Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdiewa fin-nofsinhar ta’ Malta – provvista ta’ new water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bdiewa tan-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment dawk li għandhom ir-raba tagħhom fil-limiti tax-Xgħajra u Ħaż-Żabbar u l-lokalitajiet tal-madwar, ilhom madwar sitt xhur bla 'new water'? X'inhi r-raġuni li naqset din il-provvista tant importanti għall-bdiewa ta' dawn l-akkwati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ottubru tal-2020 u Marzu tal-2021 ġew mqassma 130,000m3 ta’ ‘New Water’ fil-limiti ndikati. Meta tqabbel is-sena 2020 mal-2019, il-Korporazzjoni pproduċiet 506,665m3 ta’ ilma mill-impjant ta’ Barkat, kontra l-304,779m3 tal-2019. Din tfisser żieda ta’ 66%. L-impjant ta’ Barkat għandu potenzjal biex jittratta iżjed drenaġġ u jiġġenera iżjed ilma għal bdiewa tagħna. Filfatt fil-ġimgħat li għaddew nedejna faċilitajiet iddedikati biex nittrattaw Farm Waste f’ Sant Antnin. Mistennija wkoll li f’Lulju nniedu faċilitajiet ġodda ta’ trattament tad-drenaġġ sabiex l-impjant ta’ Barkat jaħdem aħjar b’iżjed stabilita. B’hekk inkunu qed niġġeneraw iżjed ilma għal bdiewa li kull ma jmur qed jintuża iżjed, u li jgħin lil ambjent ta’ madwarna.

Tal-Barkat Sewage Treatment Plant — ħsarat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li minħabba ħsarat fis-Sewage Treatment Plant li hemm f'Tal-Barkat, ix-Xgħajra, il-bdiewa tal-madwar mhux jiġu provduti bil-provvista ta' 'new water'? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x'inhi din il-ħsara? Xi kemm qed jiġi kkalkulat biex din il-ħsara tiġi rranġata u għalhekk dan is-servizz jerġa’ jiġi pprovdut mill-ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ikun hemm xi ħsarat temporanji minħabba fatturi esterni bħal ngħidu aħna inflows ta’ Farm Waste, il-Korporazzjoni dejjem tara kif tista ssolvi kwalunkwe tip ta’ inkonvenjenza. B'hekk kif ġie referut fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 20397 tnedew facilitajiet biex jiġi trattat il-Farm Waste.

Tal-Barkat Sewage Treatment Plant – xogħlijiet fuq il-ġibjuni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk meta saru x-xogħlijiet biex jissaqqfu tliet ġibjuni viċin is-Sewage Treatment Plant li hemm f'Tal-Barkat, ix-Xgħajra biex jieħdu ġo fihom in-'new water', saretx ħsara lill-istess ġibjuni bil-konsegwenza li mhux iżommu ilma fihom? Meta ser jissewwew dawn il-ġibjuni u meta x-xogħol fihom ser ikun lest għal kollox?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-investiment fin-‘New Water network’ fin-naħa t’isfel ta’ Malta, saru xogħlijiet fuq tlett ġibjuni fl-inħawi indikati biex iservu ta’ riserva għal dan l-ilma ġdid. Il-ġibjun tax-Xagħjra beda jintuża fi Frar tal-2021 filwaqt li bħalissa għaddej xogħol fuq San Anard u Bidni li mistennija jittlestew sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena.

Network ta’ provvista ta’ new water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitlesta n-network ta' provvista ta' 'new water' fil-pajjiż? Fiex wasal ix-xogħol s’issa u f'liema lokalitajiet dan is-servizz twassal? Meta ser jitwassal dan is-servizz f'lokalitajiet oħra (lokalità b’lokalità)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ ‘New Water dispensers’ kemm dawk attivi u kif ukoll dawk li huma ppjanati matul is-snin li ġejjin, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Catering establishments – sussidju fuq ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20077, tista’ l-Ministru tistħarreġ il-possibbilità li sidien ta’ catering establishments ikunu jistgħu japplikaw għal sussidju fuq ħaddiema ġodda li jkunu daħlu jaħdmu magħhomwara Mejju 2020?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozji kollha li qed jieħdu il-wage supplement, minn Jannar ta’ din is-sena setgħu japplikaw għall-ħaddiema ġodda li daħlu wara Mejju tal-2020 bħala replacements ta’ dawk l-impjegati li rrizenjaw minn jeddhom. Barra minn hekk dawk in-negozji li kienu affetwati minħabba d-direttivi tal-Awtoritajiet u kellhom jingħalqu minnħabba l-legal notice, setgħu japplikaw ukoll biex jibbenifikaw mill-wage supplement għal dak iż-żmien li jkunu malgħuqin.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Rapporti dwar distributuri taċ-ċilindri tal-gass

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx saru rapporti lill-Pulizija u lill-REWS (Regulator Energy Water Services) dwar distributuri taċ-ċilindri tal-gass li jkunu kisru l-liġi u jekk iva, x' passi ttieħdu u x'azzjoni ttieħdet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu każijiet jiġu riżolti billi l-indivdwu inkwistjoni jirregolarizza ruħu. F’każijiet oħra ġiet imposta multa amministrattiva. Il-mistoqsija rigward ir-rapporti li saru lill-Pulizija għandha tiġi mwieġba mill-Ministru kkonċernat.

Solar Panels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li għandhom solar panels u kemm hu l-ammont ta' flus total li huma investew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ benefiċċjariji kien ta’ 26,170 filwaqt li l-ammont ta’ flus investit kien ta’ € 228,894,918. Din l-informazzjoni tkopri sa Frar 2021.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — direct orders lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru telenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanha lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ għal kull każ, tagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda direct order jew simili mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.

Marsaxlokk – Triq Xrobb l-Għaġin — xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra jekk ix-xogħol f’Triq Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk huwiex konkluż u jekk le għaliex? Tista’ tinforma x’xogħol sar u kemm huwa stmat li ser jiswa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant peress li l-kriterji neċessarji ma ġewx milħuqha minn naħa tal-kuntrattur, it-tender oriġinali ġie tterminat lejn l-aħħar tas-sena 2020 u reġa ġie ppublikat lejn l-aħħar ta’ Diċembru ta’ l-istess sena. It-tender għax-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin ġie aġġudikat u x-xogħlijiet mistennija jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin.

Tarxien – Triq Birżebbuġa — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena f’Triq Birżebbuġa Tarxien u kemm huwa stmat li ġew jiswew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija kienu parti minn proġett estensiv li fuqu ħadmu diversi entitajiet. Infurmata li min-naħa tal-Enemalta x-xogħol kien jinvolvi t-tqiegħed ta’ żewġ cables tat-33 kV biex jinbidlu cables qodma. Dan sar bil-għan li tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku. Ix-xogħol kien mifrux fuq medda ta’ 1.8 kilometri u t-triq indikata tkopri medda ta’ 76 metru mill-proġett kollu.

Gozo Fibre Optic Limited

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ġiet imwaqqfa l-kumpanija Gozo Fibre Optic Limited? Tista' tgħid min huma ċ-Chairperson u d-Direttur tal-istess kumpanija u minn min ġew appuntati? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Articles of Association u Memorandum tal-istess kumpanija? Tista' tgħid min huma x-shareholders tal-istess kumpanija? Tista' tpoġġi kopja tal-accounts tal-istess kumpanija fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Peress li l-kumpanija għadha tibda’ topera għad m’hemmx accounts li jistgħu jiġu ppreżentati.

Wage Supplement approvat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie approvat Wage Supplement bejn Marzu u Ġunju 2020? Kemm kienu l-kumpaniji li utilizzaw dan il-fond? Kemm impjegati? Kemm damu bil-wage supplement? X’kienu l-kundizzjonijiet li ngħata bihom il-wage supplement? Kemm kien hemm talbiet għal wage supplement li ma ntlaqgħux u għaliex ma ntlaqgħux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID Wage Subsidity – impjegata ta’ beauty salon jew nail technician

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk impjegata ma’ beauty salon jew nail technician hijiex intitolata għall-COVID Wage Subsidy imħabbra mill-Gvern fil-Budget 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mpjegata reġistrata ma’ beauty salon jew nail technician kienet intitolata għal wage supplement fuq Annex A sa Ġunju u fuq Annex B minn Lulju. L-Onor. Interpellant jaf, li minn Jannar il-wage supplement inbiddlet u l-ħlas qed isir skont it-tnaqqis fil-bejgħ bejn Marzu u Ottubru 2020 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Jekk impriża m’għamlitx telf ma tibqax intitolata għall-wage supplement.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skond jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru għall-Enerġija, l-Industrija u l-Iżvilupp Sostenibbli — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari parlamentari 19235 tista’ l-Ministru tgħid min huma dawk il-persuni maħtura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kollha kemm hi pubblika. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 6287 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 445, nhar l-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2021)

Ħal Qormi – manutenzjoni tal-provvista tal-elettriku

Question

B’referenza għall-avviż ta’ manutenzjoni ppjanata fuq is-servizz tal-provvista tal-elettriku bejn 8am u 4pm għal għada 17 ta’ Marzu f’diversi toroq f’Ħal Qormi fosthom Triq Dun Ġorġ Fenech/Triq Marju Pace/Triq Nikol Montebello/Triq Marcel Attard Vagnolo/ Triq Karmenu Camilleri/Triq Nikol Baldacchino, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan il-manutenzjoni tistax issir f’ħinijiet li jirrispettaw il-fatt li bħalissa t-tfal qegħdin jitgħallmu online mid-dar u numru ta’ ġenituri qegħdin magħhom bit-telework? Tista’ din it-talba tigi kkonsidrata wkoll għal kull każ ta’ manutenzjoni ppjanata madwar Malta u Għawdex waqt li qegħdin f’partial lock down?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tagħmel dak kollu possibbli biex ma jsirux xogħlijiet li jinterrompu l-provvista tad-dawl fil-ħin li jkunu għaddejjin lezzjonijiet online sakemm ma tkunx meħtiega manutenzjoni jew tiswijiet ta’ natura urġenti. F’dan ir-rigward ix-xogħol ta’ manutenzjoni li kellhom isiru fis-17 ta’ Marzu, fl-imsemmija toroq f’Ħal-Qormi ġew posposti.

Malta Enterprise – ilmenti minn impjegati għax ma rċevewx il-COVID Wage Supplement

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ilment wasal għand il-Malta Enterprise minn impjegati li matul l-2020 u l-2021 ma rċevewx il-COVID Wagę Supplement?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18456.

Business First – persuni li għamlu użu mis-servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi ta’ Business First sena b’sena mill-2013 sal-lum, jekk hu possibbli? X’kienet l-iktar raġuni għalfejn in-nies irrikorrew għand Business First fl-aħħar snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Business First beda jopera matul l-2017. L-ammont ta’ nies li għamlu użu mis-servizz tal-Business First s’issa jinsab hawn taħt: Email Imwieġba Viżitaturi Telfonati fuq 144 Total 2017* 745 536 1,980 3,261 2018 3,607 16,054 17,881 37,552 2019 4,342 23,502 15,830 43,674 2020 63,421 13,934 68,526 145,881 *2017 (minn Ottubru sa Diċembru) L-aktar servizz mitlub ġewwa l-uffiċċini tal-Buisness First (walk ins) huwa dak relatat mal-VAT. Dan jinkludi kemm servizz ta’ Customer Care kif ukoll talbiet għal-gwida u nformazzjoni fuq ir-reġistrazzjoni bħal talbiet għal-numru ġdid tal-VAT biex jiftħu negozju. Fost raġunijiet il-għala n-nies irrikorew għand il-Business First kien hemm talbiet ta’ nformazzjoni dwar: Twaqqif ta’ negozju ġdid u incentivi tal ME u entitajiet oħra: Taxxa Awtorita għat-Turizmu Xoghol (Jobsplus) Work Permits (Identity Malta) Environmental Health ERDF (Skemi tal-Business Enhance) Dwana

Malta Enterprise – miżuri biex tonqos il-burokrazija

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-miżuri, waħda waħda, li Malta Enterprise ħadet jew wettqet biex tonqos il-burokrazija, sena b’sena mill-2017 sal-lum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ tnaqqis ta’ burokrazija u simplifikazzjoni għan-negozji fil-Malta Enterprise huwa wieħed kontinwu. Dawn huma fost l-iktar miżuri li spikkaw mill-2017 lil hawn madanakollu hemm diversi miżuri oħra sabiex in-negozju u l-industrija jiġu mgħejuna b’kuntatt dirett u allura jiġi faċilitat xogħol imprenditur. Review tal-proċessi relatati ma’ skemi tal-Malta Enterprise Malta Enterprise tagħmel review tal-proċessi relatati mal-iskemi tal-Malta Enterprise sabiex ikunu iktar aċċessibbli għan-negozji. Fir-rigward ta’ żvilupp ta’ inċentivi inbeda proċess ta’ simplifikar tal-kontenut bil-għan li l-kontenut jinftiehem b’mod aktar ċar għan-negozji li japplikaw. L-inċentivi huma kollha aċċessibbli fuq is-sit tal-Malta Enterprise. L-applikazzjonijiet rispettivi qegħdin jiġu trasportati fil-portal tal-klijent li nħoloq biex l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi f’sistema ċentralizzata u jgħin biex l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi kemm jista’ jkun kompluti bid-dokumentazzjoni kollha mitluba. Fis-sena 2021 inbeda proċess biex jiġu simplifikati l-applikazzjonijiet tal-inċentivi u biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-formoli annessi mal-applikazzjonijiet billi jinġabru f’dokument wieħed. Dan il-proċess għadu għaddej. Business Development Malta Mill-2017, fi ħdan il-Malta Enterprise twaqqfet il-Business Development Malta li l-għan tagħha hu li toffri assistenza lil negozji żgħar u medji stabbiliti permezz ta’ relationship management fl-oqsma industrijali tal-Gvern. Din is-sezzjoni għandha l-għan li żżomm kuntatt dirett ma’ negozji żgħar sabiex toffrielhom assistenza għan-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise, kif ukoll tassisti negozji jespandu. Business Development Malta qiegħda tgħin ukoll negozji ġodda lokali f’oqsma ekonomiċi diversi, sabiex japplikaw għal skemi tal-Malta Enterprise. Dan l-outreach qed iservi biex Malta Enterprise tkun hi nnifisha li tħabbat bibien in-negozji żgħar u medji u toffrilhom l-assistenza meħtieġa biex ikabbru n-negozju tagħhom. One Stop Shop għall-Intraprendituri - Business 1ST Konxji mill-fatt li l-intrapriżi mikro u żgħar għandhom bżonnijiet speċjali, l-Malta Enterprise matul l-2017 iddeċidiet li tirristruttura l-Business First bħala impriża konġunta bejn il-Malta Enterprise u l-Kamra Maltija għall-SMEs. Business First jipprovdi one stop shop għall-intraprendituri u l-għan tiegħu huwa li jimplimenta l-kunċett ta‘ ‘Gvern wieħed ’u b’hekk jipprovdi esperjenza bla xkiel għan-negozji li jinteraġixxu mal-Gvern u b’hekk inaqqsu l-burokrazija. Għalhekk il-B1ST jlaqqa’ f’post wieħed għan-negozji numru ta' dipartimenti u entitajiet tal-gvern li jew joffru servizz jew inkella jirregolaw attivitajiet kummerċjali. Illum is-CfR joffru s-servizzi kollha tagħhom lin-negozju mill- B1ST u MTA u d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali għandhom rappreżentanti permanenti fl-uffiċċini tal-Business 1ST ġewwa l-Mrieħel. Entitajiet oħra bħal Measure and Support Division (li jamministraw il-fondi tal-ERDF), Identity Malta u Jobs Plus, Dipartiment tad-Dwana, qabel il-Covid 19, kellhom preżenza ta’ kull ġimgħa fil-B1ST, servizz li se jerġa’ jiddaħħal fis-seħħ aktar tard. Barra minn hekk, għandna wkoll numru ta’ arranġamenti ma’ entitajiet oħra tal-Gvern u meta nindunaw li klijent għandu bżonn informazzjoni/servizzi ta’ dawn l-entitajiet il-Business 1ST jiffaċilita li ssir laqgħa jew tinġabar l-informazzjoni u tiġi mgħoddija lill-klijent permess ta’ APP li varajna għall-klijenti. Il-B1ST tikkollabora wkoll ma' dawn l-entitajiet sabiex tiffaċilita t-tnaqqis tal-burokrazija prinċipalment permezz tal-introduzzjoni ta' servizzi razzjonalizzati onlajn. Il-B1ST integrat il-formoli kollha meħtieġa li kienu jimtlew għat-twaqqif ta' mpjieg indipendenti f'forma waħda. Fil-fatt ir-reġistrazzjoni ta' negozju bħala persuna li taħdem għal rasha jew kumpanija li diġà hija ffurmata, li l-attività tagħha ma teħtieġx liċenzja, tista' ssir billi timla formola integrata waħda (jew onlajn jew billi tmur fil-B1ST) u tinqeda fi ftit minuti. Kull sena B1st tara eluf ta’ klijenti u kif mistenni fl-2020 dan il-kuntatt żdied. Din hija statistika ta’ kemm negozji u klijenti żaru B1st fl-2020: Kuntatt permezz ta’ walk-ins: 13,831 Kuntatt permezz ta’ email: 63,421 Kuntatt li sar mill-istaff ta’ B1st: 12,415 (Covid enquiries/follow ups) Kuntatt permezz tal-linja 144: 68,526 (of which 52,002 for COVID) Total ta’ kuntatt ma’ klijenti: 158,193 Unit għall-intraprizi mikro Fl-2018 ġiet imwaqqfa wkoll unit speċifika għall-intripriżi mikro li jħaddmu inqas minn 10 ħaddiema. Din il-unit tgħin intrapriżi żgħar bħall-industriji magħrufin bħala garage industry. Ġew simplifikati l-proċessi għal dawn it-tip ta’ intrapriżi u tingħata wkoll assistenza ta’ relationship management speċifika ma’ dawn l-industriji mikro permezz ta’ outreach visits li jsiru b’mod regolari. Tisħiħ tal-uffiċċji tal-Malta Enterprise f’Għawdex L-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex fix-Xewkija ġie msaħħaħ biex joffri assistenza iktar sħiħa lill-intrapriża Għawdxija. Apparti tliet impjegati full time f’dan l-uffiċċju, persuni minn sezzjonijiet differenti ta’ Malta Enterprise partikolarment relationship managers iżuru n-negozji Għawdxin b’mod regolari. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise jiltaqa’ mal-intrapri¿i Għawdxin fuq bażi regolari. Business Portal Il-Malta Enterprise bħalissa qed timplimenta Portal tan-Negozju ħolistiku sabiex kull individwu li jibda jew imexxi negozju jkun jista’ jinteraġixxi mal-Gvern permezz ta’ sistema interattiva u intelliġenti waħda (Portal) li awtomatikament u bla xkiel tibgħat talbiet ta’ servizz lid-diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern b'mod li jippermetti lil dawn tal-aħħar iżidu l-effiċjenza u għalhekk jiffaċilitaw in-negozju f'Malta. Se jippermetti l-kollaborazzjoni u l-qsim tad-data, bejn id-dipartimenti, sabiex is-sistema li tirriżulta tkun waħda ħolistika u kkoordinata. Il-Portal se jtejjeb ukoll l-operazzjonijiet tas-servizz tas-settur pubbliku peress li se jkun qed jopera fuq il-prinċipji ‘darba biss’ u ‘gvern wieħed’. Se jieħu vantaġġ mill-aħħar teknoloġija għall-provvista effettiva u effiċjenti ta' servizzi tal-Gvern ta' 38 entità differenti għan-negozju. Se jkun il-punt ta’ dħul għal aċċess integrat għall-gvern kollu u se jifforma wkoll il-kundizzjonijiet bażiċi li jippermettu kollaborazzjoni, bejn id-dipartimenti, permezz ta’ arranġamenti istituzzjonali sabiex is-sistema tkun ħolistika u kkoordinata. Sabiex isir dan, il Business First ħadem sabiex tgħaddi Legal Notice dwar l-Att Dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (Kap. 546) - Regolamenti tal-2020 dwar Reġistru ta’ Negozji u t-Tqassim ta’ Informazzjoni. Covid Support Measures – Sistemi automated għall-klijenti Kif illum jaf kulħadd għall-aħħar sena Malta Enterprise ġestit l-iskemi relatati mal-assistenza ekonomika illi ta l-Gvern lin-negozji. Dawn l-iskemi kollha huma awtomatizzati għall-applikanti b’tali mod li l-proċessi għal iktar minn 16,000 negozji illi bbenefikaw mill-Covid Wage Supplement, l-assistenza fuq il-kont tad-dawl, l-assistenza fuq il-kont tal-kera u l-assistenza fuq il-leave tal-kwarantina applikaw darba u din l-assistenza baqgħet tingħata mingħajr il-bżonn ta’ wisq iktar proċessi minn xahar għall-ieħor. Din l-assistenza issa ilha iktar minn sena tingħata mingħajr il-bżonn ta’ burokrazija żejda għan-negozji. Barra minn hekk, il-Business First kien ta’ appoġġ kontinwu għan-negozji permezz tan-numru tat-telefon 144 u anke online sabiex jagħti kull assistenza meħtieġa matul dan il-perjodu tant li kien hemm kuntatt ma’ madwar 160,000 klijent permezz ta’ walk-ins, telefon, email u anke live chat. Ease of Doing Business Għall-aħħar sentejn il-Malta Enterprise ħadmet mal-World Bank ukoll fuq ir-rapport Ease of Doing Business u qed taħdem mal-Gvern Ċentrali sabiex ikun hemm bidliet leġislattivi li jwasslu biex in-negozji jsibu proċessi iktar ċentralizzati li jnaqqsu l-burokrazija. Dan huwa proċess illi se jibqa’ għaddej matul is-snin u li jinkludi diversi inizjattivi.