Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f’Malta fejn bejn is-sena 2000 u llum, seħħew l-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku? Kemm kienu l-inċidenti li seħħew matul dan il-perjodu f’kull waħda minn dawn it-toroq, sena b’sena, b’mod separat? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu ta’ natura fatali? X’passi ttieħdu biex jitnaqqsu l-perikli u biex jitnaqqsu l-inċidenti f’kull waħda minn dawn l-għaxar toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ewwel tlett mistoqsijiet ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja ma' taqax fid-dekasteru tiegħi. Dwar l-aħħar mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 15397.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx żvilupp biex il-pjanti li jinxtraw mill-Land Registry jkunu aġġornati skont l-aħħar żviluppi li jkunu saru fil-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għadu kif intlaħaq ftehim bejn ir-Reġistru tal-Artijiet u l-MEPA sabiex din tal-aħħar tgħaddi l-basemap aġġornata tagħha lir-Reġistru bla ħlas u mingħajr dewmien. Dan l-eżerċizzju għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18389 u jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jagħmel studju dwar il-mod kif qed jiffunzjonaw it-traffic lights ħdejn il-Każin tal-Labour fl-Imsida, kemm fid-direzzjoni li tagħti mill-Imsida lejn tal-Qroqq, kif ukoll minn Tal-Qroqq lejn l-Imsida, għaliex dawn il-lights qed jikkawżaw dewmien esaġerat biex il-vetturi jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-ilment tiegħu lill-entita' konċernata.
Transport Malta — Crash Barrier fil-bypass tal-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji permezz ta' Transport Malta biex fit-Triq li tieħu minn l-Imbordin sal-bypass tal-Mellieħa, fl-inħawi tal-Miżieb, titwaħħal crash barrier fil-parti tat-triq li hi perikoluża ferm, minħabba li m'hemmx ilqugħ bejn it-triq u l-wied li qiegħed madwar sular iktar fil-fond?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18407 u jgħid x’investigazzjonijiet saru mill-MITA biex jiġi stabbilit jekk it-tagħrif li għaddiet id-Digital Borneo Ltd dwar kunflitt ta’ interess tad-ditta tal-konsulenti ma’ wieħed mill-offerenti fil-każ tas-sejħa għall-offerti M482/09 kienx minnu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha tal-investigazzjonijiet kollha li saru dwar l-istess każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18408 u jgħid x’passi se jittieħdu mill-MITA biex fil-futur ma jerġax ikun ripetut l-iżball li konsulenti jintgħażlu qabel isir magħruf min huma l-offerenti biex konsulenti u kumpaniji jiġu skrinjati sew biex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejniethom bħalma qed jingħad li ġara fis-sejħa għall-offerti M482/09?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18765 u 18376 u jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-gvern ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq hija responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta għalaq il-photovoltiacs tender tal-MCAST? Billi fl-information meeting intqal li d-delivery kellu jsir fi żmien 90 jum mill-award tat tender sabiex jintlaħqu ċerti deadlines tal-Unjoni Ewropea minħabba li dan huwa proġett part funded mill-Unjoni Ewropea nnifisha, kif jinkwadra dan it-time frame mal-fatt li bħalissa hemm nuqqas pjuttost serju ta' inverters fis-suq u ħafna inverter suppliers qegħdin jaċċettaw ordinjijiet biss kontra 100% tal-pagamenti kontra l-ordni? Jaħseb illi it-time frames ssuġġeriti huma raġjonevoli u jistgħu jintlaħqu? Kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet s’issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ordni reliġjuża teżisti fejn ir-reliġjużi jiġu esklużi kompletament minn wirt? Hemm liġijiet li saru jipprovdu kontra dan mindu pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-qasam marittimu li Malta għad trid tirratifika? Kemm ilhom pendenti biex jiġu ratifikati dawn il-konvenzjonijiet? Liema minn dawn il-konvenzjonijiet hu mistenni li jiġu ratifikati fil-futur qarib?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali li għandhom talbiet pendenti għall-approvazzjoni ta' sleeping policemen fil-lokalità tagħhom, quddiem Transport Malta? Kemm għandhom talbiet pendenti, individwalment dawn il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Speed camera fit-Triq li mix-Xemxija twassal għal Golden bay
Question
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq li mix-Xemxija twassal għal Golden Bay tiġi stallata speed camera (jew iktar minn waħda) biex ċertu abbuż ta' overspeeding jiġi kkontrollat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’kummenti għandu għall-fatt li wieħed mix-shareholders ta’ kumpanija li tifforma parti minn Manoel Island Yacht Yard Ltd, li ngħatat il-yacht yard ta’ Manoel Island min-naħa tal-Gvern, huwa ċ-Chairman ta’ Transport Malta, li huwa r-regolatur tal-qasam tat-trasport, inkluż dak marittimu? Jista' jgħid jekk jarax xi kunflitt ta’ interess?
Response (GATT, AUSTIN)
Transport Malta ma tirregolax u ma tilliċenzjax tarznarji bħalma hi l-Manoel Island Yacht Repair Yard bl-istess mod kif Transport Malta ma tirregolax u tilliċenzjax mekaniks jew sprayers tal-karozzi. Konsegwentament ma hemm ebda possibilita’ ta’ konflitt ta’ interess.
Chairman ta' Transport Malta — kumpanija li tmexxi l-yacht marina
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kummenti għandu għall-fatt li ċ-Chairman ta’ Transport Malta, li huwa r-regolatur tal-qasam tat-trasport, inkluż dak marittimu, għandu interess f’konsorzju ma’ kumpanija li tmexxi l-yacht marina? Jista' jgħid jekk jarax kunflitt ta’ interess?
Response (GATT, AUSTIN)
Apparti li Transport Malta ma tirregolax yacht marinas privati, ma nistax nifhem kif jista jkun hemm konflitt ta’ interess by association meta m’hemmx kunflitt fuq l-attivita innifisa li hi l-Manoel Island Yacht Yard. Li kieku jeżisti l-kunċett ta’ kunflitt by association - u sempliċement biex inġib eżempju - l-Onor Interpellant ikollu kunflitt f’kull materja li għandha x’taqsam mal-impjieg tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern ċentrali hux beħsiebu jirranġa u jagħti wiċċ ġdid lil Triq id-Dwejra, li twassal għad-Dwejra, limiti tar-Rabat? Jekk iva, meta huwa ppjanat li ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għal-lista ta' toroq residenzjali li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra snin ilu u li kellhom isiru mill-gvern peress li qatt ma kienu saru, jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' minn dawn it-toroq xi jsiru u liema huma? Kemm minnhom huma ppjanati li jsiru fix-xhur li ġejjin u liema huma? Kemm hu l-infiq mistenni fuq dawn it-toroq? Hemm xi toroq oħra li l-gvern impenja ruħu li jagħmel għalkemm jaqgħu fir-responsabilità tal-kunsilli lokali? Kemm se tkun in-nefqa fuqhom u meta se jsiru? Liema huma t-toroq li saru mill-gvern fl-2008 u fl-2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Fit-tnax il-xahar li ġejjin Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali mill-lista li semma l-Onor. Interpellant bi spiża ta' ċirka €4,450,000 u dan wara li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena diġa tlestew 46 triq residenzjali bi spiża ta' €1,700,000. Dawn it-toroq huma murija fl-elenku A u B li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Nispeċifika illi bit-terminu "toroq residenzjali" Transport Malta tifhem dawk it-toroq f'żoni urbani fejn hemm bini residenzjali u li qatt ma jkunu ingħataw tarmac u li għalhekk, bil-liġi, huma responsabilita tal-Gvern Ċentrali. Irrid ngħid ukoll illi se jsiru dawn it-toroq u mhux oħrajn li għad iridu jsiru, fuq il-bażi tal-proċess deċizjonali segwenti:
1. ingħatat priorita lit-toroq residenzjali li qatt ma saru fuq toroq oħra li diġa saru imma għandhom bżonn "re-surfacing" u li strettament huma responsabilita tal-Kunsill lokali imma li l-gvern hu kommess li jagħmel;
2. min fost it-toroq residenzjali ingħatat priorita lil dawk it-toroq fejn il-bini jkopri mill-anqas 75% tat-triq;
3. min fost dawn it-toroq, ingħatat priorita lil dawk it-toroq li jqumu l-anqas flus biex isiru sabiex hekk isiru kemm jista jkun toroq residenzjali din is-sena.
Darba jitlestew dawn it-toroq mill-lista originali ta' aktar min 500 triq li kienet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra xi snin ilu, jkun baqa biex isiru 87 triq residenzjali (Dokument C) li jiswew ċirka €4,500,000 u 41 triq (Dokument D) li r-"re-surfacing" tagħhom huwa responsabilita tal-Kunsilli Lokali imma li se jsiru mill-Gvern.
F'din il-leġislatura, sa Ġunju 2010 u eskluż ix-xogħol li sar fuq il-bini ta' toroq min fondi tal-Unjoni Ewropea, sar xogħol fuq 323 triq għal valur totali ta' €12,090,000. It-tabella ta' hawn taħt tagħti informazzjoni ta' kif dan kien maqsum, waqt li Dokument E li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra jagħti d-dettalji tat-toroq.
Fl-aħħarnett irid nispeċifika illi Transport Malta għandha taġġorna l-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jsiru peress illi nfetħu toroq oħra min meta saret l-aħħar lista.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rrangata l-bankina fi Triq l-Imdina mal-ħajt tal-Klabb tal-Boċċi San Bastjan, Ħal Qormi minħabba li saret perikoluża ħafna biex timxi fuqha filwaqt li din it-triq hija kkunsidrata bħala arterial road?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Burmarrad — Triq prinċipali - xogħol fuq il-bankina
Question
JiIsta' l-Ministru jara li x-xogħol arterjali fuq il-bankina (żewġ naħat) fit-triq prinċipali ta' Burmarrad issir, billi xi żmien ilu kien ingħad li kienet ħarġet tender biex isir ix-xogħol meħtieġ fuq din il-bankina, li minħabba l-kundizzjoni li tinsab fiha qed tagħti dehra kerha lill-istess post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.