Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ftit snin ilu kien hemm erba’ Teachers of the Visually Impaired li kienu jappoġġjaw studenti madwar il-pajjiż, meta illum hemm waħda biss responsabbli għall-cohort nazzjonali kollu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm sejħa miftuħa għall-għalliema, sabiex bil-kollaborazzjoni u sapport effettiv tas-Senior Leadership Teams, l-għalliema u l-LSEs ikunu jistgħu jużaw sistema fejn tħarreġ lill-edukaturi fl-iskejjel u jkunu jistgħu joffru sapport iktar dirett u effettiv lill-istudenti fil-kuntest skolastiku tagħhom.
Għaddeja wkoll kollaborazzjoni b’mod attiv mal-FITA u mal-Malta Trust Foundation sabiex jiġi żgurat li dawn l-istudenti jirċievu l-aħjar sapport possibbli, kemm f’termini ta’ riżorsi kif ukoll ta’ taħriġ. Il-Ministeru, permezz tad-Direttorat għal-Servizzi Edukattivi, qed jara kif jista’ jsaħħaħ dan is-sapport permezz ta’ taħriġ ulterjuri u opportunitajiet ta’ speċjalizzazzjoni, biex jiġi żgurat li dawn l-istudenti jibqgħu jirċievu l-għajnuna meħtieġa b’mod effettiv u inklussiv. Fir-rigward tan-numru li qed jistaqsi dwaru l-interpellant, ninfurmah illi dan in-numru jvarja minħabba diversi ċirkustanzi personali u professjonali.
Skejjel Privati u tal-Knisja - Servizz ta’ trasport bla ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel privati u tal-Knisja li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel tal-Gvern li ser jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas, minn u lejn l-iskola, fis-sena skolastika 2025-2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika s’issa applikaw 36,096 student sabiex jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas minn u lejn l-iskola
Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – Diskussjonijiet fuq is-sala ż-żgħira
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32810 u jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet mal-ġenituri dwar il-fatt li s-sala ż-żgħira tal-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi ma tistax tintuża? Jista’ jassigura lill-ġenituri, lill-edukaturi u lill-għalliema li m’hemmx periklu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32809 u jgħid jekk jistgħux isiru arranġamenti biex minflok il-kunċert jiġi rrekordjat u jkun online ikun hemm arranġamenti vis-a-vis l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi biex dan isir f’post ieħor fejn il-qraba jkunu jistgħu jattendu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – Kunċert fis-sala ż-żgħira
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32808 u jgħid għalfejn il-ġenituri ġew infurmati permezz ta’ e-mail li din is-sena mhux se jkun possibbli li jsir il-kunċert fis-sala ż-żgħira tal-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, minħabba li ntqal li s-sala ma tistax tintuża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872, 32170, 32290 u 32675 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Birkirkara - Kulleġġ Santa Tereża, Mrieħel - Servizz ta’ canteen
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32605 u jgħid għaliex matul din is-sena skolastika ma hemm l-ebda servizz ta’ canteen fil-Kulleġġ Santa Tereża, Mrieħel, f’Birkirkara u li bħalissa hemm biss magni tal-bejgħ awtomatiku li ma jipprovdux ikel sħun? Jista’ jgħid ukoll jekk l-iskola hix se tikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi, jew li jerġa’ jibda jopera l-canteen sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jixtru jew ikollhom aċċess għall-ikel matul il-breaks?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa qed isir ristrutturar sħiħ tal-post minn fejn kien jipprovdi s-servizz, b’hekk b’mod temporanju, is-servizz kellu jieqaf.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180, 32438 u 32602 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling - Lift ma jaħdimx
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32294 u jgħid jekk matul din is-sena, kienx hemm ġranet meta l-lift fil-binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling ma kienx qed jaħdem, tant li rriżulta li kien hemm min kellu jħassar is-sessjoni tiegħu minħabba f’hekk? Jekk iva, meta kienu dawn il-ġranet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema binja qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid min jista’ japplika għall-iskema ‘Get Qualified’? Jista’ jgħid ukoll għal liema livelli ta’ edukazzjoni tapplika din l-iskema u liema istituzzjonijiet edukattivi tkopri?
Għawdex - Skejjel tal-Gvern - Livell primarju u kindergarten
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31691, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1,855 student imsemmija fl-istess tweġiba huma barranin, maqsuma skola skola? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika u kemm minnhom huma barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – diskussjonijiet fuq is-sala ż-żgħira
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet mal-ġenituri dwar il-fatt li s-sala ż-żgħira tal-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi ma tistax tintuża? Jista’ jassigura lill-ġenituri, lill-edukaturi u lill-għalliema li m’hemmx periklu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħġata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru arranġamenti biex minflok il-kunċert jiġi rrekordjat u jkun online ikun hemm arranġamenti vis-a-vis l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi biex dan isir f’post ieħor fejn il-qraba jkunu jistgħu jattendu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħġata f'xi seduta oħra.
Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – kunċert fis-sala ż-żgħira
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ġenituri ġew infurmati permezz ta’ e-mail li din is-sena mhux se jkun possibbli li jsir il-kunċert fis-sala ż-żgħira tal-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, minħabba li ntqal li s-sala ma tistax tintuża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħġata f'xi seduta oħra.
Ħal Qormi – Skola Primarja San Ġorġ – aġġornament tax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-pjanijiet u l-istatus attwali tax-xogħol u r-rinnovazzjoni fi ħdan l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872, 32170 u 32290 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
American University of Malta – Studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati u li fiżikament jattendu l-American University of Malta (AUM) f’Bormla matul din is-sena skolastika 2025-2026?
Skema ta’ €100 fix-xahar għall-istudenti li jikru akkomodazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fejn studenti jingħataw €100 fix-xahar meta jikru akkomodazzjoni bejn tliet studenti għadhiex fis-seħħ, u jekk hux ser tibqa’ fis-seħħ fl-2026?
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm LSEs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja, li kienu jaħdmu Malta u minħabba raġuni medika jew ta’ confinement qegħdin jaħdmu f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll f’liema skola qed jaħdmu?