Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — CEOs

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ hemm CEO wieħed, kif indikat fit-tabella t'hawn taħt: ENTITÀ CEO SALARJU BENEFIĊĊJI PERFORMANCE BONUS Trade Malta Ltd. Anton Buttigieg €57,500 Car Allowance - € 4,658 Expenses Allowance - € 6,000 Sa massimu ta’ 15%

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru/i konċernat/i.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tas-safar, mobiles u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ minn l-2017 sal-lum huwa kif ġej: 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Safar - - €598.50 €1,119.82 - - Mowbajls - - - - - - Fjuwil - - - - - -

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija 184 ta' din il-Leġiżlatura, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 13 -il ħaddiem bħala position of trust u 6 bħala persons of trust.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 328 tas-Seduta 8.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-karigi u/jew pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust jinsabu biss fis-segretarjat tal-Ministeru u li l-informazzjoni relatata hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dwar Konsulenti ngaġġati mall-Ministeru mill-2017 sal-20 ta’ Mejju 2022. Dawn il-konsulenti ġew ingaġġati b’Contracts for Service.

Konsolat Malti għat-Tajlandja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Konsolat Malti għat-Tajlandja hux sejjer jerġa' jibda jopera minn Malta wara li dan għalaq? Dan peress li ġejt infurmat li min jitlob għall-VISA jrid jagħmel kuntatt mal-Ambaxxata fil-Ġreċja.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tajlandja tkopri lil Malta mill-Ambaxxata tagħha f'Ateni, ġewwa l-Greċja. Sta għall-Gvern Tajlandiż li jiddetermina x'mezzi juża biex ikun ta' servizz għaċ-ċittadini tiegħu u ta’ dawk li jixtiequ jżuru t-Tajlandja. Dan japplika wkoll għas-servizzi konsulari offruti f’Malta permezz tal-Konslu Onorarju tat-Tajlandja f’Malta, is-Sur Francis Carbonaro.