Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ser tingħata f'Seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12094, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda entità fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, ma tat impjieg lill-individwu kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?