B'referenza għan-numru ta’ siġar li l-Ministru qed jgħid li ġew imħawla mill-Ministeru tiegħu, jista' jgħid x’persentaġġ minnhom ġew importati minn barra minn Malta u x’persentaġġ tnisslu minn siġar lokali? Jista' jgħid ukoll xi spiża saret biex ġew impurtati dawn is-siġar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3888, 3418, 3208 u 2593 u jgħid jekk fil-ġonna tal-Argotti fil-Furjana
i) jistax jerġa' jibda jiffunzjona l-mekkaniżmu tal-logħob tal-ilma fil-funtana fil-pjazza
ii) tistax tiġi restawrata l-funtana tad-delfin tal-ġebel li ttiekel
iii) tistax l-istatwa ta' Djana li qiegħda fil-ġonna ta' San Anton terġa' lura fl-arzella li nbniet għaliha fil-ġonna tal-Argotti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3887, 3419, 3207 u 2591 u jara li fil-ġonna tal-Mall fil-Floriana jiġi rimedjat li:
i) il-kuruna tal-arma tal-bieb lemin u l-funtana tad-dniefel jinsabu miksura
ii) il-vaska tal-ħut mimlija ħmieġ
iii) ħafna pots jinsabu bla arbuxelli u fjuri?
Kemm jirriżulta li sewa r-riabilitazzjoni ta' dan il-ġnien fl-2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Is-suġġerimenti tal-Onorevoli Membru se jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4574 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' tender mgħotija lid-ditta SLR in konnessjoni ma' studji li saru jew għandhom isiru dwar l-ambjent EIS fuq l-impjant ta' Sant Antnin f'Marsascala?
Kemm ġiet tiswa din it-tender? Jista' jgħid jekk tħallasx l-ammont kollu dovut lill-kumpannija li għamlet jew kella tagħmel dawn l-istudji?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4123, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4545 u jagħti breakdown ta' kif intnefqet iċ-ċifra ta' €215,565 wied wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ċ-cifra ta’ €215,565 intefqet skond kif ġej:
Wied il-Għasel, 5,506
Burmarrad 84,395
Wied Qannotta, 906
Wied Għajn Riħana 1,009
Wied Bidni M’Scala, 11,373
Marsa
watercourse
66,410
Wied Qlejgha, 21,158
Wied Rmiedi, 3,402
Wied Inċita, 1,670
Wied Ħemsija, 1,600
Wied is-Sewda 15,500
Wied Morfu, 2,636
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4210, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4543 u jinfurmani meta ser jitlesta l-istudju u t-tfassil tal-programm in kwistjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-istudju u t-tfassil tal-program isiru b’mod kontinwu wied b’wied, matul is-sena. Hu maħsub li l-istudju u program fuq il-widien li ser insemmi jitlestew matul is-sena li gejja:
Wied Għajn Riħana
Wied Ħesri
Wied il-Luq
Wied il-Kbir
Parti minn wied il-Għasel
Parti mic-
Chadwick Lakes
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi partikulari qed jittieħdu biex il-problema tal-bumunqar l-aħmar fil-palm f'Malta, fil-fatt tiġi kkontrollata u ma tibqax tinfirex?
Billi l-energy certification of buildings mistennija tinbeda s-sena dieħla, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux ser isiru xi korsijiet partikulari għal dawk li huma interesati jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk iva, meta ser jinżammu dawn il-korsijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi l-Onor membru għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Nru 3728.
Rigward it-tieni parti, jien infurmat li
l-ewwel korsijiet dwar
energy performance certification
għal djar residenzjali hu maħsub li jibdew għal-nofs Frar 2009 u jkunu ta’ madwar 3 ijiem. Korsijiet oħra għal bini aktar ikkomplikat u li d-dħul fis-sehh tar-regolamenti dwarhom jibda f-Ġunju 2009 ser jibdew għal ħabta ta’ Mejju 2009.
Formoli għat-talbiet għall-għajnuna mill-bdiewa u raħħala
Question
Jista' l-Ministru jara li l-formoli għat-talbiet għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal bdiewa u r-raħħala jinkitbu bil-Malti għax peress li llum huma bl-Ingliż, mhux dejjem jiftehmu tajjeb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-formoli għat-talbiet għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa u raħħala ser ikunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Awtorità Maltija għar-Riżorsi — Chief Executive Officer
Question
B'referenza għas-sejħa għal ħatra ta' chief executive officer fi ħdan l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, jista' l-Ministru jgħid,
a) Kemm kien hemm applikanti?
b) Bediex il-proċess tal-għażla u jekk fl-affermativ kemm ġew intervistati persuni minn dawk li applikaw?
ċ) Jekk dan sar, il-post imtela' u jekk iva, minn min?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm 36 applikazzjoni għal din is-sejħa u l-proċess tal-għażla beda. S’issa l-post għadu vojt.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4117, jista' l-Ministru jgħid kemm intuża diesel u x'kienu l-ispejjeż għad-diesel u għall-manutenzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi sa issa ntużaw 811,700 litri ta’ diesel. In-nefqa fuq diesel matul is-sena 2008 kienet tammonta għal € 837,025.80 filwaqt li n-nefqa għall-manutenzjoni tammonta għal € 201,331.52.
Ta’ min jgħid li dan l-investiment huwa essenzjali fil-ħarsien tas-saħħa tan-nies. Permess tal-investiment li sar f’dan l-inċineratur ħalli jitratta skart problematiku ġie ffrankat investiment ieħor, kapitali u rikurrenti inkluż spejjeż fuq enerġija, li pajjiżna xorta waħda kellu bżonn jagħmel ħalli jilħaq mar-regolamenti ambjentali u standards internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2774 u 4064 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?
Riżorzi u Affarijiet Rurali — Karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma nxtrawx karozzi, iżda nkrew żewġ vetturi li jaħdmu bl-elettriku li ħadu post żewġ karozzi konvenzjonali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4004 u jagħti breakdown tal-ispiża li swiet s'issa biex jitħaddem l-inċineratur matul din is-sena? Jista' jinfurmani kemm-il darba kien sospiż l-operat tal-inċineratur minħabba ħsarat u kemm kienu l-ispejjeż f'ċifri ta' flus globali għal dawn il-ħsarat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ispiża biex jopera l-inċineratur għall-ewwel għaxar xhur kienet ta’ madwar €1.7 miljun. L-ispiża hija maqsuma hekk: € 0.23 miljun f’labour, € 0.88 miljun fi fuel u € 0.59 miljun f’utilities u nfiq ieħor.
Bejn il-perjodu ta’ Jannar – Novembru 2008, fl-impjant saru disa’ interventi biex jigu aġġustati xi partijiet u anke jissewwew ħsarat
li żviluppaw matul il-
commissioning
ta’ dan l-impjant. Waqt dawn il-perjodi ta’ ftit ġranet, l-iskart inħażen fil-
cold storages
u wara ġie trattat fl-inċineratur. L-ispiża kienet ta’ madwar €10,000. Din hija baxxa għax ħafna mill-
parts
u xogħol huma provduti mill-manifattur, peress li l-impjant huwa kopert mill-garanziji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4136, 3509 u 3122 u jgħid kemm il-Gvern Malti ikkommisjona studji dwar l-enerġija alternattiva wara r-rapport Mott McDonald ? Liema kienu? Fiex waslu u hemm xi ħsieb li jiġu ppubblikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li wara r-rapport Mott McDonald il-Gvern Malti ikkummissjona dawn l-istudji:
1. Studju imwettaq minn l-Awtorità Dwar ir-Riżorsi fis-sena 2005. Dan huwa ir-rapport intitolat
Offshore Wind Resource Potential in Malta.
2. Studju tal-Lahmeyer International ikkummissjonat mill-Awtorità Dwar ir-Riżorsi fejn l-enerġija alternattiva kienet ukoll ikkunsidrata fl-ambitu ta’ dan l-istudju. Ir-Rapport intitolat
Energy Interconnection Malta-Europe.
3. L-istudju minn kumitat ta’ esperti fuq l-enerġija mir-riħ. Ir-Rapport huwa intitolat
An Offshore Wind Farm
at Is-Sikka l-Bajda –
An Evaluation of Concerns from Government Stakeholders
’. Dan ir-rapport jissupera (jirrimpjazza) l-ewwel rapport imsemmi.
Ir-rapporti jiffurmaw parti minn proċessi oħra li jridu jwasslu għal deċiżjonijiet strateġiċi. Ma nsibx diffikultà li dawn ikunu ppublikati fil-mument adatt.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' tender mgħotija lid-ditta SLR in konnessjoni ma' studji li saru jew għandhom isiru dwar l-ambjent EIS fuq l-impjant ta' Sant Antnin f'Marsascala?
Kemm ġiet tiswa din it-tender? Jista' jgħid jekk tħallasx l-ammont kollu dovut lill-kumpannija li għamlet jew kella tagħmel dawn l-istudji?