Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – GAW Station ħdejn il-Fanal ta’ Ġordan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tingħalaq il-Global Atmospheric Watch (GAW) Station li tinsab ħdejn il-Fanal ta' Ġordan, Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx ħsieb li l-post imsemmi jieqaf jopera.

Pixxina Nazzjonali – tined neqsin u miksura

Question

Peress li fil-Pixxina Nazzjonali hemm diversi tined li huma neqsin u oħrajn huma miksura kif jidher fir-ritratti mehmuża, jista’ l-Ministru jgħid meta t-tined neqsin se jitwaħħlu u meta dawk imkissrin ser jiġu sostitwiti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni – rotot tat-trasport li mhumiex koperti mis-servizz ta’ Onboard Supervisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux ir-rotot kollha tat-trasport li jirkbu l-istudenti huma koperti mis-servizz ta’ Onboard Supervisor? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għal dan? Dan jgħodd ukoll għal studenti bi bżonnijiet speċjali.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ Onboard Supervisor hu provdut matul ir-rotot kollha kemm dawk tal-iskejjel Primarja u kif ukoll tar-Resource Centres, filwaqt li jiġi pprovdut ukoll Onboard Supervisor f’rotot tal-iskejjel Sekondarji u Medji jekk fir-rotta jkun hemm student/a li jbati minn xi kundizzjoni medika jew li teħtieġ attenzjoni speċjali.

Ministeru tal-Edukazzjoni – rotot tat-trasport offruti lil studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Onboard Supervisor jonqos biex ikopri r-rotot kollha ta’ trasport offrut mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-ħtiġijiet kollha tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kull student bi bżonnijiet individwali, u li jeħtieġ li jkollu onboard supervisor, għandu l-assistenza meħtieġa.

Skejjel Primarji – servizz tal-Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti fl-iskejjel primarji jibbenefikaw mis-servizz tal-Breakfast Club, imma studenti fl-iskejjel sekondarji ma jibbenefikawx minn dan is-servizz? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan il-ħsieb?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li fl-iskejjel sekondarji t-tfal jitħallew jidħlu kmieni b’superviżjoni organizzata, il-Breakfast Club isir fl-iskejjel primarji biss biex b’hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jwasslu lit-tfal qabel il-ħin tal-ftuħ tal-iskola.

Skejjel – Kapijiet tal-iskejjel – allowance addizzjonali

Question

Fid-dawl li f’ċerti snin, kapijiet tal-iskejjel kienu jgawdu minn allowance addizzjonali marbut skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-istudenti f’dik l-iskola partikolari, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan l-allowance m’għadux jingħata? Japprezza l-Ministru li kapijiet ta’ skejjel li għandhom aktar minn 600 student taħt ir-responsabilità tagħhom ikollhom aktar xogħol minn kapijiet ta’ skejjel li għandhom 200 student u jkollhom l-istess allowance?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Kuntrarju ta’ dak li qed jistqarr l-Onor. Interpellant, il-Kapijiet tal-Iskejjel jitħallsu allowance skont il-popolazzjoni tal-iskola hekk kif stipulat fil-ftehim settorjali tal-2017 bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers.

Skejjel – investimenti f’laboratorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’saret mill-wegħda ta’ €150 miljun investiment f’laboratorji fl-iskejjel tagħna? Jista’ jgħid liema skejjel ibbenefikaw u x’materjal ingħata jew ġie mibdul? X’fadal x’jiġi investit mis-somma inizzjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel – studenti tas-Seba’ Sena – għoti ta’ laptop

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta t-tfal tas-seba’ sena se jirċievu l-laptops li ġew imwiegħda fil-Baġit 2022, peress li s-sena skolastika 2022-23 se tispiċċa fi żmien erba’ xhur? Jaf li dawn l-istudenti issa jridu jistudjaw u jaħdmu x-xogħol tal-iskola u mhux f’Mejju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2673.

Skola tal-Imtarfa – studenti li ġew trasferiti għall-iskola tal-Imsida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tfal li ġew trasferiti mill-Iskola tal-Imtarfa għall-Iskola tal-Imsida ma ġewx trasferiti f'lokalità eqreb bħar-Rabat Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6580, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni temporanja ttieħdet sabiex għal din is-sena skolastika l-istudenti u l-istaff ikunu jistgħu jibqgħu flimkien għall-kumplament tas-sena akkademika.

Imtarfa – Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-Iskola Primarja tal-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarjament għall-istqarrija li saret mill-Onor. Interpellant innifsu fuq il-midja soċjali, nitolbu jirreferi għall-istqarrija maħruġa l-Ħamis 9 ta' Frar 2023 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni numru PR230217.

Skejjel – studenti f’learning centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti jattendu f’kull Learning Centre (jippreżenta lista għal kull ċentru) fis-sentejn skolastiċi li għaddew (2020-2021 u 2021-2022) u jgħid kemm minnhom ġew integrati lura fl-iskejjel rispettivi minn fejn intbagħtu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Gvern — servizz ta’ interpretu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom servizz ta’ interpretu, u fejn hemm tali interpretu jista’ jgħid minn liema lingwa għal liema lingwa hemm interpretazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Foundation for Tomorrow’s School – ftehim mal-Kunsill Lokali Marsaskala

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Ministeru jew il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) iffirmaw mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Għamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/Direct Order Ditta Prezz (VAT eskluż) Kia Picanto Mikrija 10 ta’ Jannar 2023 Call for Quotations C24M Hire and Leasing €11,289.60 (p.a) Kia Picanto Mikrija 10 ta’ Jannar 2023 Call for Quotations C24M Hire and Leasing €11,289.60 (p.a)

Skejjel post-sekondarji – Suġġett tal-SCDP bħala parti mill-entry requirements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji jirrikonoxxu l-iSports Career Developing Programme (SCDP) bħala parti mill-entry requirements tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ITS, l-MCAST, Giovanni Curmi Higher Secondary School u kif ukoll Sir Mikelanġ Refalo Sixth Form f’Għawdex, jirrikonoxxu s-suġġett imsemmi bħala parti mill-entry requirements tagħhom. Għaddej xogħol kontinwu sabiex aktar istituzzjonijiet jirrikonoxxu dan is-suġġett bħala parti mill-entry requirements tagħhom.

Ministeru tal-Edukazzjoni – servizz ta’ trasport lejn u mill-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rotta ta’ trasport hi offruta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni lejn u mill-iskejjel? Jista’, jekk jogħġbu, jaqsam id-data skont il-kulleġġi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: KulleġġRotot Għawdex51 Maria Reġina169 San Benedittu93 Santa Klara110 San Ġorġ Preca69 San Injazju85 Santa Margerita58 San Nikola75 Santa Tereża66 San Tumas More136 Oħrajn13

Ministeru tal-Edukazzjoni – studenti li jagħmlu użu mit-transport b’xejn lejn u mill-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta’ studenti li jagħżlu li jagħmlu użu mit-trasport b’xejn offrut mill-Ministeru lejn u mill-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika 2022/2023 b’kollox hemm 33,453 student li jagħmel użu mit-trasport b’xejn lejn u mill-iskola.

Skejjel – studenti li jagħmlu użu minn servizz ta’ trasport – rapporti dwar imġiba mhux xierqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar fl-aħħar sentejn (2021-22 u 2022-23) minn studenti, ġenituri, xufiera jew membri tal-istaff edukattiv dwar imġiba mhux xierqa ta’ studenti waqt li jużaw is-servizzzi ta’ trasport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.