Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux permess għal encroachment? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan ta’ fejn għandu l-encroachment?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18492, jista’ l-Ministru mhux biss jipprovdi l-lista ta’ fejn hemm encroachments imma jagħti s-site plan tal-encroachment li jkun ma’ kull permess ta’ KULL min qiegħed fuq din il-lista?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18862 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta jiġi onorat il-Memorandum of Understanding (MoU) li kien sar qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet bejn il-Gvern, u l-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn kemm il-grawnd tal-Imtarfa kif ukoll il-grawnd il-ġdid li kellu jsir (mhux fir-Rabat) viċin l-iskola Sekondarja San Nikola, f’Ħad-Dingli, jgħaddu f'idejn dawn l-imsemmija klabbs rispettivament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jjgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda infieq fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru jew mill-jew mill-entitajiet tiegħu.
Awtorità tal-Artijiet – kundizzjonijiet ta’ Encroachment permits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed tieħu l-Awtorità tal-Artijiet biex tara li l-kundizzjonijiet li huma marbuta mal-encroachment permits ikunu osservati, fosthom li passaġġi pubbliċi jibqgħu aċċessibbli?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Il-konċessjonijiet ta' l-encroachments huma mmonitorjati b'mod regolari minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet waqt spezzjonijiet perjodiċi. Għandu jiġi nnutat wkoll li l-konċessjonijiet jinħarġu fuq il-bażi ta’ permessi u liċenzja maħruġa minn awtoritajiet regolatorji oħra li għandhom poteri eżekuttivi ta’ infurzar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17643, 17732 u 18215 u jgħid x'kien it-titolu li kellu l-privat fuq art tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet u għadha qed tintuża bħala campsite u/jew min kellu l-pussess tal-art bejn l-2004 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ tal-art inkwistjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mis-sena 2004, il-privat kellu titlu ta’ kirja li tiskadi wara għaxar snin, kif ukoll xi permessi li ingħataw fuq siti iżgħar abbażi ta’ encroachment.
Il-Belt Valletta — Triq il-Merkanti - Stabbilimenti tal-ikel awtorizzati biex ikollhom imwejjed u/jew siġġijiet fit-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm stabbilimenti tal-ikel, irrispettivament mill-mod kif deskritti, fi Triq il-Merkanti, fil-Belt Valletta, li huma awtorizzati mill-Awtorità tal-Artijiet biex ikollhom imwejjed u/jew siġġijiet fit-triq?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x'kien hemm bħala ftehim fl-Annexes 1 sa 6 fit-Trattat bejn l-Istat Malti u l-Knisja fl-1991?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Onor. Interpellant għandu jirreferi għall-Att dwar Proprjetà ta’ Entijiet Ekklesjastiċi, Kapitlu 358 li jirregola l-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18328 u jgħid liema huma l-biċċiet ta' art illi jaqgħu b'mod sħiħ jew parti fiż-żona li għaliha hemm l-applikazzjoni PC/68/22 bejn Triq il-Kanonku Vinċenz Balzan, Triq Napuljun u Triq l-Imqabba fiż-Żurrieq illi huma mmaniġġjati mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda Kamra il-Pjanta relattiva li tindika il-porzjon ta’ art li hija propjeta tal-Gvern.
Awtorità tal-Artijiet — Spezzjonijiet dwar encroachments
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17710, peress illi l-mistoqsija li saritlu kienet biex jagħti dettalji dwar in-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Awtorità tal-Artijiet dwar encroachments ta’ mwejjed u siġġijiet, u fit-tweġiba għamel referenza għal tweġiba li ma tagħti ebda dettalji li ġentilment intalab jippubblika, u peress illi skont il-Ministru l-Awtorità tagħmel spezzjonijiet regolarment, jista’ allura l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet dwar encroachments ta’ mwejjed u siġġijiet fis-sena 2023, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li kif kien intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16687 isiru spezzjonijiet wara rapporti li jsiru mill-pubbliku filwaqt li jsiru wkoll spezzjonijiet skont kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16435.
Għawdex u Kemmuna — proprjetajiet mogħtija b’encroachment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9542 u 12412 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7816 dwar il-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum, inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitlubin iħallsu ġewwa Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru jżid mal-lista tal-mistoqsija parlamentari 7816 wkoll, kull proprjetà li ngħatat b'encroachment mit-8 ta' Marzu
2013 sal-lum u jsemmi r-raħal, triq jew l-area ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista’ jgħid jekk hux kulħadd ħallas b'mod regolari r-rati applikabbli?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jibda jintuża l-parkeġġ illi nbena fil-buffer zone bejn il-Freeport u r-residenzi f'Birżebbuġa u kif se jkun immaniġġjat? Jista' jgħid ukoll liema partijiet minnu se jkunu bi ħlas u għal min, u liema se jkunu mingħajr ħlas, u għal min?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministrru kkonċernat.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda infieq fuq programmi tar-Radju mill-Ministeru jew mill-entitajiet tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet fl-aħħar sena l-Awtorità tal-Artijiet dwar it-Torri tal-Qbajjar f'Marsalforn, Għawdex, liema fortifikazzjoni storika tinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li tiġġarraf? X'beħsiebha tagħmel l-Awtorità biex tassigura li dan is-sit ma jiġġarrafx u jispiċċa darba għal dejjem? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-Awtorità qed tkaxkar saqajha fuq dan is-sit storiku u ma tgħaddix dan is-sit lil Din l-Art Ħelwa, hekk kif kien il-ħsieb li jsir?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista: “Waqt il-pandemija, l-internet kien l-uniku mezz li bih ħafna anzjani setgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom. Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn,” ġietx implimentata u jekk iva jagħti d-dettalji dwarha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Sit ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18118, peress li l-azzjoni ta' infurzar imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1924 tirrigwarda aċċess għal proprjetà tal-Gvern li dwarha nbdiet azzjoni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet u mhux mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif proprju tikkonferma l-istess tweġiba fejn jingħad li l-Awtorità tal-Artijiet ikkonfermat l-illegalità u qed tinvestiga l-każ, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie konkluż mill-investigazzjonijiet li kienet bdiet l-Awtorità tal-Artijiet minn dakinhar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'azzjoni ser tieħu dwarhom?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-file numru. E/0026/2002/1/0010 relatat mal-art bin-numru: E270558 (P.D.2022_0101) f'Ħas Saptan, Ħal Għaxaq u l-kuntratt u s-segwenti emendi, jekk applikabbli, li ġie ffirmat meta ngħata t-tender relatat illi juri l-kundizzjonijiet kollha li għandhom jinżammu minn min rebaħ it-tender?
Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti neċessarji biex art agrikola, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, li preżentament mhix tinħadem tiġi mgħoddija lil bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin biex fejn ma jinżergħux prodotti agrikoli, ikun jista’ jinżera’ magħlef u b'hekk jiġu ffrankati ħafna spejjeż f’importazzjoni ta’ magħlef minn barra l-pajjiż?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?