Legislature:
Category:
Reset
Active:

Veterinary Regulation Directorate — Irziezet tat-tiġieġ tal-bajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema sena hemm records ta’ irreġistrar ta’ irziezet tat-tiġieġ tal-bajd f’Malta u Għawdex mal-‘Veterinary Regulation Directorate’?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li rekords uffiċjali tal-irziezet tat-tiġieġ tal-bajd f’Malta u Għawdex mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja, hemm irreġistrati mis-sena 2001.

Irziezet tal-majjali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bil-lokazjoni ta’ irziezet tal-majjali li kienu joperaw f’Malta u Għawdex fl-1978?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dak li l-informazzjoni li qed tintalab mhix disponibbli fil-Ministeru li jiena responsabbli għalih.

Taħriġ u skop edukattiv għall-bdiewa barra minn Malta — Kriterja ta’ għażla

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26615 u jgħid fuq liema kriterja ta' għażla, il-bdiewa qegħdin imorru barra minn Malta għal taħriġ u skop edukattiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sejħa pubblika, intlaqgħu l-applikazzjonjiet minn bdiewa li għandhom art irreġistrata f’isimhom mad-Direttur għall-Agrikoltura u li jkabbru prodotti simili għal dawk li jien iffokat fuqhom it-taħriġ. Ma kienx hemm kriterji ta’ għażla u l-bdiewa li applikaw ġew aċċettati kollha.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Rigali u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.

Cat Feeders — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena humiex ser jinħarġu xi skemi sabiex cat feeders jingħataw vouchers jew ikel għal qtates stray? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dawn jinħarġu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskema sabiex cat feeders jingħataw vouchers jew ikel għal qtates stray kienet biex ittaffi mill-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet tal-għalf minħabba l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-għalf bil-gwerra tar-Russja u l-Ukrajna. Fil-preżent ma hemmx pjanijiet biex tali skema terġa toħroġ.

Taħriġ edukattiv għall-bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta fuq taħriġ edukattiv b'rabta max-xogħol agrikolu tagħhom mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 sal-ġurnata tal-lum, kien hemm total ta’ 18-il bidwi li ntbagħtu barra minn Malta biex jattendu programmi ta’ taħriġ edukattiv speċjalizzat b’rabta max-xogħol agrikolu tagħhom.

Skop edukattiv għall-bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset għall-bdiewa li ntbagħtu barra minn Malta għal skop edukattiv b'rabta mas-settur agrikolu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għaż-żewġ gruppi bdiewa (18-il bidwi) li ngħataw taħriġ edukattiv speċjalizzat barra minn Malta, li huwa parti minn proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej, tammonta għal €22,353.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Konsulenti — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time x'imkien ieħor?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 3 ħaddiema fid-dekasteru tiegħi li jaħdmu fuq bażi part-time.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li jappika politiki u mizuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellenza su referita.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W348.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mas-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W348.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tiegħu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W348.

Servizz ta’ ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix — Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li kien qed jagħti s-servizz tal-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix minn Għawdex għall-Pitkalija ta’ Malta, għall-Malta Food Agency qabel ħarġet is-sejħa pubblika u li ġiet awarded ftit tal-ġimgħat ilu? Jista’ jgħid ukoll minn fejn kien qed jingħata s-servizz, kemm dam jingħata s-servizz qabel ħarġet is-sejħa pubblika u kemm ġie jiswa dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li kien qed jagħti s-servizz tal-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ frott u ħaxix minn Għawdex għall-Pitkalija ta’ Malta immexxija mill-Malta Food Agency, kien is-Sur Ino Mario Abela, b’tali servizz jingħata minn ġewwa x-Xewkija Għawdex. Is-servizz dam għaddej għal disa’ xhur.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Ħaddiema neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u xi rwol għandhom?

Response (REFALO, ANTON)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni speċifika kif qed tintalab ma tinżammx għaliex hija materja privata u ta’ natura sensittiva.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq hospitality

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-line item ta' hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget, li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.