Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12038 u 18970 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li n-nefqa ghal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Kirkop — Residenzi ta' akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19694 u jgħid kemm hemm residenti jgħixu attwalment f'residenzi ta' akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 154 kuntratti attivi ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop.

Ħal Kirkop — Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ - Impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jwieħġeb il-mistoqsija parlamentari 19696 u jgħid x'tip ta' impact assessment sar u dan kif se jimpatta lir-residenti preżenti ta' Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ, f’Ħal Kirkop?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Impact Assessment jintalab meta jinqabżu ċerti kriterji stabbiliti mill-ERA. F’dan il-każ, ma kienx hemm il-ħtieġa għal Impact Assessment, peress li l-proġett ma jaqbiżx il-limiti stipulati għal dan il-proċess ta' evalwazzjoni.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19985, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19985 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall- Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22256.

L-Awtorità tad-Djar — Skema għall-persuni b'diżabbiltà - Applikazzjonijiet għal aċċessibbiltà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet matul is-sena 2023, l-Awtorità tad-Djar għall-iskema għall-persuni b'diżabbiltà sabiex tagħmel ir-residenza aċċessibbli? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati fondi għal din l-iskema matul l-istess sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena 2023, l-Awtorità tad-Djar rċeviet 599 applikazzjoni taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità. Fis-sena 2023, l-Awtorità tad-Djar approvat is-somma ta’ €3,399,323 taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fgura — Triq Mahatma Ghandi - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21990, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet imsemmija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'referenza għat-tweġiba li ntagħtat għall-mistoqsija parlamentari 21990, ix-xogħol fuq Blokk A5 fil-Fgura għandu jiġi konkluż fi xhur li ġejjin.

Bormla — Binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20335 dwar meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla, issa li wasalna fl-aħħar tas-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett hux lest u jekk le, meta hi d-data li ser jitlesta?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minħabba li nstabu fdalijiet storiċi, ix-xogħol qiegħed għaddej b’mod sensittiv u b’reqqa kbira.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li għandha ‘l fuq minn 65 sena.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (GALDES, RODERICK)

Il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

Akkomodazzjoni soċjali – Binjiet li m’għandhomx lifts jew stair lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm blokok tal-akkomodazzjoni soċjali li mhumiex mgħammra b’lifts jew stairlifts u f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjonijiet pendenti għal lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal-lifts fi blokok tal-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 135 applikazzjonijiet pendenti taħt l-iskema tal-lifts ġo blokki tal-akkomodazzjoni soċjali.

Awtorità tad-Djar — Kirjiet Residenzjali Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18297 u jindika kemm il-kirja residenzjali hemm reġistrata mal-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas 28 ta’ Ottubru, Awtorità tad-Djar għandha 63,640 kirja residenzjali rreġistrata magħha.