Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul April 2025?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Nefqa fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 27136 u tgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tagħha fl-entitajiet li jaqgħu taħtha fl-2024? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, tista’ tindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġewwa Għawdex kellha l-blue badge fl-aħħar ta’ kull sena minn Diċembru 2013 sa Diċembru 2024 u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ persuni li kellhom Blue Badge fl-aħħar ta’ kull sena mill-2013 sal-2024 f’Għawdex, tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Detenturi ta' Blue Badge f'Għawdex fl-aħħar tas-sena:
Irġiel
Nisa
Total
2013
14
13
27
2014
12
19
31
2015
17
26
43
2016
27
32
59
2017
68
68
136
2018
93
83
176
2019
114
97
211
2020
152
125
277
2021
261
231
492
2022
340
289
629
2023
411
349
760
2024
574
523
1,097
Għawdex — Persuni li għandhom l-EU Disability Card
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna kellha l-EU Disability Card fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 ġewwa Għawdex u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 2,917 persuna f’Għawdex li kellha Karta Ewropea tad-Diżabilità. Dawn kienu maqsumin f’lokalitajiet differenti kif ġej fit-tabella hawn taħt:
Lokalità (Għawdex)
Detenturi ta’
Karta Ewropea tad-Diżabilit
à fl-aħħar tas-sena 2024
Fontana
79
Għajnsielem
290
Għarb
110
Għasri
37
Kerċem
120
Marsalforn
88
Munxar
73
Nadur
369
Qala
166
San Lawrenz
70
Sannat
150
Santa Lucia
6
Victoria
567
Xagħra
375
Xewkija
267
Xlendi
36
Żebbuġ
114
Total
2,917
Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ngħataw is-Severe Disability Grant minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għas-Severe Disability Grant minn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ġew irrifjutati minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Vjaġġi uffiċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kienet akkumpanjata minn familjari tagħha jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid:
(a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tagħha kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom?
(b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ?
(ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tagħha ?
(d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tagħha tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali tippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm drabi fejn kont akkumpanjata minn familjari tiegħi waqt vjaġġi uffiċjali.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22407 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u tgħid x’sar mil-liġi proposta dwar Vulnerable Adult Protection’?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Abbozz ġie ffinalizzat u ser jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ assistent personali matul is-sena 2024? Tista' tgħid ukoll kemm intefqu fondi għal dan is-servizz matul is-sena 2024?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn Jannar u Diċembru 2024, kien hemm 463 persuna b’diżabilità li għamlet użu mis-servizz tal-assistent personali. Total ta’ fondi użati kien ta’ €3,478,648.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Nefqa fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2025?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Chief Executive Officers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Tista’ tgħid ukoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rigali u donazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tagħtu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Bord tal-Assessjar — Applikazzjonijiet għal Assistenti Personali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25798 dwar applikazzjonijiet għal Assistent Personali ma’ persuna b'diżabilità, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li minkejja li l-Bord ħa deċiżjoni dwarhom, id-deċiżjoni tal-Bord għadha ma ġietx ikkomunikata lilu jew lilha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ninsab infurmata li sad-data tat-tweġiba ta’ din l-interpellanza, il-persuni li dwarhom ittieħdet deċiżjoni mill-bord, kollha ġew notifikati bit-tali deċiżjoni.