzjoni fuq is-sistema tal-elettriku, il-Mistoqsijiet Parlamentari trid tagħddi għand il-Ministeru ikkonċernat.

Statistika li turi inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika li turi l-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’dawn l-aħħar għaxar snin? Din l-istatistika għandha tindika: - Numru ta’ inċidenti totali; - Numru ta’ inċidenti li kienu jinvolvu mutur (motorcycle); - Numru ta’ inċidenti li ħallew nies midruba bi bżonn ta’ kura fl-isptar; - Numru ta’ persuni li mietu f’inċidenti tat-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħddi din il-Mistoqsijiet Parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat li hu responsabbli mill-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi.

Ir-Rabat Għawdex – Pjazza Indipendenza – zebra crossing

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13701, jista' l-Ministru jara, permezz tal-awtorità regolatorja Transport Malta li ż-zebra crossing li hemm fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex tkun konformi mal-liġi, standards u regolamenti tat-trasport u sinjali tat-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-resurfacing fi Pjazza Indipendenza sar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex u għaldaqstant huwa l-istess Kunsill li għandu jara li dawn z-zebra crossings għandhom jkunu konformi mal-liġi, standards u regolamenti ta’ transport. Transport Malta ser tkun qed tagħti struzzjonijiet lil Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex immedjatament jiġi attwat dak kollhu meħtieġ.