Tista’ l-Ministru tara li d-dawl tal-elettriku pubbliku li hemm mitfi fi Triq il-Kapuċċini, f’Ħaż-Żabbar, faċċata tal-uffiċċju tal-assigurazzjoni, jiġi mixgħul u msewwi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10918.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10728, ġaladarba l-istudji meħtieġa għadhom għaddejjin, tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ttieħdet id-deċiżjoni li dan l-interconnector isir mal-Libja u mhux ma' xi pajjiż ieħor fl-Afrika ta' Fuq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan huwa ftehim ta’ koperazzjoni, li allura jfisser li l-Gvernijiet ikunu qed jibdew kollaborazzjoni biex jaraw x’potenzjal jeżisti. Il-Gvern Malti qed jaħdem biex jikkopera m’aktar pajjiżi fir-reġjun Mediterranju. Nagħmel referenza għal-laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-Med9, li saret f’Malta f’Mejju, fejn il-Ministri ffirmaw dikjarazzjoni konġunta għall-viżjoni tal-Mediterran biex ikollha Hub t’enerġija nadifa.
Proprjetarju tal-Interconnector bejn Malta u Sqallija
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-proprjetarju tal-Interconnector bejn Malta u Sqallija hijiex unikament l-Enemalta, u allura jekk huwiex inkluż mal-Assi tal-Enemalta fil-kontijiet tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interconnector bejn Malta u Sqallija huwa parti mill-assi tal-kumpanija Enemalta, li hija l-proprjetarja tiegħu.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-pjan ta' ffinanzjar tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija (fondi nazzjonali, fondi ewropej, Enemalta, eċċ), u min allura se jkun il-proprjetarju jew proprjetarji tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi stmat li t-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija jiġi finanzjat b’35% minn fondi Ewropej u 65% minn fondi nazzjonali. Il-proprjetarju ser ikun il-Gvern Malti, filwaqt li l-operat ser jiġi mgħoddi lil Interconnect Malta.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriżi — kuntratt mogħtija
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ tista’ tagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew jiswew iż-żewġ siġriet taż-żebbuġ li tħawwlu mill-Kunsill Lokali Mosta, waħda fiż-Żokrija, Triq Patri Delia ma’ Triq Madonna taż-Żejfa, u l-oħra fit-tarf bejn Triq Valletta u Triq il-Kbira, Mosta? Kien hemm tender biex jinxtraw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, nirreferih ukoll għat-tweġiba li ngħatatlu għall-mistoqsija parlamentari 10519.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enġerija u l-Intrapriża — ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnha fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li hemm 394 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, li 389 minnhom huma ċittadini Maltin.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9899, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u ċjoè: B’referenza għall-avviż numru 752 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Ġunju 2023, tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli għal ħatriet li saru skont dan l-avviż u abbażi ta’ liema liġi jew awtorizzazzjoni saru dawn il-ħatriet, peress li skont l-imsemmi avviż la jirriżulta min hu responsabbli għal ħatriet u lanqas a tenur ta’ liema poter saru l-istess ħatriet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-Engineering Resources Ltd hija kumpanija l-Bord tad-Diretturi jinħatar skont kif jipprovdu l-Memorandum u l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni tal-kumpanija.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il sejħa kien hemm, u f’liema grad jew skala, għall-ħaddiema fil-qasam tad-drenaġġ mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), mill-bidu tas-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-bidu ta’ din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma investiet u ħadmet fuq taħriġ relatat mat-taqsima tad-Drenaġġ, liema taħriġ ġie mniedi permezz ta’ espressjoni ta’ interess li l-mira tiegħu kien li jilħaq il-ħaddiema kollha interessati li jaħdmu ma’ din is-sezzjoni.
Mal-għeluq ta’ din is-sejħa, l-Korporazzjon irċeviet 120 applikazzjoni. Wara li dawn ġew evalwati, ġie esegwit it-taħriġ u ntemm b’suċċess. L-għan ewlieni huwa li l-Korporazzjonii tassigura livell mill-aktar għoli fost ir-riżorsi umani li se jkunu eliġibbli għas-sejħiet relatati li se jkunu qegħdin jinħarġu.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9284, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u tgħid kemm-il persuna użat is-servizz tal-BCRS minn meta bdew sal-lum u kemm ħarġu flus?
Response (DALLI, MIRIAM)
Minn tagħrif li għandha Circular Economy Malta jirriżulta li BCRS Malta Ltd, li hija l-kumpanija privata li qed topera din l-iskema, ġabret b’mod kostanti 74% tal-kontenituri tax-xorb maħruġa fis-suq matul is-sena 2023. L-ammont ta’ rifużjoni tad-depożitu li din il-kumpanija ħarġet permezz ta’ vawċers mir-Reverse Vending Machines, mill-14 ta’ Novembru 2022 sat-18 ta’ Ġunju 2023, kien ta’ €8,284,762.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed iwassal biex fil-grounds/tunnel tal-Iskate Park ġewwa Tal-Qroqq, fl-Imsida, qiegħed ikun hemm żbroff ta’ drenaġġ? Tista’ tgħid meta hemm ħsieb li tiġi solvuta din il-problema minħabba li diversi żgħażagħ jiffrekwentaw din il-lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minn spezzjonijiet li saru rriżulta li l-problema mhix ġejja mis-sistema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imma hija kkaġunata minn ħsarat ta’ terzi. Għaldaqstant, bħalma jsir f’ċirkostanzi simili l-Korporazzjoni infurmat b’dawn il-ħsarat lill-Environmental Health Directorate (Sanità).
Tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li jiġi investigat għala fil-parti tal-ponta tal-Isla fejn hemm il-Każin tar-Regatta, hemm ilma li qiegħed kontinwament jiskula?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li għaddejjin l-investigazzjonijiet meħtieġa u li minnhom s’issa rriżulta li l-problema mhix ġejja mis-sistema tad-drenaġġ.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-istruzzjonijiet li għandhom il-kuntratturi li jiġbru l-iskart organiku dwar skart organiku li jinħareġ f'boroż tal-plastik minflok f’boroż bijodegredabbli? Dan jinġabar xorta jew jitħalla hemm? Jekk jinġabar, kif jiġi separat il-plastik mill-ġabra organika?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 10689, ninsab infurmata li l-boroż mhux degradabbli jiġu separati permezz ta’ makkinarju mekkanizzat li huwa ddisinjat biex ineħħi dak kollu li mhux organiku.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – konsulenti legali
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tagħha? Tista' tgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Għal kull każ, tista’ tgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Tista' tgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Interconnector mal-Libja – stima inizjali u approssimattiva
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex stima inizjali u approssimattiva ta' kemm jista' jiġi jiswa l-interconnector mal-Libja li tħabbar fil-ġranet li għaddew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudji meħtieġa għal dan l-iżvilupp għadhom għaddejjin u li bħalissa jkun prematur li tingħata ċifra.
Skemi/Grants għal stallazjoni ta’ insulation fid-djar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi skemi, meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' 'grants' li permezz tagħhom persuna tkun tista’ tieħu parti mill-ispiża li tkun għamlet għall-istallazzjoni ta' 'insulation' fid-dar tagħha? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti din l-iskema?