Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenders għal bejgħ ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali mill-2020 sal-lum? Liema kienet il-proprjetà f’kull tender? Liema minn dawn it-tenders ġew konklużi u liema għadhom pendenti? Fejn it-tenders ġew konklużi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità, f’kull każ separatament u kemm kien il-valur tal-offerta li ġiet aċċettata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta ser tiġi provduta f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — - rapporti kriminali mis-Segretarju Permanenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7261, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7261.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment ġie miċ-Ċina mill-Malta Enterprise, speċjalment meta għal dan il-għan kienet impjegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm kien hemm fornituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx għal prodotti agrikoli li fornew sal-aħħar ta' Marzu 2023 bħala parti minn xi skema ta' sussidju lill-bdiewa sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-skema ta’ sussidju.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2707, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Jista' jagħti d-data għal kull każ, meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7122.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7836, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan dettaljata fejn għandhom jiġu indikati l-passaġġi pubbliċi kollha fl-inħawi tal-Qattara, ġewwa Ħad-Dingli, fid-dawl li l-Awtorità tal-Artijiet huwa obbligu tagħha li jkollha din l-informazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ impjiegi jew karigi governattivi li bħalissa għandhom l-individwi li qed jidhru jakkumpanjawh f’ritratt, li qed jintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx individwi f’dan ir-ritratt li mhumiex impjegati mal-Gvern, imma li qed joħorġu u jagħtu direttivi f'entitajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tal-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Jekk l-Onor. Interpellant għandha domanda x’tagħmel dwar il-ħidma marbuta mal-Ministeru tiegħi jew uffiċjali tiegħu għandha tagħmel tali mistoqsija b’mod dirett u ċar. Dan b’rispett lejn is-serjetà u l-Parlament.
Tibdil f’kuntratt għall-għoti ta’ art b’ċens temporanju
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7491, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt datat is-16 ta’ Frar 1961?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt li rrefera għalih ġie ppubblikat fl-atti tan Nutar A. Attard fid-19/02/1962. Sussegwentement, St. George’s Bay Hotel Ltd ittrasferew l-enfitewsi għal fuq Garnet Investments Ltd permezz ta’ kuntratt magħmul minn Nut. Malcolm Mangion datat 17/03/2015.
Mir-riċerka li għamlet l-Awtorità tal-Artijiet, ma jirriżultax illi l-Gvern għamel xi modifika għal enfitewsi oriġinali.
B’referenza għall-art, immarkata bl-aħmar fis-site plan li qed tintbagħat separatament, li tinsab fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, il-Gżira, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex art pubblika jew le? Jekk le, kienet xi darba tal-Gvern? Kif ġiet mgħoddija lil terzi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il encroachment permit inħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2022 u jindika għal liema raġuni nħareġ kull permess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – laqgħat fl-UE
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7210, filwaqt li l-Ministru japprezza li għandu jattendi laqgħat varji, jista’ jindika bil-preċiż liema laqgħat attenda u liema mistenni jattendi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu ppjanat li fit-22 ta’ Mejju, l-1 u 2 tà Ġunju nattendi għal laqgħat skont l-A[enda maħruġa mill-Presidenza tal-kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux qed tirċievi wkoll dan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proċess biex jiġu diġitalizzati kompletament il-files kollha fil-pussess tal-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jgħid ukoll il-files ta’ liema snin ġew diġitalizzati s'issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’inqas minn sena minn meta ġie varat il-proċess, l-għan primarju dejjem kien li jiġu msejsa proċessi ġodda ta’ diġitalizzazzjoni sabiex il-maġġor parti tal-files ikunu jistgħu jiġu maqluba għal stat diġitali u b’hekk jiġi eliminat il-moviment uniku u fiżiku ta’ kull file. L-iskop ewlieni huwa li jiġu diġitalizzati l-files kollha li qegħdin ‘in circulation’ u li jagħmlu parti mid-day-today sabiex imbagħad ikun jista' jingħata aktar focus fuq l-arkivju tal-istess Awtorità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7161, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Settembru 2020 s’issa? Kemm minn dawn għadhom pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t'hawn taħt issib l-applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Settembru 2020 s’issa u kemm minn dawn għadhom pendenti.
Applications Management Report
Application Type
Not Yet Validated
Awaiting Applicant Action
In Process
Applications Processed
Total
Agri 1
444
153
442
403
1442
Agrires 1
2
2
22
1
27
CON 1
1
0
0
719
720
GLA 1
5
9
303
506
823
GLA 4
0
0
4
6
10
GLA 7
1
3
43
29
76
GLA 9
0
0
15
30
45
GLA 10
0
0
0
4
4
GLA 11
0
0
7
13
20
GLA 12
3
13
190
724
930
GLA 20
2
37
10
435
484
GLA 22
1
0
7
20
28
GLA 24
14
0
1
0
15
GLA 25
15
1
29
66
111
GLA 27
0
2
8
0
10
GLA 28
5
15
45
13
78
GOV 1 - Type A
3
26
19
1115
1163
GOV 1 - Type B1
0
33
91
132
256
GOV 1 - Type B2
1
7
33
21
62
GOV 1 - Type C
0
5
54
418
477
LC 1 - Type A
0
5
0
68
73
LC 1 - Type B
0
11
32
17
60
LC 1 - Type C
2
3
28
128
161
PLA 1
1
11
76
658
746
PLA 2
0
2
9
16
27
Tempres 1
1
1
4
0
6
501
339
1472
5542
7854
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7164 dwar tender sabiex avukati jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021), jista’ l-Ministru jgħid ir-raġuni/jiet għalfejn il-kuntratt imsemmi ġie kkanċellat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmija sejħa għal tenders (framework agreement) ġiet ikkanċellata għar-raġuni illi billi kien għadda ħafna żmien fuq il-proċess, l-esiġenzi tal-Awtorita tal-Artijiet inbidlu u l-Awtorità hi tal-fhema illi x-xogħol jista jsir b’mod differenti (aħjar) minn dak illi kien maħsub qabel.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li ż-Żona Industrijali tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-Żona Industrijali tal-Ħandaq ma taqax fir-remit amministrattiv tal-Indis. Madankollu l-Indis tiddedika budget mill-fondi tagħha stess sabiex isir tindif supplimentari taż-żona kull nhar ta' Sibt mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni.
Ħad-Dingli – inħawi tal-Qattara – għeluq ta’ aċċess għal passaġġi pubbliċi
Question
B’referenza għal grada li qiegħda tagħlaq l-aċċess għall-passaġġi pubbliċi fl-inħawi tal-Qattara, Ħad-Dingli, li hija indikata fir-ritratti mehmuża ma’ din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex art privata jew le, u għaliex din tinsab magħluqa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tiġi mgħoddija site plan dettaljata fejn jiġu indikati l-passaġġi pubbliċi fl-inħawi tal-Qattara, Ħad-Dingli, li qed jirreferi għalijhom l-Onor. Interpellant sabiex l-Awtorità tkun tista' twieġeb il-mistoqsija.
B'referenza għall-kuntratt ta' konċessjoni datat 29 ta' Settembru 2022 dwar il-medda ta' art ta' madwar 30,000 metru kwadru fil-Kalkara, jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ikkonvertietx it-titolu tagħha minn ċens temporanju għal akkwist permanenti skont il-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda konverżjoni ta’ titolu mis-soċjetà indikata relatata mas-sit inkwistjoni.