Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imposti penalitajiet finanzjarji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) da parti tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-bidu ta’ din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? Jekk fl-affermattiv, jista’ f’kull każ jgħid:
a. kemm kien l-ammont tal-penali imposti;
b. jekk deċiżjoni tal-FIAU fejn imponiet il-penali, ġietx appellata; u
ċ. jekk fil-konfront tal-istess deċiżjoni sarx rikors kostituzzjonali minħabba allegazzjoni li d-deċiżjoni meħuda kienet bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u/jew l-artikolu 6(1) tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitblua qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-kwistjoni tal-eks impjegati tal-Air Malta li suppost ġew trasferiti mal-RSSL tramite Air Malta Aviation Services Ltd., jista’ l-Ministru jgħid meta ġie aġġornat l-aħħar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10529.
B’referenza għall-kwistjoni tal-eks impjegati tal-Air Malta li suppost ġew trasferiti mal-RSSL tramite Air Malta Aviation Services Ltd u fid-dawl li dan it-trasferiment qatt ma seħħ minkejja li l-ħaddiema ġew trasferiti xorta waħda, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex informat li l-GWU għarrfet lill-impjegati tal-ewwel qbil dwar laqgħa inizjali, iżda minflok assigurathom li se jiġu inkorporati mat-tieni qbil minnufih, qaltilhom verbatim li “l-bargaining unit issa għandu l-informazzjoni u nisperaw li jifhmu l-każ tagħkom”?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10529.
B’referenza għall-kwistjoni tal-eks impjegati tal-Air Malta li suppost ġew trasferiti mal-RSSL tramite Air Malta Aviation Services Ltd, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jibqa' jinjora lil dawn il-ħaddiema billi jibqa' jkaxkar saqajh quddiem diskriminazzjoni lampanti fuq livelli differenti u ċjoè bejn il-ħaddiema tal-RSSL innifishom kif ukoll bejn il-ħaddiema tal-RSSL u dawk tal-entità fejn ġew trasferiti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10529.
B’referenza għall-kwistjoni tal-eks impjegati tal-Air Malta li suppost ġew trasferiti mal-RSSL tramite Air Malta Aviation Services Ltd, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan il-proċess burokratiku minflok inkorporazzjoni mat-tieni qbil fl-immedjat, dawn il-ħaddiema ġew trasferiti b'mod irregolari u xhur twal wara għadhom qed jistennewh jikkoreġi l-iżbalji li saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li t-trasferiment tal-ħaddiema minn mal-Air Malta għal mal-RSSL ilu li sar u ġie konkluż skont kif titlob il-liġi.
Ir-responsabilità tal-immaniġġar ta’ dawn il-ħaddiema issa hija ta’ l-RSSL. B’kollox ġew trasferiti 229 ħaddiem f’postijiet tax-xogħol alternattiv, assenjati skont ħiliet u vakanzi.
Infakkar li dan mhux l-ewwel grupp ta’ ħaddiema li ġew assorbiti mill-RSSL. Matul dawn l-aħħar 20 sena (qabel l-2015 l-RSSL kienet magħrufa bħala IPSL) kienu trasferiti mijiet ta’ ħaddiema bl-istess mod fost l-ohrajn mill-Pahrdu, mis-Sea Malta, Malta Development Corporation, Kalaxlokk Company LTD, Mediterranean Conference Centre, Water Services Corporation, Malta Shipyards, Malta Shipbuilding, Malta Drydocks, Tourism Authority, Malta Win Cargo, Medigrain, Key Security Services LTD, Planning Authority, Limsuk, IPSE, Malta College of Science and Technology u Metco.
B’referenza għall-kwistjoni tal-eks impjegati tal-Air Malta li suppost ġew trasferiti mal-RSSL tramite Air Malta Aviation Services Ltd, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jingħataw garanzija fuq l-arretrati mistħoqqa, inkluż żidiet statutorji li wkoll ma ngħatawlhomx?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10529.
B’referenza għall-kwistjoni tal-eks impjegati tal-Air Malta li suppost ġew trasferiti mal-RSSL tramite Air Malta Aviation Services Ltd, jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta' salarji, benefiċċji u bonuses li qed jingħataw lill-ħaddiema trasferiti taħt l-ewwel qbil irregolari kif ukoll taħt it-tieni qbil, liema lista għandha tkun eżerċizzju tajjeb tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' equal pay for equal work li qed iħaddan il-Gvern tal-Ħaddiem?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10529.
Konċessjoni ta’ Evans Building — evalwazzjoni tal-offerti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni tal-offerti li daħlu waqt il-perjodu tas-sejħa għall-proposti dwar il-konċessjoni ta' Evans Building?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 8 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-individwu msemmi fil-mistoqsija huwa Direttur fuq il-Bord tal-Air Malta Aviation Services Ltd., għandu esperjenza ta' ħafna snin fl-industrija tat-turiżmu, u jirċievi remunerazzjoni taʾ €9,640 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-Gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persuni li għandhom ’il fuq minn 60 sena u jaħdmu f’family business
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li għandhom 60 sena u aktar u li għadhom fis-suq tax-xogħol, jaħdmu f'family business? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma bħala nisa u rġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Jobsplus ma tiġborx informazzjoni dwar jekk persuna taħdimx f’family business.
Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru dwar il-politika ekonomika tal-Gvern u ż-żieda fil-popolazzjoni, jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jinvesti f’industry verticals eżistenti? Jista' jindika x’tip ta’ investiment se jkun qed isir?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Taxxa ffrankata minn xiri u bejgħ ta' proprjetà f'UCA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iffrankata taxxa għal dawk li xtraw jew biegħu proprjetà f’UCA f’Malta u f’Għawdex fl-2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskema li għaliha qed tagħmel referenza kienet imħabbra fil-Budget 2022 u għadha fis-seħħ. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2022, it-taxxa iffrankata għal dawk li xtraw proprjetà f’UCA f’Malta u Għawdex kienet tammonta għal €10,290,243.69; filwaqt li t-taxxa ffrankata għal dawk li biegħu proprjetà f’UCA f’Malta u Għawdex kienet tammonta għal €20,275,248.23.
Bis-saħħa ta’ din l-iskema li kull persuna li tixtri jew tbiegħ proprjetà li tinsab f’żona ta’ UCA jew proprjetà li ilha mibnija għal aktar minn 20 sena u ilha vakanti għal aktar minn 7 snin tingħata eżenzjoni mit-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-Boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-għotja fuq apparat li jippurifika l-ilma fl-2022 u jista’ jgħid x’inhuma l-għotjiet illum għal min jagħmel investiment simili?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Intepellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm EU Country Nationals reġistrati li qegħdin jaħdmu uffiċjalment f’pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2022 u kemm kien hemm qegħdin jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 111-il EU Country Nationals jirreġistraw fuq l-ewwel u tieni parti tar-reġistru sal-aħħar ta’ Diċembru 2022.
Rigward in-numru ta' EU Country Nationals jaħdmu uffiċjalment f’pajjiżna, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 9781.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali għadux jopera jew le u jekk iva, minn min hu kompost, kemm-il darba ltaqa’ s-sena li għaddiet u jekk kienx hemm persuna ġuridika jew naturali li ġiet blacklisted?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali għadu jopera u hu kompost skont it-tabella t'hawn taħt:
ChairpersonDr Jacqueline Tanti-Dougall
Deputat ChairpersonReginald Fava
MembruDr Joseph Fava
Membru SostitutGaetano Tanti
SegretarjaCaroline Mifsud
Il-Bord iltaqa’ tnejn u għoxrin (22) darba matul is-sena 2022. L-ebda persuna ġuridika jew naturali ma ġiet blacklisted tul is-sena 2022.