Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni mressqa l-Qorti — Traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28448 u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti matul is-sena 2024 b’rabta ma’ traffikar ta’ droga?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29544 li staqsa hu stess u weġibt fis-seduta numru 368.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa, fit-tieni nofs tal-2025 attendejt laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu. Hemm ukoll skedati żewġ Justice and Home Affairs Councils ġewwa l-Lussemburgu u Brussell, kif ukoll laqgħa fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, hemm 949-il ħaddiem li jaħdmu full time u 33-il ħaddiem part-time.

Għażla ta’ membri tal-ġurija

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura stabbilita ta’ kif jintgħażlu l-membri tal-ġurija u x’mekkaniżmu kompjuterizzat jintuża skont l-Artiklu 606(1) tal-Kodiċi Kriminali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull xahar tiġi pubblikata lista fil-gazzetta tal-Gvern ta’ ġurati prospettivi. Sussegwentement il-persuni indikati fil-lista tal-ġurati jiġu mħarrka sabiex iservu bħala ġurati għal dak ix-xahar partikolari. Dakinhar li jibda jiġi ċċelebrat il-ġuri, il-ġurati prospettivi jiġu magħżula b’ sistema ta’ polza kompjuteriżżata.

Membri tal-ġurija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tista’ tagħmel persuna li tkun kwalifikata biex tkun membru tal-ġurija skont l-Artiklu 603 tal-Kodiċi Kriminali u saħansitra turi x-xewqa li tkun membru tal-ġurija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex persuna, li tkun kwalifikata biex tkun membru tal-ġurija skont l-Artikolu 603 tal-Kodiċi Kriminali, turi x-xewqa li tkun membru tal-ġurija, trid tippreżenta rikors fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23948, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28007.

Traduzzjonijiet tal-liġijiet — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fir-rigward ta’ traduzzjonijiet tal-liġijiet mill-Ingliż għall-Malti u viċi-versa matul l-2024? Jista’ jindika jekk dan ix-xogħol hux qed isir direttament mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat jew permezz ta’ retainers?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali kienet ta’ €1,953.28. Dan ix-xoghol qed isir minn terzi persuni skont il-lista ta’ tradutturi maħruġa minn Identità.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat — Drafting ta’ liġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attwalment, hemm persuni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li huma involuti full-time fuq ix-xogħol ta’ drafting ta’ liġijiet? Jista’ f’kull każ jgħid x’inhi l-professjoni ta’ kull persuna konċernata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta' drafting u reviewing ta’ liġijiet, isir mill-ħaddiema li jaħdmu fil-Legislation Unit, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat. Bħalissa, hemm 5 avukati li jagħmlu dan ix-xogħol u persuna waħda li tgħin fix-xogħol amministrattiv.

Gazzetta tal-Gvern — Explanatory notes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-explanatory notes dwar liġijiet li jsiru qegħdin jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern separatament mil-liġi li dwarha jkunu jagħtu spjegazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nikkonferma li n-Noti ta’ Spjegazzjoni li ma għandhomx il-forza tal-liġi u li jsiru kif rikjest mill-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar (Kap. 512 tal-Liġijiet ta’ Malta) (skont l-Iskeda III tal-istess Kapitolu), jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern separatament fit-taqsima li tinkorpora l-Avviżi tal-Gvern lill-pubbliku inġenerali, fl-istess ġurnata li tiġi ppubblikata l-leġiżlazzjoni li jkunu qed jispjegaw u jirreferu għaliha n-Noti ta’ Spjegazzjoni. L-għan tan-Noti ta’ Spjegazzjoni kif stipulat fl-imsemmija Skeda tal-Kap 512 huwa li jispjega u jagħmel aċċessibbli l-leġiżlazzjoni għall-qarrejja li mhumiex kwalifikati fil-liġi u li ma għandhomx għarfien speċjalizzat fis-suġġett. Għaldaqstant huwa idoneju li l-imsemmija Noti jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern mal-Avviżi tal-Gvern lill-pubbliku u mhux fis-Suppliment tal-Gazzetta li hu intiż esklussivament għall-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja.

Asset Recovery Bureau – Assi miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29023 u jgħid kemm, u x’valur ta’ assi, inġabru mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Asset Recovery Bureau – Assi mibjugħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29024 u jgħid l-ammont ta’ assi, bħala assi, li nbiegħu mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

EPPO — Investigazzjonijiet mibdija f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29787 u jgħid kemm hemm investigazzjonijiet li ġew mibdija f’Malta fuq talba tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju tal-EPPO jagħmel il-prosekuzzjonijiet tiegħu tramite l-European Delegated Prosecutors (EDPs) ġewwa Malta, liema EDPs li jirrispondu direttament lill-EPPO. F’dan il-kuntest qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt mir-rapport annwali tal-Uffiċċju tal‑Prosekutur Pubbliku Ewropew, għas-sena 2024, fejn hemm referenza għall-attività operazzjonali f’Malta.

EPPO — Prosekuzzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29788 u jgħid kemm prosekuzzjonijiet ġew istitwiti b’konsegwenza ta’ investigazzjonijiet mibdija fuq talba tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-prosekuzzjonijiet ġew deċiżi u kemm minnhom ġew deċiżi b’mod li rriżultaw f’sentenza ta’ ħtija fil-konfront tal-persuna li ġiet akkużata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29945.

EPPO — Investigazzjonijiet fuq reati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29789 u jgħid x’kienu r-reati li dwarhom il-European Public Prosecutor’s Office (EPPO) talbet li ssir investigazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29945.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23468.

Persuni mressqa l-Qorti — Traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28448 u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti matul is-sena 2024 b’rabta ma’ traffikar ta’ droga?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tinzamm statistika dwar kazijiet fejn l-ammont ta’ persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fl-ammont ta’ 300 gramma jew aktar. Matul is-sena 2024 l-ammont ta’ persuni li tressqu kienu dawk ta’ disgħa u ħamsin (59) fil-Qrati ta’ Malta u żewġ persuni (2) fil-Qrati ta’ Għawdex. Il-każijiet ta’ dawk il-persuni mressqa l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’ammont ta’ inqas minn 300 gramma jinstemgħu mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Qrati — Kumpilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29609 u jgħid kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2024 u kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Community Service Orders, Probation, u sentenzi sospiżi — Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29610 u jgħid kemm kien hemm sentenzi fejn il-piena inflitta kienet dik ta’ Community Service Orders, Probation, u sentenzi sospiżi matul is-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.