Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara l-ftehim settorjali mal-infermiera u l-qwiebel ta’ Settembru 2023, sarx kalkolu ħażin fiż-żieda, it-tnaqqis u d-differenza fl-allowances marbuta mal-overtime tal-istess infermiera u qwiebel, liema kalkolu żbaljat wassal biex numru konsiderevoli ta’ infermiera u qwiebel spiċċaw ħallsu taxxa ferm għola minn dik li normalment iħallsu?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13963 u l-każ li jġib miegħu n-numru tar-referenza: 5935/2023 li ntbagħat lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, jista’ l-Ministru jgħid x’ser isir wara li ġiet ikkuntattjata l-kumpanija li tieħu ħsieb il-kondominju tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li minnha ħiereġ likwidu ta’ kulur skur li jibda ħiereġ ta’ kull filgħaxija mill-ħamsa ta’ wara nofsinhar lil hemm?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
B’referenza għat-tweġiba parlamentari Nru 13963, ninsab infurmat li fit-18 ta’ Diċembru 2023, tkompliet l-investigazzjoni billi saret l-ispezzjoni neċessarja mill-uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali flimkien mal-kumpanija amministrattiva li tieħu ħsieb il-kondominju tal-fond indikat. Waqt il-ħin tal-ispezzjoni ġie kkonfermat li l-katusi huma kollha konnessi regolarment u wkoll waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma kien hemm l-ebda ħruġ ta’ ilma maħmuġ. Wara din id-data saru wkoll spezzjonijiet oħra minn ufficcjali għas-Saħħa Ambjentali, saħansitra fil-għaxija u qatt ma ġie nnutat ħruġ ta’ ilma minn din il-binja.
Minbarra li l-kumpanija amministrattiva li tieħu ħsieb il-kondominju ġiet avżata sabiex tibqa tissorvelja din il-binja saru wkoll spezzjonijiet mill-uffiċċjali ġol-appartamenti fejn ġie żgurat li ma hemm ebda konnesjonijiet bħal eżempju tal-
washing machines
li huma rregolarli. Dawn kollha nstabu li jarmu regolarment fid-drenaġġ.
Trabi li twieldu f'Malta u f'Għawdex nhar il-25 ta' Diċembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta u f'Għawdex nhar il-25 ta' Diċembru 2023? Jista' jgħid ukoll x'inhu s-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Trabi li twieldu f'Malta u f'Għawdex nhar l-1 ta' Jannar 2024
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta u f'Għawdex nhar l-1 ta' Jannar 2024? Jista' jgħid ukoll x'inhu s-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti time-frame ta' meta ser titlesta u tibda tiffunzjona l-MRI ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MRI temporanja ta’ 1.5 Tesla ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandha tibda tintuza matul Q1. Hu ppjanat li l-MRI ta’ 3.0 Tesla tibda topera qabel l-aħħar ta’ din is-sena minflok dik temporanja.