Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Esproprjazzjoni ta’ artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar matul is-sena 2024? Jista’: i. jgħid f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati; ii. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan immarkata għal kull biċċa art u post f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex jiġu esproprjati fil-perjodu indikat; u iii. x’inhu l-użu li sar jew se jsir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 19953.

Grawnds tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-binja tal-Ministeru, m’għanda l-ebda pannelli solari. Madankollu, l-Ministeru jinsab iffukat fuq xogħlijiet ta’ rinovazzjoni neċessarji fuq l-istess binja li għanda wirt storiku għall-belt Valletta qabel ma jkun jista jippjana l-installazzjoni ta’ Panelli Solari.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19676.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għawdex u Kemmuna — TCNs b’permess għal negozju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess għal negozju ġewwa Għawdex u Kemmuna u x’tip ta’ negozju?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku għal liema tip ta’ permess qed jirreferi.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Lista ta' xogħlijiet u ħlas

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Chairpersons u membri ta’ entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12017 u 13492 u jgħid min huma ċ-Chairpersons u l-membri ta’ kull entità pubblika - irrispettivament mill-mod kif deskritti - li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid: (a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra, u (b) meta tiġi fit-tmiem il-ħatra attwali ta’ kull persuna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 16174, 16175, 16176, 16177, 16179, 16180 u 16181. Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kumplament tal-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

MSPP/02/2022 — Proċess ta’ aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fil-15 ta’ Marzu 2023 'Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Ex-Chalet site, Sliema as a Superior Quality Catering and Entertainment Establishment' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq u jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess ta' aġġudikazzjoni huwa magħluq u jinstab fi stadju fejn qed jiġu evalwati l-appelli.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W194.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu m’għandomx kuntratti mal-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.