Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl li l-iskejjel jinsabu magħluqa, kemm-il skola qiegħda tagħti tagħlim onlajn billi jsiru lezzjonijiet onlajn fuq applikazzjonijiet teknoloġiċi li jippermettu klassi virtwali? Jista’ jindika liema huma dawn l-iskejjel u meta beda dan it-tagħlim?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha f’Malta, kemm tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, kollha qed jagħtu tagħlim onlajn skont il-linji gwida maħruġa mill-Grupp ta’ Ħidma maħtur mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u magħmul minn rappreżententi tat-tliet setturi u l-Malta Union of Teachers.
Passi biex l-edukaturi jkollhom assistenza teknika waqt lezzjonijiet virtwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qiegħed jieħu sabiex l-edukaturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom assistenza teknika għall-użu ta’ applikazzjonijiet diġitali li wħud mill-għalliema qegħdin jużaw sabiex iżommu klassi virtwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li assistenza teknika b’mod sħiħ qed tingħata lill-edukaturi mid-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Transversali kemm permezz ta’ sapport individwali onlajn, permezz ta’ helpline telefoniku, kif ukoll b’taħrig kontinwu permezz ta’ sensiela ta’ online webinars. Qed jingħata sapport sħiħ lill-iskejjel kollha ta’ kull settur skont it-talba. Qed isir ukoll outreach kontinwu lejn l-iskejjel sabiex inkomplu nsaħħu l-ħidma onlajn mill-edukaturi. Dettalji kollha dwar dan is-sapport jinsab fuq is-sit elettroniku: http://digitalliteracy.skola.edu.mt
Talba għall-sistema tal-eżamijiet minflok assessjar kontinwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux talba mill-Malta Union of Teachers sabiex ineħħi s-sistema tal-assessjar kontinwu u jerġa’ jirriverti għas-sistema tal-eżamjiet ta’ nofs is-sena u tal-aħħar tas-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-Malta Union of Teachers ma ressqitx it-tali talba lid-Dipartiment sabiex ineħħi s-sistema tal-assessjar kontinwu u jerġa’ jirriverti għas-sistema tal-eżamjiet ta’ nofs is-sena. Ta’ min jinnota li l-eżamijiet annwali qatt ma tneħħew u qed isiru għas-snin kollha minn Year 4 sa Year 11.
Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni, jew xogħol ta’ żvilupp fihom, matul iż-żmien li l-iskejjel jinsabu magħluqa minħabba l-pandemija tal-COVID-19?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. interpellanta li l-iskejjel li fihom qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni, jew xogħol ta’ żvilupp matul iż-żmien li l-iskejjel jinsabu magħluqa minħabba l-pandemija tal-COVID-19, huma kif muri fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jieħu passi sabiex jindirizza l-falliment tal-politika tal-gvern dwar l-‘early school leavers’ fejn statistika tal-Eurostat tindika li Malta qiegħda 7.5% ‘il bogħod mill-mira li kienet ippjanata tilħaq f’din is-sena, 2020? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn il-passi u x’miżuri se jieħu sabiex jindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellanta li filwaqt li Malta għadha ma laħqitx il-mira ta’ 10 fil mija, il-figuri li qed tikkwota jirreferu għall-2018. Dan ifisser li għad fadal jizdiedu l-istatistika ta’ sentejn oħra qabel ma naslu għar-rata ta’ Early School Leaving tal-2020:
ESL Rate for Malta
Year
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Males
29.9%
28.8%
25.2%
23.2%
22.2%
22.9%
23.1%
20.9%
19.4%
Females
17.4%
16.3%
16.8%
17.7%
18.3%
16.6%
15.8%
14.3%
15.5%
Total
23.8%
22.7%
21.1%
20.5%
20.4%
19.8%
19.6%
17.7%
17.5%
Ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni li Malta minn 23.8% fl-2010 niżlet għal 17.56% fl-2018 u 16.3% fl-2019. Fil-fatt Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi fost it-28 stati membru fl-Unjoni li kellha l-ikbar tnaqqis f’dawn l-aħħar snin ta’ ‘l fuq minn 5 fil-mija (il-Portugal, Spanja, il-Greċja u l-Irlanda huma l-pajjiżi l-oħra bl-aktar tnaqqis). Malta baqgħet għaddejja b’titjib kostanti fir-rata ta’ early school leaving bit-tnaqqis fir-rata ta’ kull sena. Dan fil-kuntest li kien hemm tmien pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea li fl-aħħar snin żiedu u mhux naqqsu r-rata tal-early school leavers u oħrajn li staġnaw mill-2016.
Mill-2018, beda proċess intensiv ta’ evalwazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-Early School Leaving u x’għandu jkun il-pjan fil-ġejjieni. Sar studju ta’ sena fuq livell nazzjonali b’kollaborazzjoni mal-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi tal-SRSP (Structural Reform Support Programme), fejn ħarġu numru ta’ rakkomandazzjonijiet. Dawn ġew maqsuma ma’ diversi stakeholders fil-qasam edukativ u lil hemm f’konferenza nazzjonali u internazzjonali li saret f’Novembru tal-2019 fuq firxa ta’ tlett jiem.
Wara feedback li nġabar minn riċerkaturi u edukaturi Maltin u barranin waqt din il-konferenza, tfassal pjan ta’ azzjoni fejn fosthom hemm it-tnedija ta’ strateġija ġdida li ħa tkun imfassla sal-2021. Dan il-pjan ta’ azzjoni jinvolvi wkoll proġett bl-għan ewlieni li nkomplu nolqtu lil kull student, partikolarment dawk li huma żvantaġġati fuq livell soċjali iktar minn oħrajn biex inkomplu fl-għan tagħna li nibnu sistema iktar inklussiva u ekwa.
Ta’ min ifakkar li bosta mill-miżuri li ġew imfasslin fl-istrateġija preżenti ġew milħuqa u kien permezz ta’ dawn il-miżuri li Malta hija fost il-pajjiżi tal-UE li għandha waħda mill-aħjar rati ta’ tnaqqis.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern l-iskema tat-trasport b'xejn għat-tfal kollha tal-iskejjel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-iskema ta’ trasport b’xejn għal madwar 27,800 student mill-iskejjel kollha (kemm tal-istat kif ukoll non-state) fis-sena skolastika 2018/2019 ġiet tiswa lill-Gvern €30,060,134.86.
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern l-iskema ta’Child Care b'xejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020 (sad-29 ta’ Frar 2020) l-iskema ta’ Childcare b'xejn ġiet tiswa lill-Gvern kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
12.6
2017
1 Jan – 31 Dec
15.6
2018
1 Jan – 31 Dec
20.47
2019
1 Jan – 31 Dec
26.45
2020
1 Jan – 29 Feb
4.73
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ Facility Managers li huma responsabbli mill-kumplessi sportivi madwar Malta, meta ġew appuntati, jekk ħarġitx call interna, u jekk hux kollha qegħdin fuq l-istess skala ta’ paga?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li t-tagħrif dwar Facility Managers tal-kumplessi sportivi ta’ SportMalta huwa kif ġej:
Cottonera Sport Complex – persuna trasferit bħala Facility Manager mit-28 ta` Frar 2013
Kirkop Sport Complex – appuntat b’sejħa interna mit-12 ta` Ġunju 2018
Marsa Sport Complex – appuntat b’sejħa interna mit-12 ta` Ġunju 2018
National Pool Complex – appuntat b’sejħa interna mit-18 ta` April 2017
Dawn il-Facility Managers kollha qegħdin fl-istess grad skont Direttiva 7 bħala Managers ma’ SportMalta.
Ta` Kandja Shooting Facility – persuna qiegħed jagħmel xogħol ta` Acting Facility Manager mill-1 ta` Ġunju 2018 sakemm toħroġ sejħa interna. Is-salarju għadu dak l-istess ta` Grad 1 fil-collective agreement ta` SportMalta.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat direttament (mhux tramite l-MFA) lill-Clubs tal-Football inkluż dawk amateur matul is-snin 2018 u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ assistenza mgħoddija direttament lill-klabbs tal-futbol fl-2018 u 2019 hi kif ġej:
2018 – Ewro 702,113.57
2019 – Ewro 570,503.68
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ta’ tfal u adulti li rreġistraw għall-programmi ta’ SportMalta matul is-snin 2016/2017, 2017/2018 u 2018/2019 u kemm minn dawn baqgħu jattendu għas-sessjonijiet sal-aħħar (retention rate) tal-programmi ta’ dik is-sena partikolari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Programm
Reġistrazzjonijiet
Waqfu
Baqgħu jattendu sal-aħħar
Summer on the move 2016
4,633
32
4,601
Academies 2016
238
8
230
On the move 2016/2017
5,525
10
5,515
Summer on the move 2017
5,230
3
5,227
Academies 2017
279
14
265
On the move 2017/2018
5,934
24
5,910
Summer on the move 2018
5,645
39
5,606
Academies 2018
288
7
281
On the move 2018/2019
5,844
37
5,807
Summer on the move 2019
5,108
32
5,076
Academies 2019
271
6
265
On the move 2019/2020
6,051
61
5,990
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li ġew sottomessi lill-uffiċċju tiegħu wara li għaddiet il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, u f’liema fażi waslu? Jista’ jgħid kemm-il proġett ġie approvat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kummissjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi rċeviet 12-il applikazzjoni minn dawn l-għaqdiet sportivi:
Sliema Wanderers FC, Vittoriosa Stars FC, Santa Luċija FC, Pembroke Athleta FC, Sirens FC, Floriana FC, Gudja United FC, Valletta Waterpolo Club, Marsaxlokk FC, Msida St. Joseph FC u Mosta FC.
L-applikazzjonijiet kollha qegħdin fil-fażi ta’ evalwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-supply teachers u LSEs hux se jitħallsu minħabba li ġie mħabbar li l-iskejjel ser jibqgħu magħluqa sa Settembru li ġej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont LN 41 tal-2020 ingħalqu l-iskejjel u mhux it-tagħlim li baqa' għaddej online. Is-supply teachers u supply LSEs għandhom kuntratt sal-31 ta’ Awwissu, mhumiex holiday u għal xogħolhom se jitħallsu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fis-snin 2017, 2018 u s-sena l-oħra li nqatgħu mir-reġistru tal-qgħad minħabba li:
(a) rrifjutaw impjieg jew taħriġ; u
(b) nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni li nqatgħu mir-reġistru tal-qgħad fis-snin 2017, 2018 u 2019, minħabba li rrifjutaw impjieg jew taħriġ jew inqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
RAĠUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU TAL-QGĦADNUMRU TA` PERSUNI
201720182019
Irrifjutaw impjieg804689623
Irrifjutaw taħriġ32314694
Inqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw461818
TOTAL1,173853735
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12624, jista’ l-Ministru jgħid:
1. x’tip ta’ serqiet kienu li ġew irrapportati lill-Pulizija u li saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol? X’insteraq?
2. kemm kien il-valur ta’ kull serqa?
3. speċifikament, minn fejn saru dawn is-serqiet?
4. kemm kien il-valur totali ta’ dawn is-serqiet?
5. x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ min wettaq dawn is-serqiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ ħaddiema li qegħdin jaħdmu ma’ SportMalta u li huma seconded minn Dipartimenti u entitajiet pubbliċi oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li hemm 35 persuna detailed u li qegħdin jaħdmu ma’ SportMalta. Il-grad jew pożizzjoni tagħhom hija kif ġej:
CEO
Director Finance
Director Regulatory Affairs
Head of Programmes
Facility Manager – 2 persuni
Senior Administrative Officer
Administrative Officer
Executive Officer
Senior Clerk/Clerk II – 2 persuni
SPU – 9 persuni (inklużi 1 Għawdex, 1 Waterpolo/Swimming Coordinator, 1 Handball Association, 1 CEO Office u 1 Procurement)
Senior Tradesman – 8 persuni
Messenger Driver
Sport Attendant
Maintenance Officer
Groundsman
General Hand
Operative
Watchman
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema kariga, paga u skala kien impjegat l-eks uffiċjal tal-GWU li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan SportMalta? Jista’ jgħid ukoll meta spiċċa mill-impjieg, għaliex u min hija l-persuna li issa se tassumi r-rwol li kellu fi ħdan SportMalta?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament kienet ingaġġata fil-kariga ta` konsulent b’remunerazzjoni ta` €60,000 fis-sena. L-ingaġġ ġie fi tmiemu fis-16 ta` Awwissu 2019.
Kumpless Sportiv tal-Cottonera – xogħlijiet fuq il-pixxina indoor
Question
Jista’ l-Ministru jagħti update tax-xogħlijiet li qed isiru fuq il-pixxina indoor fl-eks bocce dromo fil-Kumpless Sportiv tal-Cottonera?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li wara li tlestew l-ewwel żewġ fażijiet, ħareġ it-tender tat-tielet fażi li però l-evaluation board skwalifika kull offerta. It-tender ser jerġa’ joħroġ fil-jiem li ġejjin.
Assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi – assistenzi finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-assistenza finanzjarji kollha li ngħataw lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi matul is-snin 2018 u 2019? Kemm hu stmat li se jingħataw assistenza matul is-sena 2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
SportMalta – European Week of Sport – assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea biex SportMalta setgħet organizzat l-attivitajiet kollha marbuta mal-European Week of Sport tas-snin 2017, 2018, u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport kienet kif ġej:
2017 – €31,674.17
2018 – €143,991.80
2019 – €109, 115.36