Legislature:
Category:
Reset
Active:

CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”?  Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dawn l-aħħar xahrejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn ix-xahrejn saru xogħlijiet preparattivi mill-kuntrattur, biex jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.

Projects Gozo - Inizjattivi u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet imwaqqfa Projects Gozo?  Jista’ jgħid ukoll liema inizjattivi u proġetti ħadet ħsieb u mexxiet Projects Gozo minn meta ġiet imwaqqfa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Projects Gozo bdiet topera f’Mejju 2025 waqt li nħatar CEO f’Ġunju 2025. Il-kumpanija ġiet inkarigata li tara l-fażi finali tax-xogħlijiet tal-faċilitajiet fil-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavillion u l-ġestjoni sussegwenti.

SPD3/2024/053 - TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY TESTING, COMMISSIONING AND MAINTENANCE OF TWO (2) BRAND NEW LOW EMISSION REFUSE COLLECTION VEHICLES FOR THE ECO GOZO DIRECTORATE, MGP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li terġa’ toħroġ is-sejħa: SPD3/2024/053 - TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY TESTING, COMMISSIONING AND MAINTENANCE OF TWO (2) BRAND NEW LOW EMISSION REFUSE COLLECTION VEHICLES FOR THE ECO GOZO DIRECTORATE, MGP?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender toħroġ ladarba tkun ippublikata fuq l-portal tal-EPPS. F’dan l-istadju ma tistax tingħata aktar informazzjoni.

Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo - Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29280 u jaġġorna l-Kamra dwar il-proġett tal-Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo? Jista’ jgħid meta nbeda dan il-proġett, x’sar sa issa, x’fadal isir u meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jitlesta dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

In-Nadur - Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma - Sinjali taż-żebgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nżebgħu l-aħħar is-sinjali taż-żebgħa tan-nofs ta’ Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tan-Nadur?  Jista’ jgħid ukoll jekk dawn is-sinjali jistgħux jerġgħu jinżebgħu mill-aktar fis possibli, peress li kważi m’għadhomx jidhru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali taż-żebgħa tan-nofs fi Triq San Anard inżebgħu nhar it-22 ta’ Settembru 2025. Parti minn Triq ir-Rabat inżebgħet fil-11 ta’ Settembru 2025.  Il-bqija tat-Triq ir-Rabat u Triq tax-Xħajma huma proġettati li jinżebgħu matul il-ġimgħa d-dieħla.

Refuse Collection Vehicles

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29983 u 29984, dwar kemm hemm jaħdmu fil-preżent u f’dawn l-aħħar xhur, ‘REFUSE COLLECTION VEHICLES’ fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jekk kienx hemm minnhom mikrijin mingħand il-privat, fejn ġie mwieġeb li ‘wieħed minnhom huwa mikri mingħand il-privat. Dan ġie mikri mingħand il-privat bejn Mejju u Diċembru 2024 u bejn Frar 2025 sal-lum’ u fejn intqal li dan “qed jinkera għall-prezz ta’ €100 kuljum u jitħaddem tliet darbiet kuljum’’, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom u jgħid meta u fejn ħarġu s-sejħiet biex jinkera dan ir-Refuse Collection Vehicle? Jista’ jgħid ukoll minn min jinstaq u meta hu maħsub li toħroġ sejħa pubblika?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli din il-vettura tinstaq mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għax-xiri ta’ żewġ refuse collection vehicles ġodda mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Nefqa fuq Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29576 u 29989 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull diviżjoni, dipartiment, direttorat, awtorità u fil-Ministeru stess mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għar ta’ Calypso – Proġett

Question

Fid-dawl li l-Għar ta’ Calypso ilu magħluq mill-2012, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fuq dan il-proġett minn meta nħareġ il-permess f’Marzu tal-2024? Jekk ix-xogħol għadu ma bediex, jista’ jgħid meta hu mistenni li jibda u jitlesta dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li dalwaqt se toħorġ it-tender għal geological investigations.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat, Għawdex - Triq Ġorġ Pisani - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbdew ix-xogħlijiet fi Triq Ġorġ Pisani fir-Rabat, Għawdex u meta huwa ppjanat (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol fuq din l-imsemmija triq minn tarf sa tarf u b’ hekk tkun tista’ tibda tintuża mill-pubbliku?  Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li se jiġu jiswew ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Ġorġ Pisani mistennija jitlestew f’Ottubru 2025.  Peress li dan il-progett huwa ibbażat fuq certified measured works , l-ispejjeż preċiżi jkunu magħrufa ladarba jiġi ċċertifikat ix-xogħol. Permezz ta’ dan l-investiment, se jitnaqqas it-traffiku li jgħaddi minn Triq ir-Repubblika għal dawk il-vetturi li jkunu jmorru lejn Marsalforn u l-inħawi tal-madwar.

Triq Sir Arturo Mercieca u Triq il-Vajringa – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru fiex waslu x-xogħlijiet qed isiru fi Triq Sir Arturo Mercieca, kantuniera ma’ Triq il-Vajringa? Jista’ jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol, kemm fiha tul, kemm huma stmati li ser jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet, u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlesta x-xogħol kollu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Sir Arturo Mercieca hija twila 170m. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew f’Ottubru ta’ din is-sena.

Wied tas-Salve Regina - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru f'parti mill-Wied tas-Salve Regina fir-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid meta ħarġet is-sejħa biex isiru dawn ix-xogħlijiet u kemm huma stmati li ser jiswew? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice relatati ma’ dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsistu x-xogħlijiet u x'tip ta’ monitoraġġ minn persuni kompetenti qed isir fuq ix-xogħlijiet li qed isiru fuq dan il-Wied?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-wied qiegħed jiġi mnaddaf mill-ħafna materjal li nġabar fih matul is-snin. Dan il-materjal kien kważi qed jimblokka għal kollox il-mgħodija tal-ilma. Is-sejħa għall-offerti li tkopri dawn ix-xogħlijiet hija CT 3004/2025 u l-ispiża fuq dan il-wied tinħadem malli jitkejlu x-xogħlijiet. Kumpanija mqabbda b’sejħa għall-offerti SPD3/2025/039 qiegħda timmaniġġja dan il-proġett. Din il-kumpanija flimkien mal-kuntrattur tax-xogħlijiet għandhom nies kompetenti (Key Experts) kemm fuq perizja, immaniġġjar tal-proġett, ta’ moniteraġġ ekoloġiku u nies kompetenti oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23925 fejn intqal li l-informazzjoni qed tinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28651.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 29482.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Sindki u Kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29970 u jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?  Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru?  Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta’ Sannat Għawdex - Triq it-Tabib Anton Tabone — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Triq it-Tabib Anton Tabone (magħrufa wkoll bħala ‘l-Qasam’), li twassal għad-daħla tar-raħal Ta’ Sannat, huwiex lest minn kollox, peress li f’dawn l-aħħar ġranet reġgħet infetħet għat-traffiku u ma baqax isir xogħol fiha? Jista’ jgħid għaliex ma ġietx asfaltata l-parti kollha ta’ din it-triq iżda ġie asfaltat ġenb wieħed biss tat-triq?  Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-ġenb tat-triq li ġie asfaltat huwiex lest minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq għandha tkun lesta fil-jiem li ġejjin.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 29482.

CT2130/2025 — RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex id-data tal-għeluq għas-sejħa CT2130/2025 - RECONSTRUCTION AND UPGRADING OF SEVERAL ROADS IN QALA AND NADUR, GOZO IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER WHICH CONSIDERS WIDER ENV. IMPACTS INCLUDING THE REPLACEMENT OF BURIED INFRASTRUCTURE li kienet it-18 ta’ Ġunju 2025, ftit sigħat qabel ma kellha tagħlaq ġiet estiża għat-28 ta’ Awwissu 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispjega qiegħda ddettaljata fil-Clarification 2, ippubblikata fuq is-sistema tal-ePPS, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Fontana Għawdex — Triq tal-Għajn - Bini mill-ġdid tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-bini mill-ġdid ta’ Triq tal-Għajn fil-Fontana, bejn Pjazza Santu Wistin u l-Knisja Parrokkjali, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid jekk it-tender ġietx abbozzata u f’liema xahar tas-sena 2025 hi mistennija li toħroġ din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux rapporti dwar l-istat ta’ din it-triq u jekk iva, min għamilhom? Jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet abbozzata u mistennija toħroġ fis-sena 2025.