Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediterranean Film Festival — Spokesperson

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-ispokesperson tal-Mediterranean Film Festival, kif intgħażel, u kemm huwa l-pakkett finanzjarju tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispokesperson tal-Mediterranean Film Festival huwa Pablo Micallef li ngħata pakkett finanzjarju ta’ Eur11,500 VAT eskluża.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.

Ħaż-Żabbar — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħaż-Żabbar tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Ħaż-Żabbar 233 €932.20 583

Bormla — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fi¿iċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Bormla 98 €723.88 385

L-Isla — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 L-Isla 30 €154.49 126

Fondazzjoni Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-Fondazzjoni Kottonera u x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-bord?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bord tal-Fondazzjoni Kottonera hu kompost kif ġej: Board Member Position Mr. Joe Mizzi Chairperson Mr. Joseph Gauci Member Mr Noel Zammit Member Mr Kurt Farrugia Member Mr Gino Cauchi Member Mr John Boxall Member Mr Clive Pulis Member Mr Wayne Aquilina Member Mr Marco Agius Member Mr Alexander Farrugia Member Perit Antoinette Conti Member Ms Lucienne Bugeja Secretary

Fondazzjoni Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-impjegati kollha tal-Fondazzjoni Kottonera u l-gradi li għandhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-impjegati tal-Fondazzjoni Kottonera huma: Isem Grad tal-FK Joe Mizzi Position Of Trust Lucienne Bugeja 2 Keith Axiaq 3 Xylon Bristow 3 Romario Brignone 3 Impjegat 4 Impjegat 5 Impjegat 5 Impjegat 7 Impjegat 7 Impjegat 8

Heritage Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fi ħdan il-Heritage Malta kemm hemm: · Model makers; · Restawraturi ta’ għamara antika; · Restawraturi ta’ pitturi; · Restawraturi ta’ armi antiki, kemm armi tan-nar kif ukoll armi oħra bħal xwabel, eċċ? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex assenjati ma’ xi mużew partikolari u jekk iva, liema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta timpjega model maker wieħed li hu bbażat il-Mużew Marittimu, iżda li jieħu ħsieb xogħol ta’ mudelli fil-mużewijiet kollha skont il-bżonn. Bħalissa l-aġenzija ma għandha l-ebda restawratur tal-għamara, filwaqt li għandha tnax-il restawratur tal-pitturi u sitt restawraturi tal-armi. Dawn huma kollha bbażati fil-laboratorji tar-restawr ta’ Bighi iżda jmorru f’mużewijiet u siti skond il-bżonnijiet ta’ proġetti partikolari kif ikun meħtieġ, ħlief wieħed li huwa wkoll kuratur tal-Armerija tal-Palazz u allura bbażat hemmhekk.

50 sena Repubblika — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24255 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Libreriji pubbliċi – Xiri ta’ kotba ġodda bil-lingwa Franċiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Franċiża tul is-sena 2024? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija bil-Franċiż – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Libreriji Pubbliċi 36 € 461.00 0

Libreriji pubbliċi – Xiri ta’ kotba ġodda bil-lingwa Ġermaniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Ġermaniża tul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija bil-Ġermaniż – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Libreriji Pubbliċi 32 € 120.00 4

Libreriji pubbliċi – Xiri ta’ kotba ġodda bil-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna bil-lingwa Taljana tul is-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx xi kotba f’donazzjonijiet bl-istess lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija bit-Taljan – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Libreriji Pubbliċi 62 € 812.88 11

Ix-Xgħajra — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra tul is-sena 2024, u jindika l-infiq relattiv u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat kif ġej: Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2024 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2024 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2024 Ix-Xgħajra 98 € 723.88 385

Repubblika 50 – Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa fuq reklamar għall-kampanja ‘Repubblika 50’? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dan ir-reklamar ma ngħatax permezz ta’ direct order u għal kemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi parti mid-Design Contest li nħareġ mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, skont il-proċedura uffiċjali li għaddiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti, kien jinkludi wkoll it-twassil ta’ informazzjoni b’rabta mal-avvenimenti nazzjonali biex jimmarkjaw il-50 anniversarju minn meta Malta saret Repubblika. Għaldaqstant, ninfurmah illi l-kuntrattur rebbieħ kien ippreżenta pjan ta’ reklamar bħala parti mis-sejħa. Għalhekk, l-interpellant għandu jifhem illi, l-element ta’ kampanja tat-twassil ta’ informazzjoni mhux maqsum apparti.

Ħal Tarxien — Tempji Neolitiċi - Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien possibbilment skont is-sess tagħhom matul is-sena 2024 u kemm kien id-dħul u l-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li n-numru ta’ viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2024 kien ta’ 56,111. Ninsab infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €321,834.89 filwaqt li l-infiq jammonta għal € 83,505.81. L-informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tinżamx.

Ipoġew ta’ Ħal Saflieni — Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni possibilment skont is-sess tagħhom matul is-sena 2024 u kemm kien id-dħul u l-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li n-numru ta’ viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni matul is-sena 2024 kien ta’ 26,737. Ninsab infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €160,139.21 filwaqt li l-infiq jammonta għal €146,315.67. L-informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tinżamx.

Raħal Ġdid — Ġnien San Alwiġi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru f’dak li preċedentement kien Ġnien San Alwiġi, f’Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li fil-preżent, il-Kunsill qed jevalwa l-offerti li rċieva dwar dan il-proġett, u deċiżjoni finali għandha tittieħed fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.