Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8552 u 8693 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-prezent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Principal jew ‘il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900.
Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
In-nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, mill-grad ta’ Prinċipal 'il fuq fl-entitajiet u d-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar huma sebgħa u għoxrin.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – użu ta’ private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Malta Investments plc ġewwa Għawdex sena b’sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li ser isiru matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema entità qed jirreferi fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8552 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender ingħalaq u kien aġġudikat u ntgħażel il-kuntrattur. Bħalissa d-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed fil-proċess biex jagħlaq ix-xogħol amministrattiv biex ikun jista' iġi iffirmat il-kuntratt. Malli dan isir, jibdew il-preparamenti (mobilisation) biex jibda x-xogħol.
Bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex — kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5672 li saret fl-10 ta’ Mejju 2018 dwar kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7523 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook huma ta’ natura pubblika u wieħed faċilment isibhom bi tfitxija fuq l-istess sit, rigward l-ispejjeż ta’ dawn ir-reklami nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7523.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess sabiex tiġi reġistrata trademark?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi rreġistrata trademark l-applikant jrid jimla u jissottometti l-applikazzjoni relevanti flimkien mat-tariffa ta’ €116.47 lid-Dipartiment għal-Kummerċ. Dan jista’ jsir b’mod faċli permess li wieħed jidħol fis-sit tas-Servizz.gov u jimla l-applikażżjoni online minn hemm.
Id-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali, li jaqa' fil-ħdan id-Dipartimenti għal-Kummerċ, li fost dmirijiet oħra jipproċessa it-
trademarks,
jiċċekkja li l-applikażżjoni ġiet mimlija bl-informazzjoni korretta u jinforma lill-applikant fil-każ li xi informazzjoni hi skorretta. Din imbagħad tgħaddi biex jsir analiżi tal-marka skont il-proviżjonijiet tal-liġi u l-uffiċċju jikkomunika mal-applikant kif meħtieġ jekk tinsab xi element mhux aċċettabbli skond il-ligi.
Ġaladarba dan il-proċess jkun sar l-applikażżjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit www.ips.gov.mt u tibqa' miftuħa għall possibilità ta’ oppożizzjoni minn terzi fuq bażi u raġunijiet skont il-liġi, għal tliet xhur. Fil-każ li ma ssir l-ebda oppożizzoni t-
trademark
tista' tiġi rreġistrata u terġa' tiġi ppubblikata r-reġistrażżjoni tat-
trademark
. Fil-każ li tkun saret oppożizzjoni, l-applikant jiġi mogħti l-opportunità li jew jirtira l-applikazzjoni jew jiskatta proċedura bejn l-applikant u l-parti terza li qed tagħmel l-oppożizzjoni sabiex jintlaħaq fethim bejn l-applikant. F’każ li dan ma seħħx l-applikant jista' jissottometti r-risposta tiegħu għall-oppożizzjoni u jekk it-terża parti tibqa' ssostni l-oppożizzjoni, l-uffiċċju jieħu d-deċiżjoni jekk jirrifutax l-oppożżiżżjoni u jirreġistra t-
trademark
jew jaċċetta t-
trademark
u jirrifuta l-oppożizzjoni. Il-parti kontra minn tkun ittieħdet id-deċiżjoni jista' jappella din id-deċiżjoni fil-Qorti tal-Appell.
Qabel ma wieħed jissottometti applikazzjoni għal
trademark
huwa rrakkomandat li jsir tfittxija fid-
database
lokali kif ukoll tal-UE biex jiċċekkja jekk din il-
mark
jew marka li tixxibah magħha hijiex ġa qed tintuża bħala
trademark
minn ħaddieħor. Din it-tfitxija tista' jsir, mingħajr ħlas, fir-reġistru nazzjonali tat-
trademarks
u fir-reġistru ta’
trademarks
rreġistrati fl-UE li t-tnejn huma reġistri
online
fuq www.ips.gov.mt.
Din it-tfitxija tista' ukoll issir mid-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ billi wieħed jibagħat email fuq ipoffice@gov.mt u jagħti l-informazzjoni meħtieġa biex l-uffiċċju jkun jista' jagħmel din it-tfittxija. Il-ħlas tat-tfitxija li jsir fuq talba lill- Dirrettorat huwa ta €11.65 għal kull tfittxjia.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta’ grants immirati għal kumpaniji ġodda u innovattivi, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u e-commerce?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise toffri skemi li jistgħu jgħinu impriżi innovattivi ġodda jibdew in-negozju tagħhom. Dawn jinkludu:
Business START (B.Start)
–
toffri
grants
għall-
start up
. Din l-iskema hija mmirata biex tgħin
start-ups
żgħar li għandhom proġett vijabbli u qiegħed fil-bidu tal-iżvilupp tiegħu.
Startup Advance
– hija skema immirata lejn impriżi żgħar li qegħdin fil-proċess li jikkonsolidaw l-operat tagħhom li wera li hemm potenzjal għalih fis-suq u huwa meqjus mill-Korporazzjoni bħala innovativ u li huwa ekonomikament vijabbli li jsir.
Start-Up Finance 2017-2020
– L-għan ta’ din il-miżura huwa li mpriżi innovattivi jiġu megħjuna finanzjarjament mill-bidu nett tal-ħolqien tagħhom. Dawn l-impriżi żgħar iridu juru li għandhom kunċett vijabbli u li hemm il-possibilità ta’ tkabbir ukoll.
Ministeru għall-Ekonomija, Investment u Negozji Żgħar — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4375 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tkopri s-snin 2008 sas-sena 2018, entità b’entità.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — trasferimenti/pagamenti f’bank
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru pagamenti mill-Malta Enterprise f’kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, dawn kienu relatati ma’ pagamenti lill-benefiċċjarji ta’ assistenza minn skemi amministrati mill-Korporazzjoni, dawn jammontaw għal €194,098.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – spiża tas-servizz tal-mobile tal-Ministru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7680 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Malta Enterprise – Investiment Incentives (Subvention) — estimi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex ġew minfuqa l-€31 miljun li ġew approvati fl-estimi supplimentari għas-sena 2018 bħala fondi addizzjonali għall-Malta Enterprise taħt Investment Incentives (Subvention)? Kif jista' l-Ministru jispjega li l-ammont approvat għal dan il-għan fil-budget għas-sena 2018 kien ta' €16 miljun u ntalbet u ġiet approvata żieda ta' kważi d-doppju bħala fondi addizzjonali għal dan l-iskop? Jista' jagħti rendikont fejn intefqu dawn il-€31 miljun?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont li qiegħed jirreferi għalih huma fondi approvati taħt l-iskemi varji li tħaddan il-Malta Enterprise. Dawn l-iskemi jgħinu intrapriżi jistabilixxu f’Malta, jkabbru, jinvestu u jinnovaw fl-operat tagħhom.
Din iz-żieda kien hemm bżonnha biex tingħata assistenza fuq diversi investimenti minn kumpaniji ġodda u stabbiliti, kif ukoll biex tiġi onorata assistenza approvata fi snin ta’ qabel.
Iż-żieda kien hemm bżonnha wkoll, minħabba li diversi kumpaniji aċċeleraw il-proġetti ta’ nvestiment li kienu ppjanati fuq medda itwal ta’ snin.
Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-proġett tal-White Rocks li diversi xhur ilu ġie deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex isir dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett tal-White Rocks Malta wasal fi stadju avvanzat ta’ negozjati. Wieħed għandu jifhem li dan il-proġett huwa ta’ natura kumplessa u jeħtieġ li n-negozjati jsiru bir-reqqa u b’mod komprensiv qabel ma jkun jista’ jkun hemm ftehim.