Peress li fl-estimi għas-sena 2010 id-dejn pubbliku kellu jkun ta' €3.964 miljun u skont l-aħħar ċifra pubblikata d-dejn fl-aħħar ta' 2010 laħaq is-somma ta' €4169.9 miljun, jista' l-Ministru jispjega ż-żieda sostanzjali fuq il-mira oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-differenza fil-bilanċ tad-dejn pubbliku sal-31 ta’ Diċembru 2010, bejn l-aħħar ċifra pubblikata mill-NSO fit-30 ta’ Marzu 2011 (€4,169.9 miljun) u l-bilanċ li jidher fl-estimi finanzjarji tal-2010 (Appendiċi E - €3,964 miljun) hija dovuta prinċipalment għal erba’ raġunijiet:
1. żieda ta’ €84 miljun fil-bilanċ tat-
Treasury Bills,
li minn dawn €15 miljun għaddew b’self lill-Airmalta b’konnessjoni mal-istruttarar tal-kumpanija u madwar €25m bħala bilanċ residwu mill-operat ta’ self tal-Gvern;
2. żieda ta’ €28 miljun fil-bilanċ tal-
i
Stocks tal-Gvern li l-Gvern kellu jissellef biex jiġu mislufa lill-Greċja;
3. żieda ta’ €40 miljun fid-
deficit
tal-Fond Konsolidat bejn dak li kien hemm stmat oriġinarjament fl-estimi u dak attwali;
4. dejn ieħor (Ex-MDD €56 miljun; Euro Coins €41miljun u investiment fil-MGSF (€4 miljuni) li bħala rappurtaġġ ma jiġix irrapurtat taħt Appendiċi E tal-Estimi imma taħt tabella oħra fid-diskors tal-baġit.
Aktar dettalji ta’ dawn il-figuri jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wied il-Għajn — żvilupp tal-ġnien ta' quddiem il-knisja
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk hemmx pjanijiet biex il-ġnien ta' quddiem il-Knisja ta' Wied il-Għajn jiġi żviluppat? Jekk iva, x'inhi t-talba/talbiet u jista' jagħti d-dettalji kollha fuq din it-talba jew dawn it-talbiet skont il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Enemalta — profitt fuq il-prezz tal-petrol u diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent il-marġini tal-profitt tal-Korporazzjoni Enemalta f'Euros fuq il-prezz ta' kull litru petrol u diesel? Jista' l-Ministru jindika l-bażi ta' kif jiġi determinat dan il-marġini ta' profitt għall-Korporazzjoni Enemalta fuq kull litru petrol u diesel? Jista' l-Ministru jindika kemm kien il-profitt tal-Korporazzjoni Enemalta minn fuq il-bejgħ ta' petrol u diesel f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Tweġiba
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
VAT u Dipartimenti tat-Taxxa — riżorsi allokati u committed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżorsi allokati u committed mill-VAT u d-Dipartimenti tat-Taxxa fuq l-implimentazjoni tat-Tax Charter? Jista' jagħti informazjoni fuq dan iċ-charter?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel verżjoni taċ-Charter ħadmu fuqha numru żgħir ta’ persuni li fasslu l-ewwel qafas. Wara li dan ġie ċirkolat fost numru ta’ uffiċjali fid-dipartimenti konċernati, il-Gvern ħareġ verżjoni draft taċ-Charter mal-pre-Budget document. Intalab feedback ta’ korpi li setgħu jkunu interessati, bħall-Malta Institute of Taxation (MIT) u saret laqgħa ta’ konsultazzjoni ma’ l-MIT. Meta ġie finalizzat iċ-charter ġie mniedi mill-Ministeru tal-Finanzi fi Frar li għadda.
It-
Taxpayers’ Charter
fih ġabra ta’ drittijiet u dmirijiet tat-
taxpayers
, u jista’ jinqara minn fuq is-siti elettroniċi tad-Dipartiment tal-Informazzjoni kif ukoll tad-dipartimenti konċernati. Kopji
hardcopy
ta’ dan id-dokument jistgħu jinkisbu mill-istess dipartimenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24316, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-każ minħabba li l-familja sal-lum għadha ma ġietx ikkuntattjata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Call Centre ta’ l-ARMS prova kemm il-darba jagħmel kuntatt mal-konsumatriċi fuq il-linja fissa, li d-dettalji tagħha ġew ipprovduti lilna, iżda mingħajr ebda suċċess. Ġie mgħoti ukoll lilna, n-numru ċellulari tagħha u kemm il-darba ppruvajna ngħamlu kuntatt fuq dak in-numru, pero jew ma kienx hemm risposta jew inkella l-mowbajl kien mitfi.
Madanakollu, wara numru ta’ tentattivi, sar kuntatt. Jirriżulta li l-klijenta ma kellha l-ebda problema jew kwistjoni ma l-ARMS, iżda riedet informazzjoni rigward iċ-ċekk ta’ l-enerġija li għada ma rċevietx. Saret verifikazzjonijiet dak il-ħin stess u jirriżulta li ċ-ċekk inħareġ iżda l-klijenta irrispondiet li ma irċevitux. Wara li saret verifikazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor, irriżulta li dan iċ-ċekk issarraf.
quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24914 u jgħid x'inhu l-iqsar perjodu li jista' jingħata għas-sottomissjonijiet ta' quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern wara li jinħareġ l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24914.
Problema ta Drenaġġ f'Raħal Ġdid — Triq Żabbar u Triq Mater Boni Consigli u St. Joseph
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24537, jista' l-Ministru jgħid x'sar wara li kien hemm l-ilment? X'kien ir-riżultat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi saret spezjoni fuq il-post mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma u ma sabu xejn irregolari. Peress li hemm diversi residenzi fil-post indikat, nitolbu lil konsumatur affetwat sabiex iċempel lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma fuq il-freephone sabiex jiġi ikkuntatjat u issir spezjoni oħra kif ikun meħtieġ.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24583 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Tweġiba
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Tappira f'Raħal Ġdid — Triq San Ġorġ u Triq Schriber
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24538, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi wara t-tweġiba li ngħatat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol meħtieġ sabiex jitneħħa l-inkonvenjent rapportat, sar mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma l-ġimgħa li għaddiet. Jekk jerġa jkun hemm xi nkonvenjent ieħor, nitlob lill-konsumatur ikkonċernat sabiex iċempel fuq il-freephone u jirraporta l-problema.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23005, jista' l-Ministru jara x'ġara miċ-ċekk għax issa għadda ż-żmien mhux ħażin u din il-koppja anzjana ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan iċ-ċekk ser jinħareġ fil-ġranet li ġejjin.
Direttur tal-Kuntratti — parir tal-Avukat Ġenerali
Question
B'referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 24333 fejn qal li kien se jagħti struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jgħid x’għamel s’issa u x’sar s’issa f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara t-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 24333 id-Direttur tal-Kuntratti kiteb lil Avukat Ġenerali fejn spjegalu l-mistoqsijiet Parlamentari li qed isiru fuq dan is-suġġett, għaddielu kopji tal-kuntratt innifsu u mid-dokument tas-sejħa għall-offerti. Huwa talbu parir jekk fiċ-ċirkostanzi u fid-dawl ta’ leġislazjoni li tittratta dwar dokumenti ta’ kuntratti iffirmati bejn żewġ partijiet, jien nistax inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt mingħajr il-kunsens tal-kuntrattur.
L-Avukat Ġenerali għandu jgħaddi parir lid-Direttur tal-Kuntratti, u skont il-parir tal-Avukat Ġenerali nirrappurtaw fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tal-offerta li kienet ħarġet u li fuqha l-konsorzju li bena l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex ngħata ukoll it-tħaddim tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar bejn il-benefiċjarju u l-kuntrattur/i?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24591 u jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24591.
Enemalta — applikazzjonijiet għal meters tas-solar panels
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti fil-Korporazzjoni Enemalta għat-twaħħil tal-meters tas-solar panels? Jista' jgħid meta dawn se jitwaħħlu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm 479 applikazzjoni mhux proċessati. Hemm ukoll 166 applikazzjoni proċessati fis-SAP u mhux maħduma.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Gvern, l-Enemalta u l-Gerenal Workers Union qablu li jinħatar medjatur biex jipprova jgħin sabiex tissolva l-kwistjoni li teżisti bejn il-Korporazzjoni u l-GWU, konsegenza ta’ dan il-qbil, azzjonijiet miż-żewġ naħat tneħħew u b’hekk applikazzjonijiet pendenti jistgħu jibdew jiġu proċessati, inklużi dawk riferuti mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonferma x'se jiġri mill-ħlas ta' €46 li qed jintalbu l-applikanti għat-twaħħil ta' solar panel meters peress li fil-Parlament waqt mistoqsija supplementari l-Ministru indika li dan il-ħlas ma kellux jittieħed lill-konsumaturi peress li dawn il-meters kienu se jinbidlu xorta bil-proċess tal-ismart meters?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskors tiegħi fis-seduta Parlamentari tat- 8 ta’Novembru 2010 waqt id-dibattitu dwar il-Private Members Motion 172. Meta tkellimt dwar it-tneħħija taċ-charges relatati mat-twaħħil tal-feed-in-tariff meters, kont qed nirreferi għall-installation fee ta’ €300 għal single phase meter u €900 għal 3-phase meter. Il-€46.59 charge riferuta mill-Onor. Interpellant hija Administration Fee li tkopri x-xogħol involut fl-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu nħarġu r-riformi tal-gaming parlours, kemm-il liċenzja ngħatat sal-lum? Lil min ingħatat u f'liema lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Apparat Għall-Logħob ser jidħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2011 u għaldaqstant, l-Awtorita tibda tilqa’ applikazzjonijiet minn dik id-data.
Skemi ta' amnestiji mill-imgħax fuq tax income u NI
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskemi ta' amnestiji mill-penali u imgħax fuq income tax u national insurance għadhomx in vigore?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif diġà ntqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet preċedenti dwar l-istess suġġett, dawk li hu qed isejhilhom ‘amnestiji’ ma kinux amnestiji imma skemi - intenzjonati biex iħajru lil dak jiregolarizza ruħu mad-dipartiment billi jissottometti l-formoli u jħallas it-taxxa dovuta kollha, u fl-istess ħin jitnaqqsulu l-multi.
Minħabba li n-numru ta’ notifiki taħt it-tieni fażi tal-iskema kemm dwar taxxa propja kif ukoll dwar taxxa u bolla tal-ħaddiema kien kbir ħafna, u dawn kienu jirreferu għal ħafna snin, dawn ma setgħux jinħarġu kollha f’daqqa u għalhekk kellhom jiġu
staggered
. Barra dan, kien hemm numru ta’ taxpayers li kien għad baqgħalhom jibagħtu dokumenti neqsin – liema dokumenti kellhom ikunu l-bażi li fuqha tinħadem il-figura finali tat-taxxa dovuta. Għal dawn ir-raġunijiet l-iskema se tinżamm miftuħa sakemm jagħlaq iż-żmien li dawn qed jingħataw fuq in-notifika biex iħallsu.
Dipartiment tal-Vat u Dipartiment tat-Taxxa — refunds
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-refunds mid-Dipartiment tal-VAT u mid-Dipartiment tat-Taxxa kollha dovuti sal-lum? Kemm hu l-imgħax fix-xahar fuq dawn ir-refunds?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total tar-refunds dovuti mid-dipartiment tat-Taxxi Interni sal-lum huwa €39,549,084. L-imgħax fix-xahar huwa €296,618.
Sa l-aħħar tax-xahar mistennija joħorġu aktar refunds, u din il-figura tonqos b’madwar €13-il miljun oħra. B’hekk it-total tar-refunds li jkunu ħarġu minn Jannar s’April ikun kważi €32miljun.
Ir-rifużjonijiet mitluba u li nżammu mill-awdituri tad-Dipartiment tal-VAT sabiex jiġu vverifikati mill-uffiċċjali tad-Dipartiment, jammontaw għal €30,180,461.
L-imgħax li jitħallas fuq dawn huwa ta’ 0.75% fix-xahar mid-data li dawn isiru dovuti.