Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13807 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni taħt sentenza u li huma residenti ġewwa l-Forensic Unit fl-Isptar Monte Karmeli?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ma jkollix informazzjoni dwar kemm hemm persuni taħt sentenza li jkunu residenti ġewwa l-Forensic Unit fl-Isptar Monte Carmeli.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew imqar jitfa’ ftit dawl fuq il-possibilità li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ċertu seduti fil-Qrati (eż. fil-Qorti tal-Appell) ser ikunu jistgħu jergħu jibdew jinżammu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
F’dan l-istadju għadu prematur li wieħed ibassar l-effetti tar-rilassament tal-miżuri li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa f’dawn l-aħħar jiem. Il-Qorti tal-Appell għandha seduti appuntati għal Ġunju u Lulju u jekk iċ-ċirkostanzi jkunu tali lejn l-aħħar ta’ Mejju li jiġġustifikaw li jsiru seduti f’ambjent sikur u perikolu għas-saħħa kemm jista’ jkun limitat, il-qrati fosthom il-Qorti tal-Appell qed isibu mezzi biex ikunu jistgħħu jerġgħu jiffunzjonaw kemm jista’ jkun b’mod normali.
Tajjeb jingħad li mindu ħareġ l-Avvizi Legali 65 tat 2020, seduti li kienu ta’ natura urġenti baqgħu jinżammu b’mod regolari kemm fil-Qrati Kriminali u kemm fil-Qrati Ċivili. F’dan il kuntest, l-amministrazzjoni tal-Qrati qed ikollha diskussjonijiet kontinwi mal-membri tal-Ġudikatura, mal-Kamra tal-Avukati u mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali.
Miżura oħra li ttieħdet hija dik l-ordni li permezz tagħha b’effett mill 4 ta’ Mejju r-Reġistri tal-Qrati reġgħu infetġu. biss, it-termini legali kollha li kienu sospiżi ser jibqgħu sospiżi u dan għalhekk ifisser li d-drittijiet u pretensjonijiet legali tal-individwi sejrin jibqgħu salvagwardjati b’tali sospensjoni tat-termini
Hague Conference on Private International Law — Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgements in Civil or Commercial Matters
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx intenzjoni li Malta taċċedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'miżuri se jittieħdu biex dan isir? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għala?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-Konvenzjoni tal-Aja li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, taqa’ fil-kompetenza tal-Unjoni Ewropeja u għalhekk Malta waħidha ma tistax taċċedi għal din il-Konvenzjoni. Din il-Konvenzjoni tittratta suġġett li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li Malta (bħal kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni) ma tistax tiddeċiedi unilateralment li taċċedi f’tali Konvenzjoni, mingħir l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14483 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u ċjoè: Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet fil-Qorti fejn ġenituri ġew imċaħħda li jiltaqgħu ma’ uliedhom minħabba xi raġuni jew oħra?’
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fir-rigward ta’ kemm kien hemm każijiet fil-Qorti fejn ġenituri ġew imċaħħda li jiltaqgħu ma’ uliedhom minħabba xi raġuni jew oħra, dawn ikunu mogħtija permezz ta’ digrieti in atti u għaldaqstant mhuwiex possibli biex tali informazzjoni tiġi miġbura mis-sistema tal-Qorti.
Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali — ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jippreskrivi l-mod li bih jistgħu jsiru lmenti sabiex jiġu investigati mir-Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta u dan skont dak li jipprovdi l-Artikolu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min-nhar is-16 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Kumitat dwar il-Governanza? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-persuni li kienu preżenti għal kull laqgħa u dawk li kienu assenti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-imsemmija laqgħat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk kif konvint li hu jaf ben tajjeb, dan hu Kumitat tal-Kabinett u per konsegwenza l-informazzjoni hija kunfidenzjali.
COVID-19 — Flus mill-multi miġbura mill-persuni li ma obdewx il-kwarantina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13690 li oriġinarjament sareet lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġie riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu utilizzati l-flus miġbura mill-multi li qed jingħataw lil dawk il-persuni li ma jobdux il-kwarantina obbligatorja jew regoli oħra maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? Jistgħu dawn il-flus jintużaw mill-Gvern għall-pakketti finanzjarji mħabbra minnu, minflok idur għall-pagiet tal-ħaddiema tal-Gvern?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja – petizzjonijiet imressqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13789, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-petizzjonijiet preżentati fl-2017 ,2018, 2019 ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati u kemm għad hemm pendenti?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13748, jista' l-Ministru jiċċara jekk hu (personalment) kellux laqgħat mal-NGOs kif kien wiegħed li se jagħmel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru, inkluż is-Segretarjat Parlamentari, qed ikun f’kuntatt kontinwu mal-Għaqdiet Non Governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza domestika. Tul dawn l-aħħar xhur saru tlett laqgħat uffiċjali, b’laqgħa oħra issir b’mod virtwali minħabba ċ-ċirkostanzi tal-COVID-19.
Infakkar illi dan il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-istruttura tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport tal-inkjesta fuq il-ħruq tal-impjant ta' Sant’ Antnin? Jekk tlesta meta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista' jagħti indikazzjoni tad-data sa meta għandu jitlesta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Inkjesta Magisterjali li ħaliha qiegħda tirreferi l-Onorevoli Membru ma ġietx konkluża. Din titmexxa mill-Maġistrat u ħadd iżjed ma għandu setgħa fil-liġi biex jistabbilixxi data sa meta din trid tkun konkluża. Għalhekk ma huwiex possibbli li nagħti indikazzjoni tad-data kif mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14012 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena. kemm inħarġu attachment/freeze orders mill-2013 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-istituzzjoni finanzjarja li lilhom inħarġu u għal kemm kienu jammontaw l-ammonti restritti? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew ikkonfiskati favur il-Gvern, kemm minnhom ġew rilaxxati u kemm minnhom għadhom in vigore?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Asset Management Unit u l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi m’għandhomx informazzjoni relatata ma’ ordnijiet ta’ sekwestru minħabba illi dawn ma jagħmlux parti mill-mandat tal-imsemmi Uffiċċji. Iż-żewg entitatjiet jippubblikaw notifika fil-gazzetta tal-Gvern tal-ordnijiet tal-Qrati li jikkonsistu minn ordni tal-iffriżar, varjazzjoni u kanċellazjoni. Meta jinħarġu l-ordnijiet tal-iffriżar, issir riċerka mal-entitajiet irreġistrati mal-MFSA sabiex tinġabar kull tip ta’ informazzjoni fuq assi li jkunu f’isem l-imputat li fuqu nħarġet l-ordni.
Fuq ordnijiet tal-iffriżar, l-
As
set Management Unit
(sa qabel bdew l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi) sal-20 ta’ Awwissu 2018 kellu dawn il-valuri:
Sena ta’ Rapport
Numru ta’ Ordnijiet tal-Iffriżar
2013
62
2014
90
2015
89
2016
62
2017
39
2018
68
Fuq ordnijiet tal-iffriżar, l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jirraporta li matul il-perjodu tal-operat li beda fl-20 ta’ Awwissu 2018 sat-30 ta’ April 2020 kellu dawn il-valuri:
Sena ta’ Rapport
Numru ta’ Ordnijiet tal-Iffriżar
2018
19
2019
71
2020
11
L-
Asset Management Unit
jirraporta wkoll li għall-perjodu mill-2013 ‘l hawn sa ma beda jopera l-Irkupru tal-Assi, mill-ordnijiet tal-iffriżar jirriżulta li kien hemm l-ammonti hawn imniżżla iffriżati:
Sena ta’ Rapport
Assi Iffriżati
2013
29 proprjeta immobbli u €166,465.45 flejjes
2014
3 proprjetajiet immobbli u €26,312.52 flejjes
2015
3 proprjetajiet immobbli u €51,224.80 flejjes
2016
6 proprjetajiet immobbli, vettura u €946,253.15
2017
Proprjeta immbbli, €101,538.70
2018
€922,733.58 flejjes f’kontijiet bankarji, €55,747.21 f’investimenti u trusts, 55 proprjeta immobbli, 4 opri tal-bahar u 71 vettura
L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jirraporta wkoll illi għall-perjodu tal-operat hekk kif imsemmi, mill-ordnijiet tal-iffriżar jirriżulta illi kien hemm dawn l-ammonti hawn imniżżla iffriżati:
Sena ta’ Rapport
Assi Iffriżati
2018
27 kont tal-bank attivi, 37 vettura (inklu¿ opri tal-baħar), 15-il propjetà immobbli
€7,564.87 fi kreditu u €194,876.15 f’debitu
2019
134 kont tal-bank, 105 vettura (inklu¿ opri tal-baħar), 11-il propjetà immobbli
€386,954.45 fi kreditu u €839,050.83 f’debitu
2020
1 kont tal-bank
€0.19 fi kreditu*
Mill-każijiet imsemmija l-
Asset Mangement Unit
u l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jirraportaw illi ġew ikkonfiskati l-ammonti murija hawn taħt:
Sena ta’ Rapport
Assi Ikkonfiskati
2013
€152,340.82
2014
€1,453.59 u €88,378.77 u vettura
2015
€18,452.74
2016
€98,458.84
2017
2 vetturi u €20,193.27 u €602,505.70
2018
€204,057.70 , €2,760 u vettura
2019
Sett tapiti
2020
-
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm attachment/freezing orders mill-2017 ‘il hawn li llum m’għadhomx fis-seħħ u jgħid kemm minn dawn kienu kkanċellati, kemm minnhom irriżultaw f’konfiski (u jindika l-ammont globali tal-konfiski), u kemm minnhom irriżultaw f’konfiski iżda ma’ rriżultawx li kien hemm assi x’jiġu kkonfiskati? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Asset Management Unit tal-Qorti / Asset Recovery Bureau — konfiski
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħadmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2018 ‘il hawn u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ April 2020.
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji lill-kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ jista’ jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati u x’inizjattivi ħadet minn mindu twaqqfet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qabel it-twaqqif tal-Aġenzija, il-kumpanija ta' accountants pubbliċi ċċertifikati, Grant Thornton, kienet ingaġġata biex tipprepara rapport komprensiv u Business Plan relattiv għall-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati.
L-għan ta' dan ir-rapport kien sabiex jipprovdi dan li ġej:
· Analiżi tal-istruttura organizzazzjonali b'enfasi fuq ir-rekwiżiti amministrattivi tal-Aġenzija
· Evalwazzjoni tar-riżorsi umani meħtieġa
· Evalwazzjoni bbażata fuq ir-rekwiżiti loġistiċi u infrastrutturali
· Evalwazzjoni tal-flussi ta' dħul u ta'ħruġ mistennija fuq perjodu ta' tliet snin li jinkludi analiżi finanzjarja li permezz tagħha l-livell ta' finanzjar mistenni tal-Aġenzija jkun jista' jiġi determinat
Ir-rapport iddeskriva n-neċessità li l-Aġenzija tkun mgħammra b'software modern rigward il-ġestjoni finanzjarja u r-ri¿orsi umani. Sabiex jintlaħaq dan ir-rekwiżit, l-Aġenzija ppublikat sejħa għall-offerti għal 'Provision of an Accounting and Payroll Software Solution' bil-għan li takkwista 'accounting and payroll software solution' inkluż taħriġ, manutenzjoni u sapport.
Bħala parti mill-eżerċizzju ta' 'branding' tal-Aġenzija l-ġdida, sejħa għall-offerti dwar uniformijiet ġodda għall-marixxalli tal-qorti u xufiera ġiet ippublikata sabiex jiġu akkwistati tali uniformijiet.
Inizjattivi oħra huma kif ġej:
· Twaqqif ta'
'remote witness facility'
għal persuni vulnerabbli li tista' tiġi aċċessata minn barra il-qorti.
· Installazzjoni ta' sistema ġdida ta' CCTV, proġett li għadu għaddej
Fi rigward tal-COVID-19 ittieħdu diversi miżuri, fosthom l-installazzjoni ta' partitions tal-ħġieġ fir-reġistri kollha tal-qorti u f'żoni oħra, u l-installazzjoni ta' tagħmir relatat mas-sanitizzar tal-idejn fl-awli kollha tal-qorti u f'żoni pubbliċi ġewwa l-qorti. Xogħlijiet ta' installazzjoni ta' partiitions tal-perspex fl-awli kollha tal-qorti ġew ukoll mibdija.
L-Agenzija għaddejja ukoll b’negozjati dwar iffirmar ta’ l-ewwel ftehim kollettiv mal Unions li jirrapreżentaw il ħaddiema tal- Agenżija.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13024, jista’ l-Ministru jgħid mill-24 ta’ Marzu 2020 sal-lum, kemm-il laqgħa saret mal-NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-Vjolenza Domestika u x’kien l-outcome ta’ dawn il-laqgħat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Mill-24 ta’ Marzu 'l hawn il-Kummissjoni abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika laqqgħet l-NGOs f’laqgħa online fil-21 ta’ April. L-għan ta’ din il-laqgħa kienet sabiex jingħata aġġornament ta’ kif qed jaħdmu NGOs fil-qasam tal-vjolenza domestika minħabba l-imxija tal-COVID-19. Ġew diskussi miżuri li NGOs qed jieħdu minhabba l-pandemija – fosthom il-bżonn ta’ social distancing, li jsegwu linji gwida maħrugin mill-iStandards Care Authority fejn jidħlu xelters; u li s-servizzi li qabel kienu jingħataw wiċċ imb’wiċċ issa qed isiru bit-telefon jew online.
L-NGOs qasmu magħna wkoll tħassib dwar il-klijenti tagħhom mhux biss minħabba il-pandemija iżda wkoll minħabba l-fatt li ċertu vittimi ma jistawx joħorgu mid-dar jew ma jistawx jirċievu l-għajnuna kollha meħtiega minħabba li bħalissa qed ikunu fl-istess dar mal-aggressur.
Il-Kummissjoni ser terġa’ tlaqqa’ lill-NGOs flimkien mal-Aġenzija Appoġġ u l-Pulizija fil-bidu ta’ Mejju sabiex jiġi diskuss kif għandu jissaħħah il-koordinament bejn is-servizzi kollha, kemm dawk tal-iStat kif ukoll tal-NGOs.
Jista' l-Ministru jgħid min-nhar it-Tnejn 16 ta' Marzu 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat għall-ftuħ tar-reġistru ta' xi qorti, tribunal, bord, kummissjoni, kumitat jew entità oħra li topera mill-binja tal-Qorti tal-Ġustizzja? Jista' jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-27 t’April 2020.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe korrispondenza li għaddiet bejn il-Kummissjoni Venezja u l-Gvern Malti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-mument opportun u meta l-proċess ikun konkluż, ma nara l-ebda problema li nippubblika dak li nkunu qbilna li nwettqu bħala riformi, dejjem b’rispett lejn il-governanza u t-trasparenza. Tali komunikazzjoni u informazzjoni mitluba għadha fil-fazi ta’ tfassil, tħejjija u ppjanar. Għaldaqstant hi meqjusa bħala dokumentazzjoni interna.