To ask the Minister, if an employee does call in sick at Aġenzija Appoġġ, is another employee assigned on those sick days to fulfil the duties and responsibilities assigned to the sick employee, which could potentially adversely affect the visitation rights of a parent or significant other?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din ir-risposta se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
To ask the Minister, before Aġenzija Appoġġ delegates a family member or a third party to the intermittent custody of a child, what procedures are in effect to conduct due diligence as to the suitability of said family member or a third party?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’kull każ ta’ minuri protetti b’care order jew ordni simili ta’ ħarsien fejn l-minuri ikkonċernat jitqiegħed ma’ kustodji bħal nanniet, zijiet, jew qraba oħra, dejjem isir assessjar tal-każ b’mod individwali. Dan isir sabiex il-professjonisti tal-Fondazzjoni, jaċċertaw ruħhom li l-persuni jew l-istituzzjoni ma’ min jew fejn ikunu ser jirissjedu il-minuri, tkun finalment l-għażla idonja għal minuri ikkonċernati.
Aġenzija Appoġġ – violation of Visitation Court Order
Question
To ask the Minister, what does he considers a significant or serious violation of a Visitation Court Order issued by a competent Court? What happens when an Aġenzija Appoġġ personnel fail or refuse to obey such a Visitation Court Order? How many instances of a failure or refusal of Aġenzija Appoġġ’s personnel to comply with a Court Visitation Order, would the Minster consider to be significant enough to take disciplinary and/or corrective action?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13257.
To ask the Minister, what are the required specific educational qualifications for a person to be engaged as a volunteer with Aġenzija Appoġġ? Can he please detail the educational qualifications required?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13254.
Aġenzija Appoġġ — due diligence procedures - volunteers
Question
To ask the Minister, what is the pre-engagement due diligence procedure used in the selection and employment of volunteer applicants with Aġenzija Appoġġ? Can a copy of the said procedure be provided?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13254.
To ask the Minister, are there directives or memorandum written policies, from the Ministry which requires Aġenzija Appoġġ to follow the explicit mandates and instruction contained in a Visitation Order issued by a Court of Competent jurisdiction? If yes, can a copy be provided thereof?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-Servizz tas-Supervised Access Visits (SAVs) huwa servizz soċjali ieħor pprovdut mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Kif diġa’ weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 13250, dan is-servizz huwa intiż biex il-ġenituri separati li uliedhom ma jirrisjedux magħhom ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ uliedhom taħt is-superviżjoni tal-professjonisti tal-Aġenzija għall-Kura Alternattiva fi ħdan l-FSWS u liema impjegati jagħmlu parti mill-Aġenzija Appoġġ.
Matul is-snin, il-professjonisti tal-FSWS dejjem segwew id-Digrieti tal-Qrati kompetenti f’’dan il-qasam u mhux biss organizzaw dawn l-SAVs kif mitluba mill-Qrati imma anke ħejjew kull rapport li ġew mitluba li jagħmlu mill-istess Qrati u kif ukoll taw kull spjegazzjoni tal-każijiet kollha li kienu qed jassistu fihom.
Dan wassal biex inbniet relazzjoni sana (healthy working relationship) bejn il-professjonisti tal-FSWS u l-Qrati. F’dan il-kuntest, kull meta d-digrieti tal-Qrati ma jkunux eżegwibbli, l-professjonisti tagħna jinfurmaw lill-istess Qrati permezz ta’ rikors u / jew nota u jistennew direzzjoni ulterjura mill-Qrati u, naturalment, jimxu ma’ dik id-direzzjoni ġdida kif mogħtija fl-aktar digriet riċenti.
To ask the Minister, are there any policies, customs and practices of his Ministry which prohibits Aġenzija Appoġġ from modifying, altering or disregarding a Visitation Order issued by a Court of Competent jurisdiction without first seeking relief from said Court? If yes, can a copy be provided thereof?
Aġenzija Appoġġ – employees and voluteers — disciplinary procedures
Question
To ask the Minister, are there any disciplinary procedures within the Ministry which specifically addresses the conduct, behavior and/or attitude of employees and volunteers engaged with Aġenzija Appoġġ? If yes, can he please provide information thereof?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha kemm Code of Conduct u kemm Disciplinary Policy li jorbtu lill-impjegati u l-voluntiera kollha fl-Aġenziji kollha tagħha, inkluża l-Aġenzija Appoġġ. Id-dokumenti msemmija qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 13259 - Doc to Attach - Disciplinary Policy.pdfPQ 13259 - Doc to Attach - Code of Conduct.pdf
Aġenzija Appoġġ – employees — code of ethics/conduct
Question
To ask the Minister, does his Ministry have a code of ethics/conduct specifically targeting the Aġenzija Appoġġ employees? If yes, can he please provide information?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13259.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hemm tfal f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna u f'liema lokalità qed jgħixu? X'qiegħed isir sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna dawn it-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25246 tat-Tnax-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex imwaqqaf ix-sheltered housing għall-anzjani? Jekk iva, kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan il-proġett u fejn qiegħed dan il-proġett tant importanti għall-anzjani?
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali — Quality Service Charter
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12272 , jista’ l-Ministru issa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Quality Service Charter tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill Onor. Interpellant li, d-dokumenti mitluba minnu qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-istess dokumenti jinsabu wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizi ta’ Ħarsien Soċjali. Wieħed jista’ jaċċessahom minn fuq il-links pprovduti hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/Vacancies/Policy%2018%20Service%20Users%20Satisfaction%20Policy.pdf
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/Vacancies/Policy%2018_3%20Guidelines%20for%20the%20Complaints%20Procedure.pdf
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li, l-Awtorità għall-Istandards ta’ Kura Soċjali qiegħda toħroġ standards li jirregolaw is-servizzi kollha li jagħtu servizz fil-qasam soċjali, inkluż is-servizzi li jingħtaw mill-Fondazzjoni.
Servizz ta’ carer/helper – refund mogħti fil-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta dawk il-carers/helpers li jnaddfu d-djar ikunu bis-sick leave eċċ, u f’ċertu ċirkostanzi ma jkunx provdut reliever, għalfejn ir-refunds fil-pensjoni mhumiex qed jiġu mogħtija lura sabiex dan jagħmel tajjeb għall-ħlas nominali li jkun sar għas-servizz tal-carer/helper fi djar meta dan attwalment ma jkunx ingħata?
To ask the Minister, how many employees are employed at Aġenzija Appoġġ? Can he please specify the number of employees assigned to Malta and assigned to Gozo respectively?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Appoġġ tagħmel parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. L-impjegati tal-Aġenzija Appoġġ huma kollha assenjati Malta. Dan minħabba l-fatt li f’Għawdex hemm fergħa oħra tal-Fondazzjoni (FSWS - Gozo Branch Services), li toffri s-servizzi minn Għawdex stess għall-Għawdxin.
In-numru ta’ impjegati li jaħdmu dirett mal- Aġenzija Appoġġ huwa ta’ 240 impjegat.
To ask the Minister, how many employees of those employed at Aġenzija Appoġġ and assigned to Malta and Gozo respectively hold a supervisory position?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, tispjega b’ mod speċifiku għal liema kategorija ta’ impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) qiegħda tirreferi. Dan hekk kif fil-Fondazzjoni hemm Diretturi, Managers, Leaders u Co-Ordinators li lkoll jagħtu professional process supervision lill-impejgati taħt ir-responsabbilità tagħhom waqt li hemm ukoll supervisors li jkunu assenjati biex jiffaċilitaw is-supervised access visits (SAVs) għall-ġenituri li ma għandhomx il-kustodja ta’ wliedhom (non-custodial parents) u jkunu jistgħu biss jiltaqgħu ma’ wliedhom waqt dawn l-SAVs.
Għaldaqstant, meta l-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema kategorija ta’ impjegati qiegħda tirreferi, nkun nista’ nwieġeb il-mistoqsija tagħha.
To ask the Minister, what are the required specific educational qualifications of an employee of Aġenzija Appoġġ to hold a supervisory position? Can he please detail the said educational qualifications?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, tagħti l-kjarifiki tagħha għal x’riedet tfisser eżatt bit-terminu “supervisory position” kif diġa’ tlabt għal mistoqsja parlamentari numru 13250.
To ask the Minister, what are the required specific educational qualifications for any employee not in a supervisory position in Aġenzija Appoġġ? Can he please detail the said educational qualifications?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, tagħti l-kjarifiki tagħha għal x’riedet tfisser eżatt bit-terminu “supervisory position” kif diġa’ tlabt għal mistoqsja parlamentari numru 13250.
Aġenzija Appoġġ – pre-employment due diligence procedures
Question
To ask the Minister, what are the pre-employment due diligence procedures used in the selection of applicants to work for Aġenzija Appoġġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull impjeg u xogħol volontarju li jinvolvi kuntatt u ħidma ma’ minuri f’pajji¿na huwa, regolat mill-Protection of Minors Act (POMA).
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) tikseb l-assikurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li kemm l-impjegati li tkun ser tingaġġa kif ukoll dawk in-nies li jagħmlu xogħol volontarju mal-istess Fondazzjoni, ikunu regolati ma’ dak mitlub fil-Protection of Minors Act (POMA), qabel ma effettivament jibdew il-ħidma tagħhom mal-Fondazzjoni. Barra minn hekk, il-persuni li jkunu ser jaħdmu mal-Fondazzjoni, fil-qasam tat-tfal, jintalbu kondotta kif ukoll 2 referenzi, mingħand uffiċċjali kompetenti. Dan minbarra ukoll li l-persuna jrid ikollha l-kwalifiċi li jkunu mitluba fis-sejħa li toħroġ.
To ask the Minister, whether Aġenzija Appoġġ hires or solicit the assistance of volunteers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma’ dak li diġa’ weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 13253, inżid biex ngħid li, l-Aġenzija Appoġġ tingaġġa numru ta’ voluntiera mas-servizzi ta’ Home-Start u Programm Ulied Darna (PUD) kif ukoll mas-servizz 179.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, isir assessjar fuq il-persuni li japplikaw sabiex ikunu voluntiera mal-Fondazzjoni. Il-voluntiera li jgħaddu minn dan l-assessjar, jingħataw taħriġ intensiv mifrux fuq 10 ġimgħat. Dawn ikun taħt superviżjoni kontinwa minn professjonisti li jaħdmu mal-Appoġġ fuq servizzi speċjalizzati partikolari. Barra minn hekk, il-volontiera magħżula ikollhom sessjonijiet regolari ta’ appoġġ fi gruppi, kif ukoll jingħata taħriġ kontinwu lill-istess volontiera. Finalment, il-voluntiera jiġu mmoniterjati fuq bażi kontinwa mill-professjonisti rispettivi fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13065 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferita lilu u jgħid għaliex ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Gas Board ma ngħatawx il-pensjoni ekwivalenti għall-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Electricity Board?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sitwazzjoni tal-eks ħaddiema tal-MEB u tal-eks ħaddiema tal-Gas Board hija totalment differenti minn ta’ xulxin. Huwa importanti ikun rilevat li s-sitwazzjonijiet li ġew indirizzati rispettivament ma jirreferux għal meta dawn il-persuni kienu ġew assorbiti fil-korporazzjoni Enemalta iżda għal ferm qabel ġara dan.
Inżid ingħid ukoll li, l-eks ħaddiema tal-Gas Board jistgħu jikkwalifikaw għal aktar ħlasijiet fil-futur, jekk u kull meta l-Gvern jalloka fondi għal dan il-għan fil-Baġit nazzjonali. Fil-fatt aktar tard din is-sena dawn il-persuni se jkunu qed jirċievu pagament ieħor kif irċevew is-sena l-oħra, u bħalhom jistgħu jirċievu fis-snin li ġejjin.