Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13754 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — prezzijiet ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra validi dawk l-applikanti li diġa' kellhom karta bi prezz iffissat fuq xiri ta' oqbra u ma jaqgħux taħt il-prezz il-ġdid li ġie mħabbar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13772 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għal akkomodazzjoni alternattiva ma' l-Awtorità tad-Djar peress li din it-talba ilha pendenti għal diversi snin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #13782 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal industrijali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-Tribunal Industrijali huwiex wieqaf? Jekk fl-affermativ, meta waqaf? Hemm xi ħjiel meta dan se jerġa' jibda jiffunzjona?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13833 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13926 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Riforma fir-renti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-means test hux se tkun applikabbli għal nies li diġà qegħdin jokkupaw il-postijiet mikrija? Dan jgħodd f'każ li xi ħadd mill-konjugi jiġi nieqes/nieqsa , jew f'każ ta' seperazjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13109 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni ta' Għawdex għall-investiment u l-ħolqien ta' l-impiegi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' azzjoni mħabbar fil-budget għas-sena 2009 f'paġna 81 fejn il-Malta Enterprise u l-Ministeru għal Għawdex kellhom joħolqu pjan ta' azzjoni flimkien għall-promozzjoni ta' Għawdex għall-investiment u l-ħolqien ta' l-impiegi? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu f'Għawdex xahar b'xahar matul is-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet għal xogħol imprenditorjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12794 u jgħid il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm organizzat korsijiet għax-xogħol imprenditorjali matul din is-sena? Kemm ipparteċipaw persuni? Kemm ipprovdiet fondi finanzjarji biex tissussidja dawn it-tip ta' korsijiet organizzati minn aġenziji oħra? Liema huma dawn l-aġenziji? Kemm ibbenefikaw persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ Persuni li attendew ‘Modules’ fuq Management skills li jagħmlu parti mill-iskema Imprenditorjali li toffri il-KXT l–INT scheme, għas-sena 2009, huwa hekk:- Korsijiet/ Modules fuq Management Numru ta' persuni li attendew dawn il - modules Total ta’ sigħat ta’ taħrig għal kull parteċipant Attendenza medja tal-klijenti 21 ta' Jannar - 18 ta' Marzu 2009 15 164 89.35% 6 ta’ Lulju - 4 ta’ Settembru 2009 6 144 88.24% 26 ta' Ottubru - 17 ta' Frar 2010 18 qegħdin jattendu Taħriġ għadu għaddej taħriġ għadu għaddej Grants finanzjarji għall-korsijiet ta’ matul din is-sena għadhom ma ħarġux minħabba li l-iskema tal-INT tipprovdi ukoll servizz ta’ mentor (one to one ) u ukoll il parteċipanti jkunu jridu jipprovdu Business Plan li wara jkun irid jkun assessjat. Ta’ min ifakkar li l-parteċipazzjoni ta’ din l-iskema u l-korsijiet li jagħmlu parti minn din l-iskema huma b’xejn u jsiru kollha inhouse .
Leg 11 PQ #13468 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13180, 12491 u 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13475 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single mothers — tfal reġistrati b'unknown father

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12272 peress li jien ma staqsejtx informazzjoni speċifika għal single mothers taħt il-15-il sena, jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' persuni li rreġistraw it-trabi tagħhom bħala of unknown fathers fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13492 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Support — Adult training centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali jew entitajiet oħra (bħal għaqdiet mhux governattivi) li qed jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport għall-ġid tal-lokal wara l-ħin tax-xogħol? Jekk hemm, hemm xi ħlas biex dawn l-entitajiet jagħmlu użu mill-Adult Training Centres?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13493 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Crisis Intervention services u learning disability disability training unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex se jikkonsisti l-Crisis Intervention Service u l-Learning Disability Training Unit li huma mmirati għall-persuni li għandhom problema ta’ saħħa mentali? Min se jmexxi dawn is-servizzi li ġew imħabbra fid-diskors tal-budget? Meta dawn is-servizzi importanti se jibdew jiffunzjonaw?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13530 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħħala full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa qed tiġi riferuta lilu, u jgħid kemm hawn raħħala reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jiddistingwi bejn raħħala full-time u raħħala part-time? Jista' jgħid dawn ir-raħħala f'liema settur joperaw? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2009, kien hemm 2385 raħħala reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Minn dawn, 1757 qegħdin jaħdmu fuq bażi full-time filwaqt li 628 qed jaħdmu fuq bażi part-time. Iktar informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13562 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li għadhom qed jistudjaw — manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra tibdil fil-liġi tal-famlija biex żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena u li jkunu għadhom qed jistudjaw, jibqgħu jkunu intitolati għall-manteniment?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13590 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Prim Awla tal-Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittra datata fis-17 ta' Lulju lill-Awtorità tad-Djar li kienet ippreżentata fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar referenza 215/07 sal-lum għadha ma ġietx imwieġba mill-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti iktar dettalji biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #13593 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tar-relief

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13184 u 12903 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal relief/benefiċċju waqt il-qgħad matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifri kif mitluba minnu dwar talbiet għar-Relief/Benefiċċju waqt il-Qgħad matul is-sena f’Malta u Għawdex separatament huma hekk :- Malta Relief Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad Benefiċċju tal-Qgħad Numru ta’ Talbiet 1377 938 17039 Talbiet Approvati 1032 938 4468 Talbiet Pendenti 24 0 640 Talbiet Mhux Approvati 321 0 11931 Għawdex Relief Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad Benefiċċju tal-Qgħad Numru ta’ Talbiet 108 40 1554 Talbiet Approvati 102 40 263 Talbiet Pendenti 1 0 43 Talbiet Mhux Approvati 5 0 1248
Leg 11 PQ #13605 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Anzjani li daħħlu fid-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm anzjani iddaħħlu f’dawn id-Djar tal-Anzjani mill-1 ta' Jannar 2009 sat-30 ta' Novembru 2009? (Bormla, Żejtun, Furjana, Msida, Gżira, Mosta u Mtarfa) Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin, l-etajiet medji tagħhom (ħames snin, ħames snin) u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13606 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz ta' Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk li qed jistennew biex jingħataw is-servizz tal-home help għall-ewwel darba? Kemm huma dawk li talbu għal xi żieda fis-servizz u għadu ma ngħatalhomx?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13607 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz ta' Home Help

Question

Peress li fir–rapport tal-Awditur Ġenerali 2008 kien rimarkat li l-għoti tas-servizz tal-home help matul l-2008 ma kienx qed isegwi l-gwidi ta' linja u proċeduri li jassiguraw trasparenza u kontabilità u anke l-kriterji ta' min hu eligibbli għas-servizz ġew taħt il-lenti tal-Awditur, jista' l-Ministru jagħti x’inhuma dawn il-linji ta' gwida aġġornati u x’passi beħsiebu jieħu d-dipartiment konċernat sabiex jindirizza dawn ir-rimarki fir-rapport tal-Awditur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13608 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Apparat misluf bejn sptarijet privati u l-Isptar Mater Dei

Question

Peress li skond ir-rapport tal-Awditur (2008) l-istess tip ta' strumenti ġew mislufa ripetutament mill-Isptar Mater Dei lil sptarijiet privati u kif ukoll set ta' tip ta' strumenti ġie misluf iktar minn darba mill-isptarijiet privati lill-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jgħid x’passi korrettivi ser jittieħdu sabiex ikunu mislufa strumenti f’każijiet ta' emerġenza biss?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13621 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13462, 13176, 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stmat li ser jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.