Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta – kuntratti ffirmati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġew iffirmati minn pajjiżna bejn Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li ġew ffirmati bejn Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020 huma: Ftehim Bilaterali Il-Ġermanja Ftehim dwar Rappreżentazzjoni għall-Ħrug tal-Viżi li jirrifletti l-Priċipji tal-Kodiċi dwar il-Viżi. 22 ta’ Jannar 2019 Iżrael Il-Pjan ta' Koperazzjoni fil-Qasam tas-Saħħa u x-Xjenzi Mediċi 29 ta’ Jannar 2019 Tuneżija Il-Minuti Maqbula tal-Kummissjoni Konġunta 6 ta’ Frar 2019 Tuneżija Il-Ftehim dwar Impjieg Temporanju 6 ta’ Frar 2019 Tuneżija Il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Iżvilupp tat-Tfulija Bikrija 6 ta’ Frar 2019 Tuneżija Il-Protokoll ta’ Koperazzjoni fil-Qasam tal-Anzjani 6 ta’ Frar 2019 Tuneżija Il-Programm ta’ Koperazzjoni Kulturali għas-snin 2019-2021 6 ta’ Frar 2019 Il-Kosovo Tiġdid tal-Qafas ta’ Kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Ta' Malta u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Kosovo (2019-2022) 6 ta’ Marzu 2019

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — konsulenti ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ngaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. SENA KONSULENT NATURA TAL-KONSULENZA SKALA REMARKS 2017 Bonello Joseph Policy Consultant Scale 3 Part time 20 hrs Terminated 2017 Borg Saviour Policy Consultant Scale 3 Part time 20 hrs 2017 Busuttil Luciano Policy Consultant Scale 3 Full Time 20 hrs Terminated 2018 Vella Gregory Anthony Policy Consultant Scale 3 Part Time 20 hrs Terminated 2018 Theuma Joseph Policy Consultant Scale 3 Part Time 20 hrs Terminated 2019 Camilleri Victor Policy Consultant Scale 3 Part Time 20 hrs Terminated 2020 Bugeja Karl Policy Consultant Scale 3 Full Time 2020 Cristiano Grech Charmaine Policy Consultant Scale 3 Full Time 2020 Gruppetta Maurice Policy Consultant Scale 3 Full Time 2019 Zammit Joshua Policy Consultant Scale 3 Part Time 20 hrs Terminated 2020 Schembri John Policy Consultant Scale 3 Part Time 20 hrs 2020 Zammit Carmel k/a Charles Policy Consultant Scale 3 Part time 20 hrs

Programming Period – nefqa ta’ fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-programming period preżenti (2014-2020), kemm kienet in-nefqa ta' fondi Ewropej f’Għawdex u jgħid f’liema oqsma saret din in-nefqa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-programm attwali li għadu qed jiġi implimentat, sa Ġunju 2020 kienet kif ġej: Nefqa għal Għawdex € Investiment Produttiv 0.5 m Infrastruttura 27.3 m Soċjali 7.3 m Total 35.1 m

Għawdex – Fondi Ewropej

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari W76, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej dak li ntefaq f'Għawdex mill-istess fondi matul il-perjodu indikat fir-risposta tiegħu stess?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ €95.732 miljun tirrapreżenta madwar 8.5%

Joint Commission — laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14084, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li terġa’ tiltaqa’ l-Kummissjoni Konġunta Malta-Alġerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li waqt il-ħames sessjoni tal-Kummisjoni Konġunta Malta-Alġerija li saret hawn Malta fid-19 ta’ Diċembru 2018, ġie maqbul li s-sitt sessjoni ta’ din il-Kummissjoni għandha tiltaqa’ fi żmien sentejn f’Alġiers. Id-data għad trid tkun maqbula bejn iż-żewġ naħat tramite kuntatti diplomatiċi, u dan suġġett li ċ-ċirkustanzi jippermettu.

Taħriġ u Żvilupp fil-Karriera Diplomatika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u programmi ġew segwiti għat-taħriġ u żvilupp fil-karriera diplomatika tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika kemm persuni attendew għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej joffri diversi opportunitajiet ta’ taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera lid-diplomatiċi tiegħu. Kull sena l-Ministeru joffri lil-uffiċjali tiegħu, korsijiet fuq livell ta’ Masters kemm fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi (MEDAC) tal-Universita’ ta’Malta, kif ukoll fl-Universita’ ta’ Sussex, l-Ingilterra jew f’dik ta’ Bruges, il-Belġju. Flimkien mal-EEAS, jiġu offruti korsijiet qosra ġewwa Brussel relatati ma’ temi diversi tal-politika esterna u ta’ sikurezza komuni tal-Unjoni Ewropeja (CFSP). Bl-għajnuna tal-MEDAC kif ukoll tad-DIPLO Foundation, il-Ministeru joffri korsijiet fid-diplomazija u l-istorja Mediterranja, fir-rizoluzzjoni tal-konflitti, fl-ekonomija fid-diplomazija kif ukoll dwar id-dinja tal-informatika w l-governanza permezz tal-internet. Diversi diplomatiċi jintbagħtu jsewgu korsijiet qosra fid-diplomazija offruti minn Ministeri tal-Affarijiet Barranin ta’ pajjizi li magħhom Malta għandha relazzjoni mill-qrib. Wara li jiggradwaw mill-Universita f’qasam relatat mal-professjoni diplomatika u jsir reklutaġġ ta’ uffiċjali ġodda, l-Ministeru jorganizza korsijiet qosra imma ntensivi dwar ix-xogħol marbut mad-diversi direttorati tal-Ministeru sabiex dawn jiffarmiljarizzaw irwieħhom mad-doveri professjonali li jkunu qegħdin jistennewhom. Lid-diplomatiċi li jkunu qegħdin iservu barra minn Malta, l-Ministeru joffrilhom l-opportunita’ sabiex jitgħallmu jew jiżviluppaw il-lingwa barranija tal-post fejn ikunu qegħdin iservu. Dan it-taħriġ, jekk ikun possibbli, jista’ jitkompla ġaladarba l-uffiċjal jirritorna Malta. L-istatistiċi għal dan il-perjodu jindikaw li fl-aħħar tliet snin, 130 uffiċjal min dan il-Ministeru attendew it-taħriġ li 60 minnhom huma membri tal-korp diplomatiku. Dan it-taħriġ ivarja minn taħriġ fil-lingwa, għal taħriġ fil-kura tal-klijenti, għad-diplomazija u taħriġ relatat mal-politika barranija, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

“Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.”

Trade Malta – rappreżentanti diplomatiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex ir-rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna jkunu jistgħu jgħinu fil-kummerċ in vista tal-fatt li Trade Malta ma għadhiex iktar parti mid-dekasteru kif kienet qabel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tat-Taqsima tad-Diplomazija Kummerċjali li tinsab fil-Ministeru kien, għadu u jibqa’ importanti nonostanti li Trade Malta kif semmejt tajjeb int m’għadhiex iktar parti mid-dekasteru kif kienet qabel. Fil-fatt nista’ nikkonferma li t-Taqsima msemmija taħdem attivament sabiex tassisti lill-Ambaxxati tagħna fil-promozzjoni tal-kummerċ u dan tagħmlu bl-assistenza tal-istakeholders Maltin kollha fosthom ta’ Trade Malta. Ta’ min ifakkar ukoll li aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru nieda l- Malta and Africa: A Strategy for Partnership 2020-2025 . Fost oħrajn, dan id-dokument elenka diversi opportunijet biex pajjiżna jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-kontinent Afrikan permezz ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn in- network diplomatiku u dak kummerċjali sabiex jinfetħu swieq ġodda għall-intrapriżi Maltin. U huwa propju dan li qed isir u f’dan ir-rigward nieħu l-opportunita’ li nisħaq dwar l-importanza ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn l-istakeholders kollha msemmija sabiex inkomplu nippromwovu b’suċċess lil pajjizna fil-qasam kummerċjali

Malta-UK Business Promotion Task Force — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dabra ltaqa’ l-kumitat msejjaħ “Malta-UK Business Promotion Task Force” li twaqqaf f’Settembru 2017? Jista’ jindika jekk il-kompożizzjoni tal-istess kumitat inbidlitx jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru konċernat

Ftehim iffirmat mar-Repubblika tal-Kolumbja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ftehim li kien ġie ffirmat mar-Repubblika tal-Kolumbja dwar il-koperazzjoni kulturali, huwiex jiġi mħaddem u x’proġetti hemm stabbiliti għall-futur abbażi tiegħu senjatament l-artikoli 6 u 8?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat lill-Onorevoli fir-rigward tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Kulturali mar-Repubblika tal-Kolumbja, li għalkemm dan il-ftehim wassal għal aktar kollaborazzjoni mal-Kolumbia, madankollu sal-lum l-ebda proġett ma ġie implimentat abbażi tiegħu senjatament l-artikoli 6 u 8.

Għawdex – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' Fondi Ewropej f'Għawdex mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' Fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-dettalji dwar in-nefqa tal-fondi Ewropej illi jirrigwardjaw lil Għawdex mill-2013 sal-1 ta’ Ġunju 2020, jinsabu fit-tabella t’hawn taht: Mill-2013 sa 01.06.2020 Nefqa għall - Għawdex € Investiment Produttiv 1.769 m Infrastruttura 78.485 m Soċjali 15.478 m Total 95.732 m

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar ta’ 2017 sal llum ġiet impjegata 109 Persuna. 2017 16 2018 31 2019 38 2020 24

Ambaxxaturi ta’ pajjiżna – preżentazzjoni tal-kredenzjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14092, jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba fl-għażla tal-ambaxxaturi huwiex jingħata iktar piż għal dawk fil-karriera diplomatika minn dawk li ma għandhomx u fost id-diplomatiċi huwiex jiġi miżmum l-esperjenza u s-servizz li għandhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-għażla tal-ambaxxaturi l-Ministeru jkun qed jieħu bosta konsiderazzjonijiet, inkluż il-prioritajiet tal-Gvern li jkun attiv bl-aħjar mod fil-qasam internazzjonali. Nista’ nikkonferma li jingħata piż xieraq lil dawk l-Uffiċċjali fil-karriera diplomatika

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Passaport Diplomatiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14753 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min hu intitolat biex ikollu Passaport Diplomatiku? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li għandhom passaport diplomatiku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 679 persuna li għandha passaport diplomatiku. Sabiex wieħed ikun eliġibbli għal dan it-tip ta’ passaport irid ikun jaqa’ taħt waħda mill-kategorija tal-policy dwar il-passaporti diplomatiċi.

Qorti Ewropea — Sentenza mogħtija fil-konfront tal-Polonja, Ungerija u r-Repubblika Ċeka

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni ttieħdet jew ser tittieħed minn pajjiżna wara s-sentenza mogħtija fit-2 ta’ April 2020 fil-każijiet C-715/17, C-718/17 u C719/17 fil-konfront tal-Polonja, Ungerija, u r-Repubblika Ċeka mill-Qorti Ewropea tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Gvern Malti ħa nota tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea mogħtija fit-2 ta’ April 2020 fil-kawża C-715/17, C-718/17 u C719/17, Il-Kummissjoni vs il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka. Filwaqt li jirrispetta dan il-ġudizzju, il-Gvern Malti qiegħed jistudja l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment l-impatt tiegħu fiċ-ċirkustanzi odjerni u l-bżonn ta’ solidarjetà fil-Mediterran.

Persuni li talbu biex jiġu assistiti għal ripatrijazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13825 u ċjoè kemm persuni ta’ nazzjonalità differenti talbu biex jiġu ripatrijati, jista’ l-Ministru jindika kemm dawn kienu sal-aħħar ta’ Mejju 2020 u jista’ jinforma n-nazzjonalità varja tagħhom, kif ukoll kemm kienu ta’ sess femminili u kemm maskili?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’persuni li talbu sabiex jiġu ripatrijati sa l-aħħar ta’Mejju 2020 kien ta’ 10,278 persuna lejn dawn il-pajjiżi : Afghanistan, Albania, Algeria, Argentina Armenia ,Australia, Austria, Azerbaijan, Bahamas, Bangladesh, Belarus, Belgium,Bolivia Bosnia & Herzegovina ,Botswana, Brazil ,Bulgaria, Burundi, Cabo Verde, Canada, Chile, China, Colombia, Congo Costa Rica Cote d'Ivoire ,Croatia, Cyprus, Czechia, Denmark, Ecuador. Egypt, Eritrea, Estonia, Ethiopia, Finland, France, Georgia, Gambia, Germany, Ghana, Greece, Guyana, Honduras, Hong Kong, Hungary, India, Indonesia, Iran, Ireland, Israel, Italy, Jamaica, Japan, Jordan, Kazakhstan, Kenya, Latvia, Lebanon, Liberia, Libya, Lithuania, Macedonia, Madagascar, Malawi, Malaysia, Mali, Mauritius, Mexico, Moldova, Montenegro, Morocco, Myanma, Namibia, Nepal, Netherlands, Nigeria, Norway, Pakistan, Sao Tome and Principe, Senegal, Serbia, Seychelles, Slovakia, Slovenia,Somalia ,Sri Lanka, South Africa, Spain,Sudan,Sweden ,Switzerland,Syria ,Taiwan ,Tanzania,Thailand,Togo ,Tunisia ,Turkey ,Ukraine, United Kingdom, United States of America, Uruguay, Uzbekistan,Venezuela, Vietnam, Yemen, Zimbabwe. Ma għandiex informazzjoni dwar il-ġeneru tagħhom.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma, mal-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari 14838.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari 14839.