Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17466 u 16127 u jgħid jekk sarux laqgħat bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun rigward il-bini ta' bus interchange fi Triq Birżebbuġa limiti ta' Bir id-Deheb, Żejtun? Jekk saru, x'tip ta' laqgħat kienu? Kif se jiġu milquta s-sidien tal-madwar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Pulizija u l-Gvern se jibdew il-proċess ħalli jiġġeddu l-karti tal-identità kollha u mhux nibqgħu bis-sitwazzjoni ta' eluf ta' karti tal-identità skaduti li qed jiġġeddu b'avviż legali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-karti tal-identità kollha huma validi għal kull effett tal-liġi. Min jixtieq ikollu karta ta' identità li turi skadenza fil-futur jista' jmur iġġedidha meta jrid.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk huwiex minnu li nhar it-23 ta' Ottubru 2006, meta l-Ministri ta' l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea iltaqgħu fil-Lussemburgu għall-ewwel miż-żewġ kunsilli organizzati mill-presidenza Finlandiza tal-Unjoni Ewropea u li fiha l-Kummissarju Stavros Dimas ta' dak iż-żmien kien anke kkommetta ruħu li jipprezenta proposta għal direttiva fuq id-delitti ambjentali per konsegwenza tal-istragi tal-Probo Koala - fejn allegatament ħafna mill-iskart tossiku li eventwalment wassal biex mietu u mardu nies innoċenti fil-Cote d'Ivoire ġie prodott waqt li l-vapur kien qiegħed fil-Contiguous Zone tagħna - Malta kienet l-uniku pajjiż li opponiet li jiġu riveduti l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar "transfontier waste shipments"? Għaliex ittieħdet din il-pożizzjoni?
Għandu records il-gvern Malti li l-Probo Koala kien qiegħed fil-Contiguous Zone tagħna jew addirittura fit-Territorial Waters tagħna fix-xhur preċedenti għal dawk t'Ottubru 2006? Kemm-il darba ġie Malta l-Probo Koala? Kien hemm xi ħadd minn ħdan l-awtorità responsabbli mis-sigurtà tal-baħar li ġibed l-attenzjoni tal-gvern li seta' kien qiegħed isir caustic washing fil-Probo Koala, jew kellu xi tip ta' informazzjoni f'dan is-sens il-Gvern Malti f'Ottubru 2006? Kien hemm xi awtorita oħra, bħall-MARPOL u oħrajn, li ġibdet l-attenzjoni ta' Malta li sar xi caustic washing fuq xi vapur fil-Contiguous Zone jew territorial Waters tagħna bejn l-2005 u l-2010?
Meta l-Gvern Malti beħsiebu jirratifika l-BAN amendments għall-Basel Convention on trade in hazardous waste? Għaliex għadu ma rratifikax dawn l-emendi minkejja li l-Unjoni Ewropea nnifisha rratifikathom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ftehim bejn il-Gvern u l-Harbour Management Company Limited
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Harbour Management Company Limited dwar il-privatizzazzjoni tal-Yacht Marina fl-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 229 fil-31 ta' Mejju 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-cruise ship żgħir Spirit of Adventure fil-5 ta’ April l-ewwel ipporva jorbot mal-baga tax-Xlendi u ftit wara telaq u tefa’ l-ankra ‘l barra mill-Imġarr? Jista’ jgħid kemm cruise ships huma mistennija jieqfu Għawdex mil-lum sal-aħħar tas-sena? Kemm waqfu mill-ewwel ta’ Jannar s’issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li l-cruise liner Spirit of Adventure li daħal Għawdex fil-5 t’April 2010 ma rnexxilux jorbot mal-baga tax-Xlendi minħabba l-kundizzjoni ħażina tat-temp u l-istat tal-baħar dakinhar. Għalhekk il-kaptan tal-vapur iddeċieda li jankra barra l-port ta’ l-Imġarr fejn kien aktar kenni.
Sal-lum, kien dan il-
cruise liner
biss li daħal Għawdex. Sa l-aħħar tas-sena hu mistenni li erba’
cruise liners
oħra jżuru Għawdex.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18737 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18664 u jgħid kemm hawn garaxxijiet li għandhom il-liċenzja biex jagħmlu l-VRT? Kemm-il test sar matul din is-sena, xahar b’xahar, mill-1 ta’Jannar sal-15 ta’Ġunju 2010? Kemm kellhom jerġgħu jsiru għax il-vetturi m’għaddewx mit-test?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hawn 37 garaxx li huma liċenzjati biex jagħmlu l-VRT.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid ġiex aġġudikat it-tender għall-bini taċ-Ċirkewwa Terminal? Jekk fl-affermattiv, min rebaħ dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għat-tenders għal xogħol ta' kostruzzjoni (civil works) għall-bini taċ-Ċirkewwa Terminal għalqet fl-1 ta' Lulju 2010. Għaldaqstant, il-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal bini ta' pont bejn Sant Iermu u l-breakwater ġiex aġġudikat? Jekk fl-affermattiv min rebaħ dan il-kuntratt u b'liema valur ta' xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender għall-bini ta' pont bejn Sant' Iermu u l-breakwater għadu qed jiġi evalwat.
B'referenza għar-recruitments li saru fis-sena 2009 u 2010 mal-MITA, jista' l-Ministru jgħid:
a) liema kienu r-
recruitments
li saru permezz ta'
external calls
u liema kienu f kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji;
b) liema kienu r-recruitments li saru permezz ta' internal callsu liema kienu f kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji? F'kull każ x kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti (occorrendo) għal dawn il-posts?
ċ) liema kienu d-direct appointments li saru mingħajr sejħa u x'kienu l-pożizzjonijiet u s-salarji f'kull każ? F'kull każ x'kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti? Fuq liema kriterji nħarġu dawn il-posts?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f’Malta fejn bejn is-sena 2000 u llum, seħħew l-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku? Kemm kienu l-inċidenti li seħħew matul dan il-perjodu f’kull waħda minn dawn it-toroq, sena b’sena, b’mod separat? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu ta’ natura fatali? X’passi ttieħdu biex jitnaqqsu l-perikli u biex jitnaqqsu l-inċidenti f’kull waħda minn dawn l-għaxar toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’ referenza għal Proġett ta’ Riabilitazzjoni tas-Salini u għal pjanti maħruġa minn Transport Malta għal triq ġdida biex tieħu post dik eżistenti fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm huwa stmat li se jkun hemm tmiem ta’ raba’ li se jittieħdu biex issir it-triq il-ġdida? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
b) kemm huwa stmat li se jkun hemm raba' li se jsir parti mill-Park tas-Salini? Kemm minn din ir-raba’ hija propjetà ta’ sidien privati?
e) kemm hemm sidien privati affettwati minn din il-proposta;
f) ittieħdet deċizjoni finali dwar dan il-proġett ;
g) hemm alternattivi għat-teħid ta’ din ir-raba’ biex issir din it-triq li qed jiġu kkunsidrati;
ġ) kemm se tiġi tiswa din it-triq;
h) x’ inhu t-timeline għal dan il-proġett;
ħ) saru konsultazzjonijiet mas-sidien;
i) saru konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx żvilupp biex il-pjanti li jinxtraw mill-Land Registry jkunu aġġornati skont l-aħħar żviluppi li jkunu saru fil-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta, Attard u Balzan — toroq sekondarji li qatt ma ngħataw wiċċ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' toroq fil-Mosta, Attard u Balzan ta' dawk it-toroq sekondarji u li qatt ma ngħataw wiċċ asfalt u tarmak u għalhekk huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li jagħmel dan ix-xogħol u jagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minstru jgħid kemm hawn bċejjeċ tal-baħar reġistrati? Ta' liema qies huma u kif dawn il-bċejjeċ tal-baħar huma reġistrati, jekk humiex għal skop ta' sajd jew sports jew jekk hemmx xi tip ieħor ta' reġistrazzjoni?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jiġu ċċekkjati l-bozoz fil-lanterni tat-traffic lights f'Malta kollha, peress li hemm diversi li mhumiex qegħdin jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha ftehim dwar il-manutenzjoni tat-traffic lights mad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li, skont l-istess ftehim, dan id-dipartiment regolarment jagħmel spezzjonijiet sabiex jisewwew bozoz ta’ traffic lights li jkunu nqatgħu.