Awtorità tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-fidi ta’ ċnus temporanji residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il applikazzjoni għall-fidi ta' ċnus temporanji residenzjali taħt skemi passati għadhom ma ġewx ipproċessati mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Artijiet, illi b’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Nu.10908, l-applikazzjonijiet għall-fidi ta’ ċnus temporanji taħt skemi passati li għadhom ma ġewx ipprocessati huma:
Skema 2002 - 254
Skema 2012 - 560
Sadanittant infurmat li mill-iskema tal-2002; kienu proċessati 799 sa’ Marzu 2013, minn total ta’ 2057 applikazzjoni. Waqt li kienet proċessata 1 biss sa’ Marzu 2013, mill-iskema tal-2012 u li ghaliha applikaw 1397.
Jista’ l-Ministru jgħid meta t-taxxa imposta minn pajjiżna fuq karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea ser tiġi daqs dak li hu impost f'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk l-ammonti żejda li tħallsu minn diversi ċittadini Maltin u Għawdxin f'taxxa ta’ reġistrazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta, se jingħataw lura? Għal kemm tammonta din id-differenza, sena b'sena fi ħlasijiet żejda ta' taxxi għall-importazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-permess PA 01898/19 (Extension to existing school of 130 classrooms for 500 students multipurpose halls, playgrounds and roofing over of part of private road) u meta hu ppjanat li jiġi approvat u kemm ser jintilfu u kemm ser ikun hemm parking spaces ġodda biex ipattu għat-telf ta' parking spaces biex jakkomodaw id-domanda li ħa tinħoloq minħabba l-bini ta’ Skola Primarja ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar l-applikazzjoni PA1898/19 (Extension to existing school of 130 classrooms for 500 students multipurpose halls, playgrounds and roofing over of part of private road) illi dak li għandu x’jaqsam ma’ parking spaces, qed jiġi eżaminat it-Traffic Impact Assessment biex b’hekk wiehed ikun jista jikkalkula l-kobor ta’ l-impatt, kif ukoll jekk il-proposta tkunx tirrikjedi tibdil biex b’hekk jiġi mnaqqas l-impatt jekk jirriżulta li hemm. Din l-istess applikazzjoni qed tistenna aktar informazzjoni biex b’hekk tkun tista tiġi konkluża l-konsultazzjoni ma’ l-Awtorita’ Dwar l-Ambjent. It-termini tal- AL 162 ta’ 2016 japplikaw għal dak li għandu x’jaqsam ma’ żmien ta’ meta għandha tiġi determinata din l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal il-proċess biex tiġi aġġudikata t-tender IM009/2019 (Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads in Various Localities around Malta) li ħarġet minn Infrastructure Malta u li t-Tender Submission Deadline għalqet fit-12 ta April 2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur.
Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.
Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti minn dan l-investiment. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena, li bejniethom iġibu total ta’ 52 kilometri b’madwar 85 kilometri ta’ banikini.
L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Għalhekk, bħalissa għaddejja wkoll ħidma fuq l-ewwel lista’ ta’ toroq li se jsiru s-sena d-dieħla.
Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Birkirkara – Triq l-Imdina – bankina matul Ġnien il-Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Birkirkara – Triq l-Imdina – crash barriers fuq il-bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta’ Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Triq il-Marfa - ċertifikazzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-periti ta’ Infrastructure Malta għax-xogħlijiet kollha li saru matul l-aħħar ġimgħat fuq Triq il-Marfa fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, madwar minn sena ilu, ivvutat “bil-qalb” kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, hekk kif ammetta l-istess interpellant f’din l-istess Kamra, fil-ġimgħat li għaddew. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa qed tieħu interess fil-ħidma ta’ din l-aġenzija, u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, bħalissa qed jiġu aġġudikati l-offerti mitfugħa fit-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra.
Fost it-toroq li jinsabu fl-aħħar fażijiet biex jinbnew mill-ġdid hemm Triq il-Marfa, bejn il-Mellieħa u l-Għadira. Għal snin twal, din it-triq tħalliet bla ebda manutenzjoni, bil-konsegwenza li fiha żviluppaw diversi ħsarat. F’din it-triq, minbarra li bniet mill-ġdid il-karreġġjata tal-karozzi, Infrastructure Malta tejbet is-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita, bniet bankini ġodda fejn qabel ma kienx hemm, u f’xi postijiet għamlet bankini aktar wiesa minn dawk eżistenti, għal aktar aċċessibilità, fost diversi xogħlijiet oħra.
Fix-xhur li ġejjin, malli jitlestew xogħlijiet ta’ restawr tal-kmamar storiċi tal-pellegrini biswit is-Santwarju tal-Madonna li għaddej bħalissa minn entità oħra, Infrastructure Malta tkun tista’ tkompli l-bini mill-ġdid tat-tarf ta’ Triq il-Marfa, fejn jinsabu dawn l-istess kmamar.
Filwaqt li l-istudji u t-testijiet meħtieġa fuq ix-xogħlijiet li saru s’issa għadhom għaddejjin, iċ-ċertifikazzjoni u r-rapporti finali jkunu jistgħu jiġu konklu¿i meta jitlesta x-xogħol kollu, inkluż il-parti tat-triq li tkun tista’ ssir fix-xhur li ġejjin, kif spjegat.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9797, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-uniku spazju miftuħ ġol-Gżira huwa x-xatt u dan bejn it-toroq Ponsomby u Manoel? Peress li hemmhekk jinsab l-akbar żvog għar-residenti tal-Gżira, jaf il-Ministru li din il-parti tax-xatt tippermetti veduti estensivi tal-Port ta’ Marsamxett, is-swar tal-belt Valletta u tal-Furjana? Jaf il-Ministru li dan hu l-post minn fejn titgawda l-festa tal-Gżira u fejn isiru attivitajiet fil-miftuħ għall-Gżirjani? Jaf il-Ministru li dan ix-Xatt se jinbidel fi triq traffikuża b’telgħa pjuttost wieqfa ta’ aktar minn 6 metri? Jaf il-Ministru li din il-‘pjazza’ hi magħmula f’parti kbira minnha f’taraġ li fih aktar minn 30 tarġa? Jaf il-Ministru li din il-pjazza minflok veduti tas-Swar tal-Belt Valletta għandha veduti tad-dar ta’ petrol station u ta’ fergħa tal-Bank of Valletta? Jista’ jtaffi dan it-telf tax-xatt prezzjuż għall-Gżirjani billi l-pont jiġi spustjat lejn in-nofsinhar tal-pont eżistenti u l-Ġnien tal-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jintervjeni biex isiru arranġamenti oħrajn biex tiġi evitata roundabout fin-nofs tax-Xatt tal-Gżira?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni u d-disinn tal-pont kif huwa approvat kien jinvolvi konsultazzjoni sħiħa mal-Awtorità tat-Trasport kif ukoll entitajiet oħra ikkonċernati. Barra minn hekk, l- impożizzjoni ta’ roundabout qiegħed fil-pjan ta’ l-Awtorità tat-Trasport li jagħmel parti minn pjan aktar wiesgħa għal titjib tan-network ta’ toroq. Għalhekk kull tibdil f’dan il-pjan irid ikun suġġett għall-proċess ġdid.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9801, jista’ l-Ministru jikkonferma li ebda pjanta tal-baħar approvata mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma tidher bħala parti mill-proċess ta’ PA 9401/17 u li l-unika pjanta mill-Awtorità dwar it-Trasport annessa fil-proċess ma turi t-twessigħ approvat tal-kanal? Jaf il-Ministru li l-kumpanija MIDI fil-pubbliċità tagħha turi li dan il-kanal ser ikun navigabbli billi turi laneċ għaddejjin taħt il-pontijiet proposti u dan ikun ifisser li jrid jiġi kkrejat fairway li bih jintilfu ħafna rmiġġi tad-dilettanti? Jista’ jagħti garanzija konkreta li dawn l-irmiġġi mhux ser jintilfu b’dannu kbir lid-dilettanti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9800, jista’ l-Ministru jispjega kif id-dilettanti u sajjieda jistgħu jniżżlu u jtellgħu d-dgħajjes tagħhom minn pjazza li se tkun mat-tmien metri għolja mill-baħar u li se jkun fiha aktar minn 30 tarġa biex tinżel għall-wiċċ il-baħar? Jidhirlu l-Ministru li hu sew jew ġust li filwaqt li qed jinbnew faċilitajiet għas-super yachts u yachts, id-dilettanti tad-dgħajjes żgħar u sajjieda dilettanti se jitilfu l-faċilitajiet li għandhom illum? Jaf il-Ministru li dan l-iskall hu l-uniku wieħed f'Tas-Sliema jew Lazzaretto Creek u kważi uniku fil-Port ta’ Marsamxett? Jaf il-Ministru li fil-pjan oriġinali ta’ Manoel Island kien hemm approvazzjoni ta’ skall fuq Manoel Island u li dan tneħħa fil-Masterplan il-ġdid? Jista’ jintervjeni u jinsisti li fuq Manoel Island jerġa’ jsir skall u faċilitajiet pubbliċi għad-dgħajjes żgħar u sajjieda dilettanti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Triq id-Dejma bejn il-Fgura u Bulebel – zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu jaraw hux possibbli li ssir zebra crossing fi Triq id-Dejma bejn il-Fgura u Bulebel, fl-inħawi tal-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan sabiex ir-residenti tal-akkwata jkollhom iċ-ċans li jaqsmu b’anqas periklu?
Response (BORG, IAN)
Il-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur.
Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena.
Fl-istess ħin, l-aġenzija qed tagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt, kif ukoll qed twettaq programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ ħafna toroq oħrajn li jkunu jeħtieġu li jsirilhom intervent urġenti sakemm jasal il-waqt biex dawn ukoll jinbnew mill-ġdid.
L-intervent mitlub biex tiżdied is-sigurtà għar-residenti u kull min jivjaġġa bil-mixi fl-inħawi msemmija jinsab fil-pjanijiet tal-aġenzija sabiex isir fiż-żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10595 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Mosta – Triq il-Kungress Ewkaristiku – xogħol ta’ culverts — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa ta’ xogħol fil-culverts li saru bil-katusi f’parti minn Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta f’Mejju 2019? Jista’ jgħid ukoll min kien il-perit ta’ dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Mosta – Triq id-Difiża Ċivili – xogħol fuq roundabout
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex s’issa l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma għamlet xejn mix-xogħol ta’ roundabout il-Mosta fejn hemm l-istess entratura għall-istess stabbiliment fi Triq id-Difiża Ċivili, f’salib it-toroq mal-entratura tal-MCAST u fejn ix-xogħol fuq ir-roundabout kien mitlub li jsir mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala “community gain” favur il-komunità tal-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ġie spjegat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 6020, il-permess huwa marbut, fost l-oħrajn, ma’ titjib fir-road junction fuq Triq id-Difiża Ċivili bi spejjeż tal-iżviluppatur, kif ukoll li Transport Malta għandha toħroġ ċertifikazzjoni qabel ma jibda jopera l-kumpless. L-Awtorità tal-Ippjanar diġà ħadet il-passi meħtiega permezz ta’ Avviż biex Tieqaf u ta’ Twettiq peress li l-kundizzjoni msemmija ma ġietx onorata mill-applikant. L-Avviż imsemmi qed jiġi kkontestat mill-applikant quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Dan l-appell għadu pendenti. Sadanittant Transport Malta ħarġet ċertifikazzjoni rigward il-miżuri temporanji li ttieħdu fl-immaniġġjar tat-traffiku relatati mal-proġett.
Mosta – xogħol bħala community gain minn stabbiliment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa mill-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn l-Awtorità tal-Ippjanar kienet obbligat biex l-istess supermarket iwettaq xogħol bħala “community gain” favur il-komunità tal-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ – Triq Patri Pelajgu – xogħlijiet ta’ tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet ta’ tarmak fi Triq Patri Pelajgu Mifsud f’Ħaż-Żebbuġ Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra.
Fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm Triq ix-Xgħir, Triq Luigi Fontana u Triq Andrea Bogdan li qegħdin isiru bħalissa, kif ukoll Triq il-Prinċep Bażiliku u Triq Pawlu Debono li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Ħaż-Żebbuġ - Triq Ħal Sajd, Triq il-Madonna u Triq il-Ħali.
L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn f’din il-lokalità wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej.
Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat pre¿enti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?
Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-proċeduri għall-ħlas tal-esproprju ta’ Triq Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq sabiex tiġi estiża triq pubblika (Ref 256/18)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li b’referenza ghat-talba illi saret għall-espropju fi Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq, ġie kkonfermat illi l-Awtorità tal-Artijiet ħadet il-passi necessarji biex tinforma lill-avukat tal-klijent illi ġie nfurmat b’ittra, datata 23 t’Ottubru 2018, illi t-talba tiegħu ġiet mgħoddija lill-Transport Malta. Infurmati wkoll illi f’ittra datata 21 ta’ Gunju 2013, TM kienet digà infurmat lill Perit li kiteb ghan nom tal klijent fejn ġie indikat illi l-art saret bi żvilupp ċjoè biex jingħata aċċess għall-propjetajiet oħra u għaldaqstant ma sar l-ebda esproprju minn entità governattiva. TM infurmat ukoll lill-perit li jekk kellha ssir talba għal kumpens, din kellha ssir lil min għamel dan l-iżvilupp. It-TM infurmaw ukoll lill-Awtorità tal-Artijiet li l-pożizzjoni tagħhom għadha bħal dik tal-2013. Il-kopji tal-ittri msemmijja fit-tweġiba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.