Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20443 u 20185 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20185.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nisa fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' nisa f'bordijiet, kumitati u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jindika n-numru totali ta' membri li kull wieħed minn dawn il-bordijiet, kumitati u entitajiet għandu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi — Calls for Application

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taht id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu il-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Meter reader

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-meter reader ma marx jaqra l-meters ta' dawl u ilma fil-ħin li kien indikat fit-toroq, li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, peress li r-residenti baqgħu jistennew għalxejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara l-investigazzjonijiet li saru min naħa tad-dipartiment ikkonċernat, jirriżulta li l-meters fit-toroq riferuti inqraw kollha.

Ħlas dovuti fuq kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallas l-aħħar kwart dovut lil dawk li kellhom kawża l-Qorti u nqatgħet favur tagħhom fil-kwistjoni tal-Bical meta dawn diġà rċevew il-bqija tal-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fondi tal-B.I.C.A.L. presentement jinsabu ibblokkati il-Qorti b’sekwestri minħabba il-kawżi li jinsabu jistennew is-smiegħ u d-deċiżjoni. Minngħajr deċiżjoni f’dawn il-kawżi u revoka tas-sekwestri, il-kontrullur ma jkunx f’qagħda li jagħmel xi ħlas. Huwa diffiċli li wieħed jgħid kemm ser jdumu dawn il-kawżi biex jiġu deċiżi. Nippreċiża li l-ammont dovut lid-depositanti, apparti il-kwistjoni jekk hemmx imgħax dovuta, hija ta’ kwint u mhux ta’ kwart.

Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-task force

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li ġew imqabbda biex jagħtu pariri lit-task force li ġiet imwaqqfa fuq il-futur tal-Air Malta u kemm qed jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Settur tal-Industrija Għawdxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma pprogrammati li jsiru fis-settur tal-industrija f’Għawdex mil-lum sal-aħħar tal-2013? Kemm hija stmata n-nefqa fuq dan il-programm? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’Jannar 2006 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xogħljiet ppjanati taħt il-Cohesion Policy 2007 – 2013, kif ukoll lista tax-xogħlijiet li saru mill-1 ta’ Jannar tal-2006 sallum qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20185 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20185.

għotja ta' flus biex ħaddiema jżarmaw il-mistier tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jagħti flus lix-xufiera tal-karozzi tal-linja u lill-ħaddiema tat-tarzna, lir-raħħala u bdiewa oħrajn ħalli min ikun jrid jista' jieħu dan il-grant ħalli jżarma mill-mistier tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-qbil li kien intlaħaq ma’ tal-linja huwa pubbliku. L-istess jista’ jingħad dwar il-privatizzazzjoni tat-tarzna. Il-bqija m’hemm l-ebda ħsieb li l-gvern iħallas lil xi ħadd sabiex iżarma mix-xogħol li qiegħed jagħmel.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kuntratti mogħtija għal xogħlijiet Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex kull sena mill-2004 ‘l hawn? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid għal liema xogħlijiet ngħataw dawn il-kuntratti? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24639.

Kuntratt bejn l-MIA u l-Kumpanija Awstrijaka

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Gvern għamel mal-Malta International Airport, jigifieri meta għadda l-Ajruport ta' Malta lil kumpanija Awstrijaka?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24422.

Kunsilli lokali — Uffiċċju amministrattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s-sid tal-uffiċċju amministrattiv tagħhom huwa l-gvern ta' Malta? Meta bdiet tgħodd il-kera? Kemm hi l-kera?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsilli lokali li jokkupaw Uffiċini Amministrattivi li s-sid tagħhom huwa l-gvern, bid-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kunsilli lokali — applikazzjoni biex jieħdu binja u/jew biċċa art

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-preżent għandhom applikazzjoni biex jieħdu binja u/jew biċċa art għall-użu tal-kunsill? X'inhu l-użu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet magħmula minn diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex biex jieħdu proprjetà tal-gvern u għal-liema użu dawn qegħdin jintalbu.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsum tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Dipartiment tal-Artijiet — ittra

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tal-Artijiet ma weġibx għall-ittra li bgħatt dwar l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ittra li qed jagħmel referenza għaliha ġiet imwieġba u mibgħuta lill-Onorevoli Membru fil-11 ta’ Frar 2011, fejn kien infurmat permezz ta’ email sabiex iressaq it-talba tiegħu, għan-nom tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar, peress li din l-awtorità hija responsabbli mir-reviżjoni ta’ kirjiet ta’ postijiet residenzjali.

Persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24631 u jgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll jagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Delimara Power Station — tender dwar l-electrostatic precipitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-gvern biex ma jaġġudikax it-tender dwar l-electrostatic precipitators tad-Delimara Power Station u jħassru? Meta mistenni jinħareġ tender ġdid? Xi skadenzi għandu l-gvern biex ikollu precipitators bħal dawn joperaw ħalli ma jiġix penalizzat mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta matul dawn l-aħħar xhur ħadmet kontinwament biex tiżviluppa u timplimenta modifiki fuq is-sistemi tal-combustion tal-boilers tal-power station ta’ Delimara. Dan wassal biex tnaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet. Aktar minn hekk, għandu jkun irrimarkat li dawn il- boilers diġà kienu compliant mad- dust emissions regulations għal żmien twil. B’dawn il-modifiki, il-livell tal-emissjonijiet mill-power station ta’ Delimara huma aktar baxxi mill-massimi stabbiliti mir-regolamenti.

Dipartiment tal-VAT — irregolaritajiet

Question

Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Departament? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.