Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta' Malta u Korp tal-Pulizija — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid Kemm hemm ħaddiema b’diżabilità impjegati direttament mal-Forzi Armati u mal-Korp tal-Pulizija fil-ġurnata li tiġi mwieġba din d-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta' ħaddiema b’diżabilità impjegati direttament mal-Forzi Armati u mal-Korp tal-Pulizija sal-ġurnata li ġiet mwieġba din d-domanda huwa ta’ 5 impjegati mal-Forzi Armati ta’ Malta u 5 impjegati mal-Korp tal-Pulizija.

Ħaddiema li jittrasportaw l-ikel fid-djar — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema minn dawk li jittrasportaw ikel fid-djar li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku u kemm sofrew feriti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ma jinżammu l-ebda dettalji dwar l-okkupazzjoni jew ix-xogħol ta’ persuni li jkunu nvoluti f'inċidenti tat-traffiku. Vetturi użati minn persuni in kwistjoni huma jew mikrija jew personali, għalhekk b'differenza mill-vetturi ta 'l-Ambulanzi, Taxis u Pulizija, dawk indikati fil-PQ ma jistgħux jiġu identifikati u l-informazzjoni ma tistax tinġabar.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Marzu 2021 għal: a. parkeġġ ħażin; b. liċenzji mhux imħallsa jew mhux imwaħħla; c. littering fir-rigward ta’ ħmieġ tal-annimali; u d. vetturi li jdaħħnu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-perjodu msemmi ngħataw ċitazzjonijiet skont hawn taħt: - Parkeġġ ħażin: 184,507 - Liċenzja mhux mħallsa/mwaħħla: 35,602 - Littering (Reg 4 LN344/2005): 374 - Exhaust pipe emits smoke: 244

Ħal Qormi – Għassa – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jara li d-Distrett tal-għassa ta’ Ħal Qormi ma jibqgħux b’karozza tal-pulizija nieqsa biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda tax-xogħol kbir li għandhom, b’mod effiċjenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-vettura tal-pulizija tal-għassa ta’ Ħal Qormi li tinsab nieqsa minħabba ħsarat, ġiet temporanjament sostitwita b’vettura oħra sakemm it-tiswijiet jitlestew.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20485 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18469, jista' l-Ministru jgħid ma’ min qed isiru n-negozjati tal-ftehim kollettiv skadut imsemmi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-negozjati tal-ftehim kollettiv qed isiru mal- General Workers Union.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Passi fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’dan il-pajjiż l-investigazzjonijiet jsiru mill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet relevanti li huma regolati mil-liġijiet tal-pajjiż u mhux mill-politiku.

Korp tal-Pulizija – stqarrija għall-istampa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il stqarrija għall-Istampa ħareġ il-Korp tal-Pulizija kull sena mill-2013 sal-lum, sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ stqarrijiet għall-Istampa maħruġa mill-Korp tal-Pulizija mill-2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2021 jammontaw għall-5138.

Serq minn skejjel pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm ġew irrapurtati lill-Pulizija każijiet ta' serq minn skejjel pubbliċi? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn l-iskejjel pubbliċi u x’kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u/jew il-valur tal-flus li ġew misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat minn skejjel pubblici bejn l-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Marzu 2021 kien kif indikat fit-tabelli qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. It-tabelli jinkludu kemm il-lokalita minn fejn insterqu l-oġġetti, it-tip ta’ oġġetti misruqa u l-valur tagħhom. Il-propjeta misruqa mill-iskejjel setgħet kienet propjetà li tappartjeni lill-iskola jew propjeta misruqa mill-iskola pero li tappartjeni lill-individwi privati.

Passi fil-konfront ta’ eks Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-eks Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’dan il-pajjiż l-investigazzjonijiet jsiru mill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet relevanti li huma regolati mil-liġijiet tal-pajjiż u mhux mill-politiku.

Passi fil-konfront ta’ eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’dan il-pajjiż l-investigazzjonijiet jsiru mill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet relevanti li huma regolati mil-liġijiet tal-pajjiż u mhux mill-politiku.

Ħal Tarxien – Għassa tal-Pulizija – ftuħ fuq bażi permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Tarxien tinfetaħ fuq bażi permanenti u li għalhekk ikun hemm iktar membri tal-korp assenjati fid-distrett sabiex ikunu jistgħu jsiru r-rondi neċessarji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li fl-aħħar ġimgħat ġie mħabbar li Ħal Tarxien ser tkun lokalità oħra inklu¿a fil-proġett tal-community policing. Għaldaqstant, fil-ġimgħat li ġejjin, ir-residenti ta’ Ħal Tarxien ser ikollom servizz aħjar u aktar modern mill-Korp tal-Pulizija. Kif kelli ċans nispjega l-viżjoni tal-Korp tal-Pulizija hi li jkun hemm preżenza ikbar ta’ pulizija fit-toroq. L-għassa ta’ Ħal Tarxien tkun miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz. Fl-istess ħin issir wkoll ronda minn uffiċjali b’vetturi tal-patrol, u foot patrol mill-community policing. Mal-għassa ta’ Ħal Tarxien ġie installat servizz ta’ ‘intercom’ li hu mqabbad 24/7 mal-Control Room fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn kull assistenza tingħata skont kif mitlub jew meħtieġ. Infakkru wkoll li ħafna mir-rapporti jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telephone jew mezzi elettroniċi oħra. Minkejja, dan irrid ngħid li l-għases ewlenin se jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum u fil-każ tar-residenti ta’ Ħal Tarxien l-għassa ewlenija li tkopri bis-servizzi tagħha ż-żona li jgħixu fiha hi dik ta’ Raħal Ġdid.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Inteprellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.