Legislature:
Category:
Reset
Active:

standards tal-lifts — moniteraġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadux għaddej il-proċess ta' moniteraġġ tal-istandards tal-lifts kif stabbilit mil-Unjoni Ewroeja bil-għan li tipproteġi lill-konsumaturi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li skond LN 231 ta' 2007 - Spezzjoni ta' Liftijiet, hija l-persuna responsabli mil-lift li jrid jara li dan jiġi perjodikament spezzjonat minn Korp Awtorizzat għall-Valutazzjoni ta’ Konformità u għalhekk tkun assigurata l-protezjoni ta' min juzaħ. Barra min hekk l-Awtorita' Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur għanda programm anwali ta' moniteraġġ ta' lifts li jifforma parti minn programm iżjed vast ta' sorveljanza tas-suq.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kuntratti għas-servizz ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-Kummissarju tal-Artijiet ma kellu ebda talba biex l-art indikata fuq site plans li ntbagħtu separatament tiġi esproprijata u konsegwentement jitħallas kumpens lis-sidien skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skop Pubbliku (Kap 88). Ta’ min jgħid ukoll li l-Kummissarju tal-Artijiet m’għandu l-ebda informazzjoni dwar jekk l-art in kwistjoni ġietx utilizzata minn xi entità oħra tal-Gvern u għalhekk din il-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministeru li taħtu taqa’ l-entità li qegħda tokkupa l-art.

Kuntratt bejn familja u d-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jsir il-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fuq żewġ fondi li l-gvern ħa għall-użu pubbliku?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi huwa previst li l-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern u l-familja, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, fuq żewġ fondi li l-gvern ħa għall-użu pubbliku, se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin, possibilment sal-aħħar ta’ Marzu 2012.

ċens fuq proprjetà li kienet tal-knisja u saret tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jindaga fuq każ partikolari ta' inkwilin li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, dwar ċens fuq proprjetà li kienet tal-Knisja, liema ċens kien jitħallas fuqu €46.60 fis-sena u liema ċens ħames snin ilu meta l-inkwilin mar iħallas sab li sar €174.75 u dan minħabba li l-proprjetà għaddiet f'idejn il-Gvern mill-Knisja mingħajr l-ebda notifika bil-miktub jew verbalment, iżda ġiet ippubblikata biss fil-Gazzetta tal-Gvern, meta mhux kulħadd jixtri jew jaqra din il-gazzetta? Peress li minħabba dan il-każ partikolari, l-inkwilin sabiex jifdi dan iċ-ċens se jkollu jħallas is-somma ta' mhux anqas minn €17,000, jaħseb il-Ministru li din is-somma hija ġusta? Jista' l-Ministru jara li dan l-inkwilin jiġi kkuntattjat?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi iċ-ċens dovut fuq il-proprjetà tal-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament ma ġiex rivedut għas-sempliċi raġuni li l- proprjetà għaddiet għand il-Gvern imma għax hekk hemm stipulat fil-Kuntratt oriġinali. Fil-fatt, din il- proprjetà għaddiet għand il-Gvern bħala parti mill-Ftehim tal-1991 ta’ bejn is-Santa Sede u l-Istat ta’ Malta, waqt li iċ-ċens ġie rivedut b’ effett mid-9 ta’ Lulju 2011, jiġifieri f’ għeluq il-25 sena bil-bidu taċ-ċens, peress li fil-kuntratt tal-1976, hemm imniżżel li ċ-ċens temporanju huwa rivedibbli kull 25 sena u din ir-reviżjoni hija bażata fuq il-minimum wage standard paragunata ma’ ta’ dakinhar tal-kuntratt. Rigward il-punt imqajjem mill-Onorevoli Membru dwar il-publikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, qed nassumi li qed jirreferi għar-reviżjoni taċ-ċens u din ma tkunx ippublikata fl-ebda gazzetta lanqas fil-gazzetta tal-Gvern Il-proprjetà għaddiet mingħand il-Knisja għal għand il-Gvern, fl-1991 u dan il-fatt kien ilu magħruf miċ-ċenswalist minn meta xtara l- proprjetà tant li kien ilu jħallas iċ-ċens għand il-Gvern sa mill-1995 u ma kellux għalfejn jaqraha fuq l-ebda gazzetta. Kif spjegat, dan il-każ ma hu partikolari xejn, anzi huwa ir-regola li iċ-ċens jiġi rivedut skond ma jkun stipulat fil-Kuntratt oriġinali. Dwar l-ammont dovut għall-fidi taċ-ċens, li fil-fatt huwa €14,698 u mhux €17,000 dan huwa maħdum skont il-parametri tal-iskema għall-fidi taċ-ċnus temporanji tal-2002.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32588 u 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32512.

Imsida — Misraħ il-Barrieri - ilment rigward razzett

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti varji li daħluli mingħand għadd ta' residenti fl-inħawi dwar razzett li ilu fi stat ta' abbandun fin-naħa ta' fuq tat-tarf ta' Misraħ il-Barrieri, l-Imsida li apparti milli qed iservi ta' eye sore, qed jieħu spazju kważi ta' nofs it-triq hekk kif ġiet żviluppata peress u li ninsab infurmat li dan is-sit m'għandu l-ebda valur storiku jew arkitettoniku?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern se jieħu l-passi meħtieġa biex kemm jista’ jkun malajr tara x’inhu l-aħjar mod li tista’ tiddisponi minn din il-proprjetà u fl-istess ħin ikun jista’ jitneħħa l-inkonvenjent li qed jinħoloq bil-parti li qed tisporġi fit-triq.

self employed u SMEs — miżuri biex titnaqqas il-burokrazija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ħa l-gvern, partikolarment dawk leġislattivi, biex itaffi l-piż tal-burokrazija fuq (a) min hu self-employed u (b) għandu small and medium enterprises?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-Management Efficiency Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, lesta eżerċizzju u bħalissa qed jiġi implimentat biex titnaqqas il-burokkrazija in ġenerali fuq in-negozji, inklużi s-self employed u l-SMEs. Sa l-aħħar ta' din is-sena, il-miri li l-Gvern ikkommetta ruħu li jagħmel ser jiġu milħuqa.

Ilma tal-pjan — sid

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-sid tal-ilma tal-pjan, il-Gvern jew inkella s-sid privat tal-parti tal-art li taħtha hemm l-ilma tal-pjan?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-entità responsabbli mill-ilma tal-pjan hija l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Social Housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32413 u 32242 u jgħid x'inhu n-numru ta' units ta' social housing f'Malta u f'Għawdex?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern irid juża r-riżorsi kollha li għandu għad-disposizzjoni tiegħu sabiex jiġbor l-informazzjoni dwar proprjetajiet residenzjali li għandu fi ħdanu. Sabiex tinġabar din l-informazzjoni jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi, speċjalment meta tikkonsidra li hemm mijiet ta’ blokok ta’ appartamenti.

Artijiet devoluti lill-NGO's

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew devoluti lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Għal liema skop ingħataw u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi peress li l-prassi tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern hi li joħroġ devoluzzjonijiet lill-Kunsilli Lokali biss, dan id-dipartiment ma għandu l-ebda statistika li tissodisfa din it-talba.

Fidi ta' ċens fuq art bla bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn persuni li għandhom art li fuqha mhemmx bini u li waqgħet għand il-joint office mhux qed ikunu permessi jifdu ċ-ċens u jixtru din l-art?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, huwa kommess li jagħmel l-aħjar użu mill-proprjetà tiegħu għall-ġid tal-poplu kollu. Għal dan il-għan, bħala regola, mhix il-policy tad-Dipartiment li jiddisponi minn art li fuqha m’hemmx bini u li qiegħda b’ titlu ta’ ċens temporanju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet impellenti biex dan isir.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32237 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32253 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment f’din il-leġislatura sal-lum bid-dettalji mitluba. Madanakollu, fir-rigward tad-dettalji li huma ta’ natura personali jew kummerċjali, ma nsib l-ebda diffikulta sabiex ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Membru b’mod kunfidenzjali.