Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Bankina u planters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Gvern biex saret il-bankina u l-planters fi Triq San Leonardu f’Ħaż-Żabbar fis-sena 2022 u biex inqalgħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanti li l-ispiża totali tax-xogħlijiet fi Triq San Leonardu, Ħaż-Żabbar, kienet ta’ €123,492.27, inklużi t-taxxi u dazji oħra iżda eskluża l-VAT, inkluż il-valur tax-xogħlijiet imkejla u l-varjazzjonijiet.
Ix-xogħlijiet kienu jinkludu, fost oħrajn, it-tneħħija u rikostruzzjoni tal-bankina eżistenti fuq naħa waħda tat-triq u bankina ġdida fuq in-naħa l-oħra tat-triq li tinkludi ukoll planters u buildouts ġodda u ħamrija.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji, f'tabella, dwar kemm hemm impjegati fi ħdan Identità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema grad jaħdmu u l-livell ta' kwalifiki tagħhom (MQF level)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħa.
Infrastructure Malta – Programm ta’ manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex programm ta’ manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji, u jekk fl-affermattiv jagħti dettalji tax-xogħlijiet li saru mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż jekk ix-xogħlijiet f’dan il-programm jinkludux it-tindif u/jew tiswija ta’ tabelli, bollards, mirja u guardrail reflectors, kif ukoll it-tneħħija ta’ veġetazzjoni illi qed tgħatti s-sinjali tat-traffiku?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Infrastructure Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa li t-travel time jitnaqqas b’79%, it-tniġġis jitnaqqas b’70% u li għal kull €1 miljun li ġie investit ikun hemm ritorn ta’ €4.2 miljun f’benefiċċji bħal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar, inqas konsum ta’ fuel u inqas inċidenti, eċċ., intlaħqux? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li setgħu saru mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jikkonfermaw dawn il-perċentwali u ċifri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jiġu rranġati l-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt li popolazzjoni ta' 800,000 persuna jkollha fuq l-infrastruttura, l-akkomodazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-trasport u r-riżorsi naturali? Jekk iva, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 1761.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1001 u ċjoè; B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 574, jista' l-Ministru jgħid il-kontravenzjonijiet imsemmija għal kemm jammontaw bħala flus, maqsuma separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-flus tħallsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li b’kollox dawn il-kontravenzjonijiet jammontaw għat-total ta’ €463,300 u li minnhom tħallsu €349,050, kif ġej:
Sena 2022: Il-liġi kienet għadha tiġi nfurzata minn entità oħra
Sena 2023: Inħarġu b’kollox €143,450 u li minnhom tħallsu €108,300
Sena 2024: Inħarġu b’kollox €148,650 u li minnhom tħallsu €120,200
Sena 2025: Inħarġu b’kollox €120,050 u li minnhom tħallsu €93,850
Sena 2026: Inħarġu sa’ issa €51,150 u li minnhom tħallsu €26,700.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 677 dwar il-proġett tal-pjazza ta' Buġibba, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti l-ispiża separata ta’ kull parti tal-proġett li semma fl-istess tweġiba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 677.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiġi rranġata l-area fi Trejqet tal-Fata ġewwa Ħaż-Żabbar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta tikkonferma li Trejqet tal-Fata hija nkluża fl-applikazzjoni għall-permess mill-PA, biex tinbena t-triq mill-ġdid bejn Bieb is-Sultan u ż-żona tal-Kappuċċini ġewwa Ħaż-Żabbar. Din l-applikazzjoni bħalissa tinsab fil-process għar-rakkomandazzjoni u deċizjoni mill-PA. L-irwol ta’ l-Aġenzija huwa dak relatat mal-implimentazzjoni tax-xogħol meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Birkirkara sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Birkirkara ser isir xogħol ta’ asfalt fuq il-wiċċ ta’ Triq Mannarinu, li tagħmel parti minn Fleur De Lys, liema xogħol mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjien.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Gwardamanġa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Gwardamanġa/Pieta’ ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq Blackley u parti minn Triq San Lawrenz. Ix-xogħol fi Triq P. Xuereb mistenni jkun lest fl-ewwel xhur tal-2027.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Marsa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-Marsa ser isir xogħol infrastrutturali f’parti minn Triq l-Irħam u Triq Azzopardi li mistenni jkunu lest sa ftit xhur oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx jew inkisibx parir legali minn Identità, mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni, mill-Avukat tal-Istat jew minn xi awtorità oħra dwar kif għandu jiġi trattat il-każ tad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia”? Jekk iva, jista’ jgħid meta ntalab dan il-parir u minn min?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Identità, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni jew xi awtorità oħra għandhomx policy, linji gwida jew istruzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu trattati każijiet fejn humanoid robot, sistema ta’ intelliġenza artifiċjali jew entità mhux umana tiġi ppreżentata ma’ dokument ta’ identifikazzjoni jew vjaġġar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jgħid liema proċedura amministrattiva ġiet applikata mill-awtoritajiet Maltin fil-każ tad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia”, inkluż jekk dan ġiex trattat bħala persuna, oġġett, tagħmir, jew taħt xi kategorija oħra għall-finijiet ta’ kontrolli ta’ fruntiera, sigurtà jew immigrazzjoni?