Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 13980.
Leg 13 PQ #14240 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Għawdex – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ġewwa Għawdex u f’liema raħal sena b’sena mill-1 ta’ Jannar 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kienet l-ispiża għal kull sena? Jista’ jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’Għawdex li qed jiġu mogħtija sussidju fuq il-kera u kemm hu l-għola rata ta’ sussidju li qed tingħata u l-iżgħar rata tal-istess sussidju li qed tingħata?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – assessments mis-social workers

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux assessments iddettaljati mis-social workers tal-Awtorità tad-Djar tal-2,602 persuna li qed jitolbu biex isibu post fejn joqogħdu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li fuq l-ammont imsemmi mill-Onor. Interpellant, digà saru 1,335 assessment sa mis-sena 2015. Ta’ min jgħid li mis-sena 2018, tali assesjar beda jsir fl-indirizz li jiġi mogħti fl-applikazzjoni.

Pubblikazzjoni tal-kuntratt finali għat-traferiment ta’ maisonette u garaxx

Question

Jista’ l Ministru jindika meta l-Awtorità tad Djar ser tkun f'pożizzjoni li tressaq għall-pubblikazzjoni l-kuntratt finali għat-trasferiment ta’ maisonette u garaxx fi Triq Ġorġ Zammit ġewwa Ħ'Attard lill-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament in linea mal-konvenju datat 21 ta’ Lulju 1998 Referenza HA 35/98?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Santa Luċija – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13794 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Santa Luċija (Malta) fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Ħal Tarxien – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13784 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Ħal Tarxien fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għall-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Filmati li qed jintwerew fuq media soċjali u stazzjonijiet lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew il-filmati li qed jintwerew fuq il-media soċjali u anke fuq stazzjonijiet lokali? Jista’ jgħid min hi l-Production House li qiegħda tipproduċihom? Kemm qed jiswew dawn il-filmati? Dawn huma mħallsa minn fondi pubbliċi?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema filmat qed jirreferi.

Ħaż-Żabbar – Housing Estate — manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir proġett ta' manutenzjoni li tant hemm bżonn fil-binjiet u l-area tal-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar? Jista’ jara wkoll li jkunu stallati l-lifts f'dawk il-blokkok fejn hemm bżonn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament għaddej proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Housing Estate ta’ Ħaż-Żabbar fejn diġà tlestew xogħlijiet ta’ tindif, waterproofing, kisi, żebgħa u organizzazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma fuq il-bjut u t-tronob tat-taraġ. Inbdew ukoll xogħlijiet fuq il-partijiet komuni li jinkludu il-manutenzjoni tal-faċċati, tibdil tal-aperturi, meter cupboards u letter boxes kif ukoll ser isir xogħol fuq is-sistemi tad-dawl. Ta’ min jgħid ukoll li f’dan il-Housing Estate, b’kollox ser jiġu installati 6 lifts.

Il-Birgu – sussidju fuq il-kera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13791, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti tal-Birgu fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Il-Fgura – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13792 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti tal-Fgura fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

Social workers li jaħdmu fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm social workers jaħdmu fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali? Kemm sar assessjar minn dawn il-professjonisti ta’ persuni li talbu li jingħataw akkomodazzjoni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li fi ħdan is-sezzjoni tas-Social Housing Unit fl-Awtorità tad-Djar, jagħtu s-servizz tagħhom żewg Social Workers li huma fuq kuntratt ta’ self mill-FSWS. Matul is-sena 2019 sar assesjar ta’ 384 każ.

Persuni b’diżabilità jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13733 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li jgħixu f'akkommodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar sal-lum il-ġurnata allokat proprjetà tal-Gvern lil 622 applikant kif ukoll irrikonoxxiet 40 applikant li diġa kienu joqgħodu ġo proprjetà tal-Gvern u li huma u/jew membri tal-familja tagħhom kellhom diżabilita'.

Raħal Ġdid – sussidju fuq kirjiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13786 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Raħal Ġdid fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar ma jkollix informazzjoni fuq il-proprjetajiet kollha mikrija mill-privat. Għaldaqstant, mhux possibbli li tintbgħat ittra lil kull resident. Ta’ min jgħid li l-informazzjoni fuq tali skema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku https://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes/Housing-Benefit.aspx, li kopja ta’ dan is-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar (fuq Freephone 80072232) u mis-servizz.gov (fuq 153).

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – kuntratti mogħtija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13899, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti (kuntratti ta’ service provider, ta’ konsulenza u ta’ akkwist ta’ oġġetti)? Jista’ jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex mill-ġdid tkun iżjed speċifika fit-talba tagħha.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Akkomodazzjon Soċjali u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.

Allokazzjoni tal-postijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi kriterji se juża dwar min se jkunu dawk il-persuni li se jingħataw post għall-kiri mill-Gvern meta dawn se jiġu allokati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li parallel mal-ħidma li qiegħda ssir fuq il-bini ta’ units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, qiegħda tiġi diskussa policy ta’ allokazzjoni ġdida. Il-kriterja ta’ eliġibbiltà ser tintuża dik eżistenti fejn l-applikazzjonijiet li jkunu eleġibbli u li jilħqu l-kriterji mitluba, jgħaddu għall-assessjar sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta’ kull applikant.

Għajnuna lill-persuni li l-proprjetà tagħhom iġġarfet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-konkret x'għajnuna ta jew qed jagħti lill-persuni li bejn is-sena l-oħra u din is-sena raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat, li fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant, l-Awtorità tad-Djar għenet familji li ġġarfitilhom il-proprjetà tagħhom u/jew kienet f’riskju imminenti, billi offriet akkomodazzjoni alternattiva immedjata u temporanja sakemm l-istess dar tagħhom terġa tiġi ċċertifikata sigura minn periti u professjonisti terzi. Ta’ min jgħid li xi drabi ukoll, fejn indikat, l-Awtorità għenet billi offriet xi b¿onnijiet oħra essenzjali skont il-ħtieġa.