Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 28802.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu qattx qala’ ċitazzjoni (traffic fine) minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x’pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija parlamentari 23542.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28907 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Raħal Ġdid
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
85
Pensjonijiet Kontributorji
1,437
Pensjoni tar-Romol
401
Pensjoni tal-Invalidità
43
Total
1,966
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28909 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Tarxien
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
57
Pensjonijiet Kontributorji
1,478
Pensjoni tar-Romol
386
Pensjoni tal-Invalidità
40
Total
1,961
Aġenzija Appoġġ — Tfal addottati minn persuni Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tifel u tifla ġew addottati b’suċċess minn persuni Maltin, permezz tas-servizz li toffri l-Aġenzija Appoġġ, mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), Kap 602 tal-liġijiet ta’ Malta, l-addozzjonijiet fi ħdan l-FSWS jsiru mid-Direttorat għall-Kura Alternattiva.
L-addozzjonijiet konklużi mis-servizz rispettiv tad-Direttorat għall-Kura Alternattiva huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Tfal Adottati
2023
7
2024
8
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħaż-Żebbuġ li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Ħaż-Żebbuġ
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
71
Pensjonijiet Kontributorji
1,943
Pensjoni tar-Romol
392
Total
54
Total
2,460
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28910 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Fgura li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Fgura
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
62
Pensjonijiet Kontributorji
1,964
Pensjoni tar-Romol
511
Pensjoni tal-Invalidità
53
Total
2,590
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28912 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’Santa Luċija li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Santa Luċija
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
36
Pensjonijiet Kontributorji
611
Pensjoni tar-Romol
161
Pensjoni tal-Invalidità
20
Total
828
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28913 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Gudja
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
7
Pensjonijiet Kontributorji
636
Pensjoni tar-Romol
111
Pensjoni tal-Invalidità
13
Total
767
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28914 u jgħid kemm hemm persuni residenti iż-Żejtun li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Żejtun
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
78
Pensjonijiet Kontributorji
2,051
Pensjoni tar-Romol
545
Pensjoni tal-Invalidità
80
Total
2,754
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28915 u jgħid kemm hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Marsaxlokk
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
18
Pensjonijiet Kontributorji
600
Pensjoni tar-Romol
139
Pensjoni tal-Invalidità
13
Total
770
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Kirkop li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Ħal Kirkop
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
18
Pensjonijiet Kontributorji
415
Pensjoni tar-Romol
71
Pensjoni tal-Invalidità
18
Total
522
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti ż-Żurrieq li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Pensjonijiet
Iż-Żurrieq
Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja
78
Pensjonijiet Kontributorji
1,865
Pensjoni tar-Romol
360
Pensjoni tal-Invalidità
50
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Impjegati u Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tiegħu, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances ( bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u li għadu fis-seħħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23456.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ telefonati ġenwini li daħlu fuq in-National Support Line 179 minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-problemi li ġew ippreżentati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il linja telefonika hemm biex jitmexxa dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28672 u 28953 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li l-istand tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €47,375.
F’din l-istand kien hemm diversi servizzi u attivitajiet għaddejjin, fosthom bil-parteċipazzjoni
tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, id-Dipartiment u numru ta’ sezzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, id-Diviżjoni u d-Direttorati tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali, il-Positive Parenting, il-MARAM, Ġemma u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal.
L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Luqa li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Qormi li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fis-Siġġiewi li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — Kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kundizzjonijiet li jaqgħu taħt "Muscular Dystrophy" ikunu inklużi fil-Ħames Skeda tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali u jekk iva, meta hu ppjanat li dan isir?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.