Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ jew dipartiment fil-Ministeru tiegħi ma provda benefiċċji jew għajnuna finazjarja lil persuni jew kumpaniji msemmija separament mill-2013 sal-llum.

Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi internazzjonali fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul din is-sena u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena sat-28 ta’ Novembru 2022, ġew irreġistrati maċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ 9 każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali li kollha għadhom pendenti.

Qrati – ħruġ ta’ protection orders

Question

Mill-Protection Orders li ħarġu mill-Qorti biex jipproteġu vittmi tal-vjolenza domestika minn Jannar sa Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom ġew vjolentati? X'tip ta' sanzjonijiet ġew imposti meta dawn il-protection orders ġew vjolentati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4531.

QRATI — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew biex jgħaddu ġuri u kemm hemm ippjanati li jsiru minn issa sal-aħħar tal-2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-22 ta’ Novembru 2022 kien hemm 106 ġuri pendenti (130 akkużati b’kollox). Hemm 20 ġuri appuntat (24 akkużati b’kollox). Hemm 8 ġurijiet (bi 11-il akkużat) li mmaturaw riċentament u qed jistennew id-data tal-appuntament. It-78 ġurijiet pendenti l-oħra (95 akkużati b’kollox) għalissa ma jistgħux isiru għal diversi raġunijiet varji fosthom; minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra, għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminarji jew jistennew rapport minn espert psikjatriku.

Nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment – twissija, multi, ħabs sospiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament instabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi jew ħabs sospiż matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Nuqqas ta’ ħlas ta’ Manteniment — Priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Qrati – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qorti, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma kintx tinżamm qabel l-2020. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni bejn l-2020 u l-aħħar ta’ Settembru 2022. SenaOrdnijiet ta’ ProtezzjoniOrdnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja 202013150 202110332 2022102 sal-aħħar ta’ Settembru40 sal-aħħar ta' Settembru

Qrati – Magisterial Inquiries dwar inċidenti fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm kien hemm magisterial inquiries fuq inċidenti fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid jekk hemmx każijiet pendenti li għadhom sejrin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2017 sat-22 ta’ Novembru 2022 kien hemm 59 Inkjesti Maġisterjali fuq inċidenti fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni; liema minnhom 25 ġew magħluqa u 34 għadhom pendenti.

Qrati – Persuni mixlija li kkawżaw ħsara jew mewt fuq ħaddiema fuq il-postijiet tal-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti mixlija li kkawżaw ħsara jew mewt fuq ħaddiema fuq il-postijiet tal-kostruzzjoni mill-2017 sal-lum? Jista’ jagħti lista ta’ x’kienu dawn is-sentenzi u x’multi u/jew kumpens ingħataw lill-vittma jew familjari tal-vittmi, jekk ingħataw?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat illi din it-tip ta’ statistika ma tinżamx u sabiex tinġabar tirrikjedi ħafna ħin u riżorsi.

Impjieg ta’ maġistrat/imħallef – spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa f'sena l-impjieg ta' Maġistrat, inkluż l-istaff li għandu bżonn, u minn min jikkonsisti dan l-istaff? Jista' jagħti wkoll l-istess informazzjoni għal Imħallef?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ġustizzja – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-4 ta’ Novembru fid-dekasteru tiegħi kien hemm 4 impjegati barranin.

Ministeru għall-Ġustizzja — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.

Ministeru għall-Ġustizzja – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3391.

Ġenituri li ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta' ksur tal-kodiċi kriminali dwar nuqqas ta' ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z) dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338 (11), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra

Ġenituri li nstabu ħatja ta' ksur tal-kodiċi kriminali dwar nuqqas ta' ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament nstabu ħatja ta’ ksur tal-liġi kriminali Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, artikolu 338(z) dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment u artikolu 338 (ll) dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri u kemm weħlu twissijiet, multi jew ħabs sospensiv, matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Dewmin fil-proċeduri — dritt għas-smigħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari f'kemm-il kawża nstab li kien hemm dewmien fil-proċeduri u konsegwentement ġie vjolat id-dritt għal smigħ xieraq fi żmien raġjonevoli kif protett mill-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u/jew l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni? Jista' l-Ministru jagħti l-okkju ta' kull sentenza u jindika wkoll l-ammont ta' danni li l-Gvern ġie kkundannat li jħallas f'kull waħda mill-imsemmija kawżi u b'mod separat jindika wkoll l-ammont ta' spejjeż li l-Gvern ġie kkundannat li jħallas f'kull waħda mill-imsemmija kawżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Qorti tal-Ġustizzja — Messaġiera fir-Reġistru, Deputati Reġistrar u Kaxxiera

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3423, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaħdmu fir-Reġistru biss?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, preżentement, fir-Reġistru tad-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Ċivili tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, hemm 8 Deputati Reġistraturi, 32 impjegat fi grad ta’ Court Clerk u gradi klerikali/amministrattivi oħra u 11-il impjegat fil-grad ta’ Court Messenger u gradi relatati. Filwaqt li fir-Reġistru tad-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali, hemm 4 Deputati Reġistraturi, 3 Court Clerks u 6 impjegati fil-grad ta’ Court Messenger u gradi relatati.

Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm pendenti għal kull maġistrat separatament? Jista’ jgħid ukoll kull maġistrat kemm ta sentenzi s-sena li għaddiet, jiġifieri fis-sena 2021 separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’ Awwissu 2022.

Kawżi pendenti quddiem kull imħallef

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm-il kawża hemm pendenti għal kull imħallef separatament? Jista’ jgħid ukoll kull imħallef kemm ta sentenzi s-sena li għaddiet, jiġifieri fis-sena 2021 separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’ Awwissu 2022.