Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1899 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individwu – investigazzjoni mill-pulizija/Ministeru/awtoritajiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux suġġett għal xi tip ta’ investigazzjoni mill-Pulizija jew mill-Ministeru jew minn xi awtorità oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1900.
Leg 13 PQ #238 Sitting 32 2017-10-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tax-Xandir — multi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-Awtorità tax-Xandir kemm-il darba, kemm u lil min, imponiet multi mill-2008 sal-lum, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #1897 Sitting 32 2017-10-19 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jaħdimx u/jew jirrapportax għax-xogħol f’Kastilja u jekk iva, meta sar dan l-ingaġġ u/jew impjieg, b’liema tip ta’ ingaġġ u/jew impjieg u b’liema tip ta’ kundizzjonijiet u f’liema sezzjoni ta’ Kastilja jaħdem?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1896.
Leg 13 PQ #1796 Sitting 29 2017-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #1747 Sitting 28 2017-10-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #1737 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistrazzjoni tal-Artijiet f’Malta u Għawdex

Question

L-artijiet f'Malta u Għawdex għadhom mhux kollha rreġistrati mar-Reġistru Pubbliku tal-Artijiet. Nifhem li mhijiex ħidma faċli, imma jekk kull biċċa art tkun reġistrata jkun ġie ssimplifikat proċess ta' riċerka burokratika u jiġu ffrankati ħafna flus lil terzi. X'inhi l-prijorità li għandu l-Gvern għal din il-ħidma f'din il-leġislatura? X'inhi l-istrateġija dwar dan ir-Reġistru? Hemm time frames? Kemm huma bħala persentaġġ dawk l-artijiet li huma rreġistrati? Kemm hemm impjegati li jaħdmu f'din it-taqsima proprju biex jirreġistraw l-art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellanat biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #1790 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ tal-passaporti – żjarat – chief of staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jieħu liċ-Chief of Staff miegħu fl-okkażjoni taż-żjarat li se jagħmel f'Dubai u Hong Kong in konnessjoni mal-bejgħ tal-passaporti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li lil min nieħu miegħi għal żjarat jiġi deċiż fil-waqt opportun. Nixtieq ukoll niċċara li Malta ma tbiegħx passaporti iżda għandha Programm ta’ Ċittadinanza b'Investiment bħal m’għandhom pajjiżi oħra Ewropej.
Leg 13 PQ #1791 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ ta’ passaporti – żjarat – chief of staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid iħossx liċ-Chief of Staff tiegħu m’għandux jakkumpanjah waqt mawriet b’rabta mal-bejgħ tal-passaporti ġaladarba dan jinsab investigat mill-Qorti tal-Maġistrati dwar reati serji ta’ ħasil ta’ flus u commissions fuq bejgħ ta’ passaporti u dan skont rapport uffiċjali tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-premessa tal-mistoqsija tiegħu hija fattwalment żbaljata.
Leg 13 PQ #1792 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ ta’ passaporti – attendenza f’avvenimenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għandux rabta kuntrattwali jew obbligu ieħor kwalunkwe sabiex jattendi u jipparteċipa regolarment għall-avvenimenti barra minn Malta marbuta mal-bejgħ tal-passaporti u/jew organizzati mid-ditta Henley & Partners?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le. Jien nattendi għal avvenimenti barra minn Malta biex inġib investimenti lejn il-pajjiż, u qatt mhu se naħdem kontra pajjiżna.
Leg 13 PQ #1426 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Identity Malta – ħruġ ta’ permessi tax-xogħol lill-ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu jew li hemm ippjanati li jittieħdu minn Identity Malta biex jitħaffef il-proċess għall-ħruġ ta' permessi tax-xogħol lill-ħaddiema barranin li jistgħu jaħdmu f'Malta biex tittaffa l-problema kbira li qed iħabbtu wiċċhom magħhom diversi intrapriżi, kbar u żgħar, meta jfittxu impjegati ġodda minħabba l-qagħda ta' full employment li hawn fil-pajjiż?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin numru ta’ tibdiliet fi ħdan id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Expatriates. Fl-aħħar ġimgħat ġew issimplifikati numru ta’ checklists applikabbli għas-settur tal-catering u low-skilled work. Beda jingħata s-servizz tas-single permits ġewwa Għawdex filwaqt li għaddej ix-xogħol sabiex jinfetaħ uffiċċju ġdid f’Evans Building, il-Belt, maħsub sabiex iħaffef il-proċess tat-tiġdid ta’ dawn il-permessi. Qed isir ukoll investiment fir-rizorsi umani ta’ dan id-dipartiment sabiex ikun jista’ jlaħħaq maz-zieda fid-domanda għall-permessi ta’ xogħol u residenza. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li kompliet tingħata assistenza individwali lil kumpaniji li jħaddmu persuni minn barra l-Unjoni Ewropea u tkompla wkoll is-servizz tal-Outreach Initiative, fejn Identity Malta żżur in-negożji u taċċetta applikazzjonijiet minn barra l-uffiċini tagħha. Żdiedu wkoll il-benefiċjarji taħt il-Key Employee Initiative li hija skema fejn persuni kwalifikati minn barra l-Unjoni Ewropea li jaqilgħu salarju ta’ €30,000 fis-sena jkollhom l-applikazzjoni tagħhom proċessata f’perjodu ta’ ħames ġranet tax-xogħol. Wara konsultazzjoni mal-korpi kostitwiti, Identity Malta għandha l-ħsieb li testendi dan il-proċess għal ħaddiema oħra barranin li huma speċjalizzati f’xi settur jew ieħor izda ma jleħħqux mal-kriterji ezistenti relatati mad-dħul.
Leg 13 PQ #1395 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta’ Wi-Fi b’xejn f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega x’ħidma qiegħda ssir mill-Gvern biex kemm Malta kif ukoll Għawdex ikomplu joffru servizz ta’ Wi-Fi b’xejn u ta’ kwalità f’postijiet meqjusin pubbliċi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-gvern ilu għal dawn l-aħħar snin jaħdem biex sena wara sena jiżdiedu n-numru ta’ postijiet pubbliċi li joffru WiFi b’xejn liċ-ċittadini. L-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) qed tikkontribwixxi b’ħidma diretta u matul l-2017 kompliet tikkollabora ma’ entitajiet oħra biex iżżid l-ammont ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sa Lulju ta’ din is-sena, l-MCA kienet qed tħaddem mat-340 WiFi hotspot fosthom 40 ġodda introdotti matul din is-sena. Sar ukoll xogħol ta’ upgrading fuq oħrajn eżistenti sabiex jingħata servizz dejjem aqwa lill-pubbliku. L-MCA qed taħdem sabiex f’kull belt u raħal f’ Malta u Għawdex jkun hemm tal-anqas erba' WiFi hotspots b’xejn. Il-mira hi li dawn jitilgħu għal 400 sal-aħħar ta’ din is-sena Sa Lulju 2017, in-numru ta’ nies li għamlu użu mill-WiFi hotspots installati mill-MCA kien ilaħħaq 2.6 miljun persuna, li kwart minnhom huma barranin.
Leg 13 PQ #1396 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għarfien dwar riskji ta’ użu ħażin mill-Internet fost it-tfal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sarux xi inizjattivi riċenti biex jissaħħaħ l-għarfien dwar riskji ta’ użu ħażin mill-Internet fost it-tfal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dan is-suġġett huwa għal qalb il-Gvern u l-ħidma fuqu ma tieqafx u ser tkompli tiġi sostnuta b’mod kontinwu speċjalment permezz tal-proġett ewlieni BeSmartOnline! li llum il-ġurnata qed jitqies bħala best practice anki fuq livell internazzjonali. Infakkar li l-BeSmartOnline! huwa proġett koordinat mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA), flimkien ma numru ta’ partners li jinkludu l-Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċju tal-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat tal-Kwalità u l-iStandards fl-Edukazzjoni u bl-għajnuna u l-appoġġ ta’ numru ta’ entitajiet oħra. L-għan tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jissaħħaħ l-għarfien fost tfal, żgħażagħ, għalliema, ġenituri u carers tat-tfal, sabiex meta t-tfal jiltaqgħu ma riskji assoċjati mal-użu tal-Internet, dawn ikunu f'pożizzjoni li jgħarfuhom u ma' jisfawx vittmi tal-Internet. Fost l-aħħar inizjattivi taħt dan il-proġett tnehdiet kampanja ta’ informazzjoni fl-iskejjel kollha madwar Malta u Għawdex, fejn qed jingħatatilhom diversi lezzjonijiet mfassla apposta bħala parti mis-suġġett tal- Personal, Social and Career Development. Għal dan l-għan ġew żviluppati numru ta' riżorsi fosthom: workbooks , ħrejjef bil-Malti miktuba għat-tfal, u logħba diġitali. Tenhdiet ukoll kampanja informattiva dwar il-privatezza u oħra fuq l-użu bilanċjat tal-Internet. Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena ġew organizzati numru ta' sezzjonijiet ta' għarfien mal-ġenituri f'bosta skejjel kif ukoll f’ numru ta’ postijiet ta' xogħol bis-sehem ta’ diversi entitajiet privati. B'kollaborazzjoni bejn Facebook u l-BeSmartOnline!, ġie wkoll organizzat seminar li fih l-għalliema ġew infurmati dwar il-miżuri li tieħu din il-kumpanija biex tipproteġi ż-żgħażagħ fuq dan il-midja soċjali. L-għalliema ingħataw ukoll pariri dwar kif jistgħu jgħinu l-istudenti meta jużaw il-Facebook.
Leg 13 PQ #1541 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: ROSIANNE CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strateġija tal-Gvern fejn jidħol il-kummerċ elettroniku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed tiġi aġġornata l-istrateġija li għandu l-Gvern fejn jidħol il-kummerċ elettroniku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-2014, il-Gvern adotta strateġija nazzjonali tal-kummerċ elettroniku li qed tiġi imwettqa mill- Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) bħala l-entità li tirregola dan is-settur. Minħabba l-fatt li l-kummerċ elettroniku huwa settur dinamiku ħafna minnu nnifsu, l-iżviluppi identifikati fl-Istrateġija jiġu riveduti u aġġornati kull sena, waqt li d-direzzjoni strateġika minnha nnifisha tiġi aġġornata kull sentejn. Il-proposti li fuqhom hija mibnija r-reviżjoni ġew imfassla minn grupp ta’ esperti magħmul minn diversi speċjalisti mill-industrija tat-teknoloġija diġitali u tal-kummerċ elettroniku. L-MCA ikkonsultat ukoll ma’ bosta stakeholders oħra sabiex tiġbor l-opinjonijiet u rakommandazzjonijiet ta’ dawn għal eserċizzju iżjed komprensiv. Din ir-reviżjoni teżamina l-istat kurrenti tal-implimentazzjoni tal-istrateġija u tindika l-passi li jmiss sabiex ikompli jissaħħaħ is-settur tal-kummerċ elettroniku f’Malta. Dawn huma minbnija fuq sisien imfassla li jħarsu biex dan ikun settur kreattiv, innovattiv, kollaborattiv, u flessibbli. L-erba’ pilastri li fuqhom hija mibnija l-Istrateġija huma: 1. li tkompli tiġġenera l-fiduċja fil-kummerċ elettroniku; 2. li tittrasforma l-intrapriżi ż-żgħar u tgħinhom sabiex huma wkoll jibdew jiffurmaw parti mid-dinja diġitali; 3. li Malta ssir kompetitur globali tal-kummerc elettroniku; u 4. li tgħolli l-livell tal-użu diġital tal-intrapriżi medji. Fost il-bosta miżuri li ġew proposti fir-Reviżjoni, l-Awtorità stabilixxiet żewġ inizjattivi parikulari, li fuqhom qiegħda taħdem bħalissa, sabiex il-miri ta’ dawn il-pilastri jiġu milħuqa u sabiex tagħti imbuttatura lin-negozji ż-żgħar u tiftħilhom iktar bibien għal opportunitajiet ġodda. Waħda minn dawn l-inizjattivi tirreferi għal programm ta’ taħriġ fuq il-kummerċ elettroniku li se jkun ipprovdut fuq pjattaforma onlajn. Dan il-programm ser ikun iffinanzjat minn fondi Ewropej. It-taħrig ser imiss ma’ bosta suġġetti differenti li għandhom xj’jaqsmu mal-kummerċ elettroniku, u ser ikun miftuħ għall-pubbliku ġenerali. Madanakollu, l-għan tal-MCA huwa li tilħaq lill-intrapriżi ż-żgħar u medji sabiex permezz ta’ dan it-taħrig, dawn ikunu kapaċi jirrikonoxxu l-benefiċċji tal-kummerċ elettroniku u jkunu mgħammra bl-għodod neċessarji sabiex jittrasformaw l-operat tagħhom għal wieħed diġitali. Il-programm ser ikun wieħed akkreditat u mqassam fuq medda ta’ ftit xhur. Il-fatt li dan it-taħrig ser ikun pprovdut onlajn jagħmel il-kors iktar aċċessibbli u flessibbli, żewġ benefiċċji ewlenin tad-dinja diġitali li l-MCA taspira li tippromwovi permezz ta’ din l-inizjattiva. Proġett ieħor li fuqu qiegħda taħdem l-MCA huwa l-Fast Trak, li ser jinvolvi sessjonijiet ta’ taħrig qosra fuq l-użu tal-midja soċjali fil-qasam tan-negozju. It-taħrig huwa mmirat lejn il-bejjiegħa ta’ negozji żgħar, bl-għan li fi ftit sigħat, dawn jagħrfu l-importana u l-vantaġġi ta’ presenza onlajn għal business tagħhom u jitgħallmu kif għandhom jagħmlu użu tajjeb minn dawn l-għodod diġitali. Apparti minn hekk, l-għan hu li wara dan il-kors, il-parteċipanti jkunu kapaċi jidentifikaw il-benefiċċji numerużi li jġib miegħu l-użu tal-midja soċjali, inklużi l-faċilitazzjoni tal-komunikazzjoni bejn il-bejjieġħ u l-klijent, promozzjoni iktar b’saħħitha tal-prodotti, mezz ta’ kif wieħed jista’ jidentifika x’inhuma jagħmlu l-kompetituri tiegħu f’dak is-settur partikulari, u kif il-midja soċjali tagħmilha faċli għall-klijenti sabiex isibu negozju partikulari, u b’hekk, tiġġenera iktar qliegħ għan-negozju. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi l-Awtorita’ hija kommessa li tkompli tkabbar dan is-settur u toħloq opportunijatiet ġodda għan-negozji.
Leg 13 PQ #201 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol legali jew konsulenza mingħand l-individwu msemmija jew id-ditta legali tagħha.
Leg 13 PQ #1051 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 104, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm transfer wiehed biss fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 13 PQ #1365 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: ALEX MUSCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Cyber Security Strategy – rendikont tal-inizjattivi u żviluppi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-inizjattivi u żviluppi li saru fir-rigward tan-National Cyber Security Strategy? Xi pjani hemm, kemm għal din is-sena kif ukoll għall-2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li marbut mal-għan tan-National Cyber Security Strategy (NCSS) għal għarfien nazzjonali dwar sigurta’ digitali: · Fl-ahhar kwart ta’ 2016, saret kampanja ta’ tagħrif li tolqot haddiema tal-Gvern involuti fix xogħol tal -infrasstruttura digitali u b’mod speċjali dawk li hadmu fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE tul l-ewwel nofs ta’ 2017; · F’Jannar 2017, tnehdiet kampanja ta’ għarfien nazzjonali ‘Sigurta’ Onlajn Ghalik’ immirata ghal udjenzi varji tas-socjeta u tal-ekonomija. Għaliha tnehdiet ‘Website’ www.cybersecurity.gov.mt u ‘Facebook page’ li l-MITA izzomm aggornati. Jintuzaw ukoll media diversi fosthom stazzjonjiet tat-TV u radju u gazzetti lokali sabiex jitwassal iktar għarfien; · F’Mejju 2017 giet organizzata Cyber Security Week fl-Esplora, immirata lejn it-tfal tal-iskola li għaliha attendew il-fuq minn 230 student; · Saru laqgħat ta’ konsultazzjoni mar-rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali dwar possibilitajiet ta’ mezzi ta’ gharfien lill-pubbliku in generali u mal -Junior College bil-għan li jsiru laqgħat apposta lill-istudenti. Bħala għan tal-NCSS ghal- dinja digitali iktar sigura mil-lat ta’ governanza, legislazzjoni u settur privat, l-NCSS, inbdew diskussjonijiet mal- · Kunsill Malti dwar Xjenza u Teknologija (MCST) sabiex jigu esplorati mezzi ta’ riċerka dwar sigurta’ digitali; · Uffiċċju tal-Avukat Generali dwar il-bzonn ta’ assessjar u jekk hemm bzonn revizjoni ta’ legislazzjoni kurrenti sabiex tigi assikurata li qed tolqot ahjar l-isfidi tas-sigurta’ fid-dinja digitali; · Ministeru dwar l-Ekonomija u Intraprizi z-zghar sabiex, hekk kif titlob l-NCSS, jittiehdu mezzi li bihom s-settur privat, specjalment l-intraprizi ¿-¿għar ikunu jistghu ihaddnu mezzi ta’ sigurta digitali fl-operat taghhom; · Critical Infrastructure Protection Unit taht l-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar thaddim tal-NCSS f’dak li jirrigwarda l-mizuri strategici u operattivi li jinpattaw operaturi ta’ servizzi digitali kif ukoll setturi ta’ servizzi meqjusa critici ghal-pajjiz, fil-kuntest tal- Network and Information Security (NIS) Directive tal-UE Bħala għan fl-NCSS għal kooperazzjoni nazzjonali u Ewropeja: · Tul is-sitt xhur tal-Presidenza tal- Kunsill tal-UE, tmexxa il-Horizontal Working party (HWP) dwar Cyber issues li fih inghata kontribut qawwi u siewi dwar diversi oqsma fosthom fis-cyber diplomacy fil-kuntest Ewropew u globali u gharfien dwar sigurta’ digitali l-iktar fost il-vulnerabbli tas-socjeta’ u ekonomija Ewropeja; · Issahhet partecipazzjoni attiva mal-OSCE fir-rigward tal-implementazzjoni ta’ Confidence Building Measures dwar sigurta digitali kif ukoll man-Nazzjonijiet Uniti fuq mizuri relatati. Filwaqt li huwa mistenni li tul is-sena d-diehla jitkompla xogħol bba¿at fuq dak li nbeda tul din is-sena hekk kif gie elenkat, huwa wkoll mistenni iktar diskussjoni u direzzjoni strategika fid-dettal mal-iSteering Committee il-gdid li għandu jitwaqqaf.
Leg 13 PQ #1366 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: ALEX MUSCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta’ Converge – parteċipazzjoni tal-Ministeri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ministeri li se jkunu qed jipparteċipaw fil-proġett tal-Converge? Xi proġetti hemm ippjanati u x’valur għandu kull proġett għal kull Ministeru separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li-informazzjoni hawn taht hija skont l-applikazzjoni sottomessa għas-sejħa ta progetti li kienet harget aktar kmieni is-sena l-ohra taħt il-programm “European Regional Development Fund 2014-2020 għal valur totali ta’ € 40,000,000. Dan l proġett hu maqsum fil Ministeri rispettivi kif ġej: Segretarjat Parlamentari ghas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazjoni fi hdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru · Technical Infrastructure Layer (€8,726,100) L-infrastruttura tikonsisti fl-iżvilupp ta’pjattaforma komuni li tinkludi diversi sub komponenti bħal “Data Services”, “Enterprise Service Bus”, “Identity Server”, “API Manager” u “Enterprise Mobility Manager” fost l-ohrajn. L-infrastrutura tal-hardware relatata mal-horizontal layer se tkun qiegħda tigi miżmuma fid-Data Centre tal-MITA; · Data Foundation Layer (€255,569) Permezz tad-Data Foundation Layer se jkun qiegħed jinholoq repozitorju baziku ta datasets li jkunu jistaw jigu utilizati minn sistemi diversi li jaqaw taht il-layer vertikali. Dan se jkun qiegħed jikontribwixxi lejn l-principji tal-“Open Government Data” u l-“Once Only Principle”. Il-Benefiċjarju qabad lil MITA biex tiehu hsieb l-implimentazzjoni ta dan il-komponent. Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali European Legislation Identifier (€800,500) L-izvilupp ta soluzzjoni għall-identifikazzjoni unika u l-aċċess tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea online. Notarial Archives (€385,000) Dan l-komponent se jkun immirat lejn l-iżvilupp tas-sistema Nutarili għad- Diġitizzazzjoni tal-Arkivji. Court eServices (€494,656) Dan il-komponent jinvolvi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta sistema ghal-immanigjar tal-kazi fil-qrati. Ministeru għas-Saħħa National eHealth Services (€9,179,144) Dan il-komponent jkoppri l-iżvilupp ta sett ta komponenti biex tissahah l-infrastruttura Nazzjonali komprensiva tas-Saħħa permezz tat-tekonologija. Ministeru għall-Finanzi Corporate Finance Management System (€12,825,368) Dan il-komponent se jinkorpora l-izvilupp ta sistema li se tkun strumentali għat-trasformazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-gvern, li se jwassal għar-riforma tal-accruals accounting. Customs Decisions System (€700,000) Din is-sistema se tkun qed tiffaċilita l-applikazzjoni relatata mad-dwana u proċessi ta awtorizzazzjoni għal depożiti magħmula minn operaturi ekonomiċi. Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali eDisaster Management System (€1,213,800) Dan il-komponent ikopri l-implimentazzjoni ta sistema ta immanigjar waqt dizastri nazzjonli. Din se tippermetti koordinazzjoni effetiva ta bosta aġenziji waqt sitwazzjoni ta emerġenza. Ministeru għat-Turiżmu Digital Tourism Platform (€3,333,714) Il-Pjattaforma tat-Turiżmu Diġitali hija intenzjonata biex isservi bħala assistent diġitali għat-turisti li qegħdin fuq żjara fil-Gżejjer Maltin. It-turisti se jkollhom il-possibbiltà li jniżżlu l-applikazzjoni fuq appart mobli mingħajr ħlas li permezz tieghu jistgħu jkollhom aċċess għal ħafna informazzjoni, bħal mużewijiet u Gonna pubbliċi. Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Business Portal Analysis Study (€35,400) Dan il-komponent se jkoppri studju li se jiddefinixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-portal tan-negozju li se jkun qieghed jigi zviluppat mil-Malta Enterprise aktar il-quddiem. Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Management Information System (€913,792) Is-Sistema ta Informazzjoni ta' Ġestjoni (MIS) se tistabbilixxi sors ta dejta komuni u analzi dettaljata biex tghin fl-operat u l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-sigurta socjali offruti lic-cittadin. Dan se jsehh, permezz ta uzu ta dejta mis-sorsi differenti.
Leg 13 PQ #1389 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Residence and Visa Programme — dħul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-Malta Residence and Visa Programme sal-aħħar ta’ Lulju? F’liema kont tal-Gvern qegħdin jidhru dawn il-flejjes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa l-ahhar ta’ Gunju 2017, l-Agenzija ta’ Residenzi b’Investiment, għamlet profitt ta’ € 1,243,815. Dawn ġew depozitati f’kont kurrenti tal-Agenzija.
Leg 13 PQ #1390 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Residence and Visa Programme — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet sottomessa taħt l-iskema tal-Malta Residence and Visa Programme minn meta din bdiet titħaddem?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru t’applikazzjonijiet sottomessi mill-bidu tal-Programm s’issa hu dak ta’ 200. Tajjeb li wiehed isemmi li l-applikazzjonijiet fethu f’Ġunju ta’ l-2016.
Leg 13 PQ #1391 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Residence and Visa Programme — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju mill-iskema Malta Residence and Visa Programme waslu dawn l-applikazzjonijiet: a) applikazzjonijiet li ġew approvati; b) applikazzjonijiet li ġew irrifjutati; u ċ) applikazzjonijiet li għadhom għaddejjin due diligence?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub: Applikazzjonijiet Approvati: Applikazzjonijiet li ġew pprovati u hadu ċ-ċertifikat tar-Residenza: Applikazzjonijiet li ġew approvati u għadhom iridu jigu sottomessi l "Final Proofs" 43 36 Applikazzjonijiet Rifjutati: 3 Applikazzjonijiet fi stadju tad- Due Diligence 118