Persuni akkużati li għamlu dikjarazzjoni falza dwar flus
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti li għamlet dikjarazzjoni falza jew li m'għamlitx id-dikjarazzjoni dwar flus meta l-istess persuna kienet dieħla jew ħierġa minn Malta, jew meta kienet għaddejja fi transitu minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid in-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti? Jista' l-Ministru jgħid f'kemm il-każ il-Qorti ordnat il-konfiska tal-flus li ma ġewx iddikjarati, favur il-Gvern ta' Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u s-sena 2018 kien hemm 22 każ fejn persuni ġew akkużati fil-Qorti li għamlu dikjarazzjoni falza jew li m'għamlux id-dikjarazzjoni dwar flus meta dawn kienu deħlin, ħerġin jew għaddejja fi tranżitu minn Malta. Minn dawn, każ wieħed irrigwarda żewġ persuni. In-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati huma kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll il-pieni relattivi, fejn il-każ ġie deċiż, kif ukoll l-ammont ta’ flus konfiskati. Hemm tliet każi fejn il-proċeduri għadhom pendent u każ wieħed fejn il-persuna ġiet illiberata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati persuni neqsin, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid l-età u s-sess tal-persuni li ġew irrapurtati neqsin? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuna baqgħu ma nstabux?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ħinijiet ta’ visti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li nbidlu l-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba ma’ residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid illum x’inhi l-iskeda tal-ħinijiet tal- viżitaturi tal-qraba ma’ residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm ebda bidliet fil-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
L-iskeda tal-ħinijiet tal-visti hija kif ġej:
L-ewwel vista ta’ filgħodu tibda mid-9:00am sal-9:45am, it-tieni vista tkun mill-10:00am sal-10:45am u t-tielet vista tkun mill-11:00am sa 11:45am.
Waranofsinhar, il-visti jkunu mis-2:00pm sat-2:45pm, it-tieni vista tkun mit-3:00pm sal-3:45pm u l-aħħar vista tkun mill-4:00pm sal-4:45pm.
Dawn il-visti jkunu hekk kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati lill-pulizija, każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani fis-sena 2017 u 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, ir-rapporti huma bbażati fuq it-tip ta’ reati kriminali mwettqa, li f’dan il-każ ikopru persuni ta’ età 60 sena jew aktar u li huma rreġistrati bħala vittmi ta’ reati fil-kategoriji kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat li xi rapporti jistgħu jinkludi aktar minn persuna waħda u persuna anzjana, għalkemm imniżżla bħala vittma f’rapport, ma tkunx dik li kienet fil-mira diretta tal-aggressur.
Rapporti li jinvolvu vittma/i ta’ età 60 sena jew aktar
Report type
2017
2018
Total
Offiżi fuq il-Persuna
72
112
184
Vjolenza domestika
124
143
267
Serq Aggravat (Armed)
6
3
9
Mugging
9
6
15
Snatch & Grab
48
47
95
Total
259
311
570
Jista’ l-Ministru jispjega dettaljatament it-taħriġ li jingħata, u minn min, u kull meta, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar crowd control?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li taħriġ fuq Crowd Control qed jingħata f’forma ta’ teorija u kif ukoll prattika fuq diversi modules.
It-taħriġ lill-units partikolari jingħata taħt l-awspiċi tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati u jitmexxa mill-instructors tal-istess akkademja kif ukoll minn żewġ instructors in-house.
B'referenza għall-inċident li ġara fid-9 ta' Lulju 2018 fir-Rabat, Għawdex għal ħabta tal-10.30pm fit-Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex waqt tiġrija ta' żwiemel eċċ, meta numru ta' persuni li kienu jaraw it-tiġrija sofrew diversi feriti, u wieħed minnhom saħansitra ġarrab feriti gravi meta żiemel li kien qiegħed jinstaq fl-istess tiġrija, daħal adirittura għal fuq in-nies li kienu qed jaraw l-istess tiġrija mal-ħajt fuq il-bankina? X’inhi r-raġuni li ma saritx inkjesta maġisterjali, aktar u aktar meta persuna li kienet tara l-istess tiġrija sofriet feriti gravi per durata biż-żiemel jitla' saħansitra għal fuqha? F'liema stadju waslu dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru? Meta se jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet biex l-allegat ħati jew ħatjin, speċjalment min naqas milli jipprovdu sistema ta' sigurtà għall-persuni li kienu qed jaraw l-istess tiġrija, jiffaċċja proċess kriminali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ġew konklużi u huwa mistenni li persuna titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin b’akkużi relatati ma’ feriti fuq persuni.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — trasferimenti/pagamenti f’bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.
Forzi Armati ta’ Malta – stock ta’ flokkijiet ta’ taħt u kalzetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-istores tal-Forzi Armati ta’ Malta kienx hemm dejjem stock għall-membri tagħha, u jekk iva kemm kien hemm bħala bilanċi fl-aħħar ta’ kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, dawn l-imsemmija oġġetti:t
- Flokkijiet ta’ taħt; u
- Kalzetti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi flokkijiet u l-kalzetti kienu disponibbli. L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:
Flokkijiet
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1963
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 3990
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-11 ta’ Settembru 2018 – total 3656
.../2
Kalzetti Olive Green
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1592
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 488
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-1 ta’ Novembru 2018 – total 654
Kalzetti Navy Blue
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 918
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 284
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-27 ta’ Novembru 2018 – total 378
Forzi Armati ta' Malta — spiża ta' xatba tar-ranges tal-isparar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa x-xatba li tagħti għar-ranges tal-isparar tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tliet xatbiet ġew installati fir-ranges ta' Pembroke. It-tlieta kienu manifatturati u installati mill-FAM. B’kollox, it-tliet xatbiet swew lill-FAM €1642.
Forzi Armati ta' Malta — Ingwanti taċ-ċerminojal - stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm dejjem stock, u jekk iva, kemm kellu fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta għall-membri tagħha, bħala bilanċi fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tliet snin, ingwanti taċ-ċerimonjal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi, ingwanti taċ-ċerimonjal kienu disponibbli. L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 32
L-istokk skont l-aħħar stocktake fit-8 ta’ Novembru 2018 – total 71
Università ta’ Malta – kors ta’ Probation Services
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet sabiex jara li jħajjar aktar persuni jidħlu għall-kors fil-Probation Services ġewwa l-Università ta’ Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Dipartiment tal-Probation u Parole (DPP) ħadem sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ vacancies li għandu b¿onn sabiex ikun jista’ jaħdem u jwettaq id-dmirijiet tiegħu ta’ mmanniġġjar u supervizjoni ta’ offenders fil-komunità.
Tul dawn l-aħħar snin id-DPP impenja ruħu sabiex ħareġ numru ta’ sejħiet bil-għan li jinstabu kandidati idonei biex iwettqu xogħol ta’ Probation u Parole. Fost dawn is-sejħiet insibu s-sejħa ta’ applikazzjoni ta’ Trainee Probation Officers. Sabiex il-kors tal-Università jkun aktar appellabbli u attraenti f’Mejju 2017 id-DPP ħa l-inizjattiva flimkien mal-Università ta’ Malta fejn il-kandidati magħ¿ula ngħataw salarju bħala ħaddiema tal-gvern u li fl-istess ħin bdew u temmew il-kors universitarju li jwassal għal livell ta’ Masters in Probation Services. Dan wassal li wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ taħriġ huma ġew promossi bħala Uffiċjala tal-Probation fi ħdan id-Dipartiment imsemmi. Din l-inizjattiva għenet lill-persuna magħ¿ula li filwaqt li qiegħda ssegwi kors l-Università tkun qiegħda f’impjieg b’salarju u tkun aktar ippreparata għad-dinja tax-xogħol speċjalizzat li dan id-Dipartiment jirrikjedi.
Ma’ dan in¿id ngħid li fil-futur qrib se jitjieb il-pakkett finanzjarju tal-ħaddiema li jaqgħu fil-Probation Class u ri¿ultat ta’ dan kull min japplika l-Università għal kors ta’ Masters in Probation Services jaf li ser ikun qed japplika għal impjieg b’kundizzjonjiet aktar favorevoli.
Ex detenuti – pjanijiet biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jara li ex-detenuti li jkunu għadhom kif spiċċaw jiskontaw sentenza ta’ priġunerija, isibu dik l-għajnuna neċessarja sabiex jerġgħu jintegraw ruħhom lura fis-soċjetà? Peress li hu fatt magħruf li diversi drabi ex-detenut jispiċċa iżolat/waħdu jiġġerra barra mingħajr saqaf fuq rasu u mingħajr għaxja ta’ lejla, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex jitwaqqfu dawk l-istrutturi neċessarji sabiex ex-detenuti jiġu segwiti u megħjuna sabiex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara li jkunu ħallsu d-dejn tagħhom lejn is-soċjetà?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa mill-bidu tas-sentenza l-priġunier jibda jiġi megħjun minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti sabiex ikunu identifikati l-fatturi li jeħtieġ ikun megħjun fihom. Apparti dan, kull priġunier li jkun wasal li jtemm is-sentenza, minn xhur qabel, jiġi mitkellem sabiex ikun esplorat jekk hemmx il-b¿onn li jkun assistit għal impjieg jew akkomodazzjoni. Te¿isti kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Faċilità u entitajiet bħal Jobsplus u LEAP. Isiru diversi referrals mit-tim multidixxiplinarju tal-Faċilità lil dawn l-entitajiet sabiex jassistu f’ka¿ li l-priġunier jeħtieġ assistenza għal wara li jtemm is-sentenza u għaldaqstant l-għajnuna ta’ dawn l-entitajiet tkun diġà bdiet minn meta l-priġunier ikun għadu jiskonta s-sentenza. Te¿isti wkoll kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, fejn is-Social Workers tal-Faċilità jirreferu immedjatament, anke fil-bidu tas-sentenza, kull priġunier li jkun se jiffaċċja problemi ta’ akkomdazzjoni u jikkomunikaw mas-Social Workers tal-Awtorità tad-Djar, fejn dawn tal-aħħar i¿uru l-Faċilità u jkellmu lill-priġuniera fuq ba¿i regolari. Hemm ukoll il-programm tal-Fondazzjoni RISE fejn kull sena numru ta’ priġuniera jsegwu programm ta’ rintegrazzjoni fis-soċjetà b’mod gradwali u liema programm qed juri li hu wieħed ta’ suċċess.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar xi pjanijiet fil-futur biex jitwaqqfu strutturi sabiex eksdetenuti jkunu segwiti u megħjuna biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara li jkunu ħallsu d-dejn tagħhom lejn is-soċjetà għadhom jiġu diskussa mal-
Board of Governors
.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3495 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta’ droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena u x’tip ta’ droga nstabet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-snin imsemmija kien hemm il-każijiet segwenti:
Fis-sena 2015 kien hemm total ta’ sitta u ghoxrin (26) każ li ġew irreferuti lill-Pulizija dwar sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin:
1. 22 każ b’sustanza suspettuża ta’ lewn ħadrani,
2. 3 każijiet involva sustanza suspettuża ta’ lewn kannella,
3. Każ wieħed ta’ traċċi ta’ sustanza suspettuża ta’ frak ta’ lewn kannella.
Fis-sena 2016 kien hemm total ta’ tnejn u erbghin (42) każ li ġew referuti lill-Pulizija dwar sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
1. 32 każ b’sustanza suspettuża ta’ lewn ħadrani,
2. 3 każijiet involvew pilloli u methadone,
3. 6 każijiet involvew traċċi ta’ droga fuq paraphernalia tad-droga bħal foil maħruq,
4. Każ wieħed involva sustanza suspettuża ta’ frak ta’ lewn kannella.
Fis-sena 2017 kien hemm total ta' tlieta u sittin (63) każ fejn ġiet mgħarrfa l-Pulizija fuq sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilia’ Korrettiva ta’ Kordin.
1. 57 każ b’sustanza suspettuża ta’ lewn ħadrani,
2. 3 każijiet involvew sustanza suspettuża ta’ lewn kannella,
3. Każ wieħed ta’ traċċi ta’ sustanza suspettuża ta’ lewn kannella fuq paraphernalia tad-droga bħal foil maħruq,
4. 2 każijiet involvew sustanza suspettuża ta’ lewn bajdani.
Minn dawn hemm ħamsa u sebgħin (75) fejn għadu mistenni riżultat tal-eżamijiet fuq is-sustanza misjuba. Erbgħa u erbgħin (44) każ fejn irriżulta li s-sustanza misjuba ma kienetx droga li dwarha setgħu jittieħdu passi. Kien hemm tlett (3) każi fejn is-sustanza kienet eroina, żewġ (2) każi fejn is-sustanza kienet eroina u kannabis u żewġ (2) każi ta' kannabis wahdu, każ wieħed (1) fejn is-sustanza kienet methadone, każ wieħed (1) ta’ droga kokaina u żewġ (2) każi ta' droga ecstasy. Sallum tressqu sebgħa (7) persuni l-Qorti waqt li tlieta (3) għadhom iridu jitressqu. Fuq każ li rriżulta li kien droga, il-persuna suspettata mietet.
Sallum tressqu ħames (5) persuni l-Qorti waqt li tnejn (2) għad iridu jitressqu. Kien hemm każ (1) ieħor fejn ma hemmx evidenza biex il persuna suspettuża titressaq il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li ffrekwentat każin li mhux reġistrat skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, ma kienx hemm każijiet fejn xi persuna ġiet akkużata li ffrekwentat każin li mhux reġistrat skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Każini, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed iservu sentenza ta’ priġunerija għal reati ta’ prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna kienet qed isservi sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin dwar reati ta' prostituzzjoni jew li għalkemm is-sentenza li qed isservi kienet jew hija dwar reati oħra, l-istess persuna kellha x'taqsam mal-prostituzzjoni? Jista' l-Ministru jgħid is-sess u l-età ta' kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom reati ta’ prostituzzjoni u reati ta’ qligħ mill-prostituzzjoni huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena mill-2013 sas-17 ta’ Novembru 2018, l-età tal-persuni kif ukoll is-sess tagħhom.
Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali – ksur ta’ ordni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Pulizija għarrfet lill-qorti bi ksur ta' ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (3) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-Pulizija għarrfet lill-Qrati b'dan u jindika liema Qorti ġiet mgħarrfa b'hekk mill-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant ma kienx hemm istanzi fejn li-Pulizija għarrfet lill-qorti bi ksur ta' ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li provdut fl-artikolu 517(3) tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta.
Tfal u żgħażagħ taħt l-età li jagħmlu rapport lill-Pulizija
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30961 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika tant importanti tan-numru ta’ dawk it-tfal u żgħażagħ taħt l-età li għamlu rapport lill-Pulizija dwar vjolenza domestika li huma jew xi ħadd mill-familja tagħhom qed jgħaddu minnha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li informazzjoni dwar l-ammont ta’ tfal u żgħażagħ ta' taħt l-età li għamlu rapport mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fuqhom jew membri tal-familja tagħhom ma tinżammx taħt forma ta’ statistika peress li fis-sistema persuna li tagħmel rapport mal-pulizija tkun imniżżla bħala Person Filing Report. Din tista’ tkun persuna li tagħmel rapport f’isem tali persuni taħt l-età, u għalhekk l-ammont estratt mis-sistema ma jkunx veritier.
Forzi Armati ta’ Malta – suldati stazzjonati f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta stazzjonati f’Għawdex? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u f’liema taqsima huma stazzjonati? Jista’ jgħid kemm hemm suldati Għawdxin stazzjonati f’Malta u f’liema taqsima huma stazzjonati dawn is-suldati Għawdxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ suldati stazzjonati f’Għawdex huwa ta’ 74. Dawn huma kollha stazzjonati fl-Iskwadra Marittima (G Command) u l-gradi tagħhom huwa kif jidher hawn taħt:
GradTotal
Logutenent1
Staff Sergeant6
Sergeant8
Bombardier41
Lance Bombardier10
Gunner8
74
Hemm 153 suldat Għawdxi stazzjonati f’Malta li huma mqassmin kif gej:
UnitàTotal
Headquarters AFM10
1 Regiment52
3 Regiment40
4 Regiment18
Maritime Squadron24
Air Wing9
153
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna kienet jew għadha tinżamm detenuta f'kull wieħed mill-postijiet ta' detenzjoni li huma mniżżla fl-Iskeda tal-Ordni dwar Dikjarazzjoni ta’ Postijiet ta' Detenzjoni (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.03)? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità kienu jew huma l-imsemmija persuni u jindika r-raġuni għad-detenzjoni tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni li nżammu detenuti fil-postijiet ta' detenzjoni mniżżla fl-Iskeda tal-Ordni dwar Dikjarazzjoni ta’ Postijiet ta' Detenzjoni sena, b’sena mill- 2013 sa Ottubru 2018 kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess tabella turi liema kienu ċ-ċentri li ntużaw f’dan il-perjodu, kif ukoll tabelli li jindikaw in-nazzjonalitajiet tal-istess persuna. Infurmat illi f’dan il-perjodu diversi minn dawn iċ-ċentri ma kinux intużaw jew waqfu li jibqgħu jintużaw. Għal dak li jirrigwarda l-post ta’ detenzjoni fid-Depot tal-Pulizija in-nazzjonalità ta’ dawk involuti huma prattikament l-istess bħal dawn imsemmija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull każ ta’detenzjoni fil-postijiet imsemmija kien għall-skopijiet ta’ dak provdut fl-Att tal-Immigrazzjoni, kif hu indikat ċar fl-artikolu 2 tal-istess Leġiżlazzjoni Sussidjarja.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm każini reġistrati fl-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija? Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu l-imsemmija każini u għal liema skop (tal-banda, politiċi, sportivi eċċ) huma l-imsemmija każini?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-figuri miżmuma mill-Pulizija dwar każini reġistrati huma dawk tas-sena kurrenti anke peress li l-ammonti ftit ivarjaw matul is-snin. Fil-fatt fl-aħħar ta’ Ottubru 2018 kien hemm total ta’ erba’ mija u erbgħa (404) każin irregistat mal-pulizija għal skopijiet diversi u fid-distretti diversi, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.