Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5825 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5119, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-iskejjel li għamlu dawn il-fire drills?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellat li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6321 u jgħid għaliex l-iSports Career Development Programme (SCDP) mhuwiex rikonoxxut mill-MATSEC u ma jeżisti l-ebda eżami formali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarjament għal dak li ntqal, is-suġġett imsemmi jinkludi eżami formali li jsir b’mod diġitali. Għaddejjin id-diskussjonijiet neċessarji biex dan il-kors jiġi rikonoxxut mill-MATSEC.
Skejjel — Studenti li jagħmlu użu minn servizz ta' trasport - rapporti dwar imġiba mhux xierqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6325 u jgħid kemm-il rapport sar fl-aħħar sentejn (2021-22 u 2022-23) minn studenti, ġenituri, xufiera jew membri tal-istaff edukattiv dwar imġiba mhux xierqa ta’ studenti waqt li jużaw is-servizzzi ta’ trasport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6331 u jgħid x’saret mill-wegħda ta’ €150 miljun investiment f’laboratorji fl-iskejjel tagħna? Jista’ jgħid liema skejjel ibbenefikaw u x’materjal ingħata jew ġie mibdul? X’fadal x’jiġi investit mis-somma inizjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6880 u jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom servizz ta’ interpretu, u fejn hemm tali interpretu, jista’ jgħid minn liema lingwa għal liema lingwa hemm interpretazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ interpretu hu disponibbli għall-iskejjel kollha. Il-lingwi interpretati huma; l-Għarbi, is-Serb, l-Armen, l-Urdu, l-Ukren, ir-Russu u ċ-Ċiniż.
Ħad-Dingli – Skola Sekondarja – testijiet tal-kwalità tal-arja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux qegħdin isiru xi testijiet tal-kwalità tal-arja fl-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola, minħabba ammont ta’ trab kbir li jinsab fil-madwar minħabba barriera fil-viċin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, qatt ma ntalbu testijiet tal-kwalità tal-arja fl-iskola msemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4941, 5096 u 5826 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il AED hemm li mhux funzjonabbli fl-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5761 u jgħid kemm hemm LSEs jaħdmu f'Għawdex li ntbagħtu jaħdmu Għawdex mhux għax kien imisshom fil-lista ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta, iżda minħabba raġunijiet mediċi? Jista' jgħid, f'kull każ, kull waħda minn dawn l-LSEs kemm ilha/ilu taħdem/jaħdem f'Għawdex? Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu bħala LSEs f'Malta l-ewwel għaxar LSEs Għawdxin li hemm jaħdmu fi skejjel f'Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 26 LSE li minħabba raġunijiet mediċi jaħdmu f’Għawdex. Minn dawn is-26 LSE hemm min ilu jaħdem Għawdex 17-il sena u hemm min reċentement beda jaħdem dawn l-aħħar ftit xhur. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li minħabba l-privatezza tal-individwi, tali informazzjoni mhux ser tiġi ppreżentata.
Fir-rigward tal-ewwel għaxar LSEs Għawdxin, ninforma lill-Onor. Interpellant li ilhom matul dawn l-aħħar 20 sena jaħdmu fl-iskejjel f’Malta. F’dan il-każ ukoll, għar-raġuni ta’ privatezza, tali informazzjoni mhux ser tiġi ppreżentata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 l-MCAST xtraw 168 ktieb ġdid, filwaqt li sar investiment fuq 102 e-book ukoll. L-MCAST irċiviet ukoll 77 ktieb bħala donazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) qed jippjana li joffri diploma u degree fis-Social Work?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kamra multisensorja fil-Guardian Angel hijiex tintuża u jekk hemmx għalliema speċifikament biex taħdem mat-tfal f'din il-kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi diffikultajiet fil-MOCKS (Year 11) tal-Chemistry tal-iskejjel tal-Istat? Jista’ jgħid jekk jekk hux minnu li l-għalliema rċevew ċirkolari biex ma jinħarġux il-marki u biex il-karti tal-eżamijiet ma jinħadmux fil-klassi? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u jgħid x'ser ikun qed isir?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Kuntrarjament għal dak li qed jallega l-Onor. Interpellant, ma kien hemm l-ebda diffikultà fil-karta tal-eżami msemmija filwaqt li ċ-ċirkulari msemmija ma teżistix.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6725 u jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu fl-iskejjel tal-Gvern f'kull livell fejn hemm numru sostanzjali ta' studenti li mhumiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel jeżertiċaw inklużjoni wiesgħa u huma sensittivi għall-integrazzjoni soċjali ta’ studenti barranin. Fost il-miżuri meħuda hemm;
· Laqgħat mal-ġenituri fil-bidu ta’ kull sena skolastika jew meta jkunu rreġistrati l-istudenti;
· Familjarizazzjoni mal-ambjent fiżiku tal-iskola;
· Sapport materjali fejn ikun meħtieġ;
· Sistema ta’ “buddy” biex jagħtu sapport għall-integrazzjoni;
· Lezzjonijiet tal-Malti bħala lingwa barranija;
· Attivitajiet li jinvolvu ċelebrazzjoni tal-multikulturiżmu u d-diversità.