Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4472 u jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex mill-Voti tal-Ministeru tiegħu? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor membru li l-Ministeru qed jalloka s-somma totali ta’ Ewro 7,252,431 għal xogħol fuq iċ-Ċittadella f’Għawdex. Ix-xogħol imfassal hu estiż matul is-snin 2009-2013, u jinkludi studji meħtieġa, u interventi ta’ konsolidazzjoni u restawr tas-swar. 85% ta’ din is-somma hi ko-finanzjata minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea, u n-nefqa diretta tal-Ministeru sal-2013 hi ta’ Ewro 2,028,222. Minn din is-somma hu pjanat li matul l-2009 jintefqu Ewro 84,609.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3759, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju li kellu jsir fuq l-applikazzjonijiet għas-sussidju għall-bini tal-ħitan tas-sejjieħ? Jista' jgħid meta l-bdiewa se jibdew jieħdu l-ħlas tas-sussidju mwiegħed lilhom mill-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Aġenzija għall-Pagamenti għadha għaddejja bl-eżerċizzju ta' verifika dwar is-sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjiegħ fl-għelieqi u qiegħda toħrog il-pagamenti gradwalment għal dawk li jikkwalifikaw għal ħlas.
Council of European Energy regulators u European Regulators' group for Electircity and Gas — Attivitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha Malta fl-Unjoni Ewropea kemm-il darba l-Awtorità Maltija tar-Riżorsi ħadet sehem f’attivitajiet tal-Council of European Energy Regulators u tal-European Regulators' Group for Electricity and Gas ? Minn min kienet rappreżentata, x’kienu l-attivitajiet u x’kien l-input tagħna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorità ta’ Malta Dwar ir-Riżorsi hija membru tas-CEER u l-ERGRG, kif wkoll tal-MEDREG -il fergħa reġjonali tas-CEER li tinkludi fiha ir-Regolaturi tar-reġjun tal-Mediterran.
L-MRA hija attiva ħafna f’dan il-forum. Għandha rappreżentanza fil-kumitat Ad Hoc tal-MEDREG, (
Group on Institutional issues, Group on Electricity, Group on Gas, Group on Environment, RES and Energy Efficiency
). Issa ser tibda perjodu ta’ Vice Chairmanship tar-RES group.
Il-MEDREG s’issa kkonċentrat fuq ‘
comparative
u
benchmark studies’
biex tiddetermina
best practices
. Esperti ta’ l-MRA ħadu sehem f’dawn l-eżerċizzji. Ħadu sehem ukoll f’diskussjonijiet li saru dwar
grids
ta’ l-elettriku u gas fil-Mediterran, kif ukoll fuq il-
Mediterranean Solar plan
.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ l-MRA jattendi għall-Assemblea ġenerali tal-MEDREG, li issir darbtejn fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan t'azzjoni għandu l-gvern rigward ir-ristrutturar għall-industrija tal-apikultura u jekk għandux il-ħsieb li jifrex dan il-mestjier fin-Nofsinhar ta' Malta ?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin se jkun komplut u jibda jiffunzzjona in toto? Jista' jgħid ukoll:
a) Jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju dwar l-impatt li l-Impjant jista' jkollu fuq is-saħħa tar-residenti qabel ma jgħaddi għat-tieni fażi?
b) Jekk jaqbilx li l-espert tal-WasteServ Dr. Monks kien iddikjara pubblikament fit-22 ta' Settembru 2005 waqt il-laqgħa pubblika għall-approvazzjoni tal-Outline Development li dan l-istudju ma kienx sar għax iqum ħafna flus?
ċ) Jekk jistax ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju, rapport li l-Ministru għandu dwar il-potenzjal ta' impatt tal-Impjant fuq is-saħħa tar-residenti? Jaħseb li l-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR li tittratta dwar dan hijiex assolutament inkonklussiva, rudimentali u mhux tad-depth li dan is-suġġett jimmerita?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4944 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li r-roundabout ta' quddiem Kastilja fejn hemm Manwel Dimech, titneħħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din il-pjazza mhijiex inkluża fil-programm ta’ xogħlijiet tat-Taqsima tax-Xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5172 u jgħid minn min hu kompost il-bord tal-bennejja? Jista' jgħid mill-1987 'l hawn kemm-il darba nbidel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Bord tal-Bennejja jinħatar kull tlett snin u dak preżenti ġie maħtur fl-1 ta’ Jannar 2007 skond avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta’ Diċembru 2006. Nirreferi wkoll l-Onor Membru għall-website tal-ministeru fejn isib il-komposizzjoni tal-Bord.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-pont tal-Isperanza fil-Mosta jkollu fil-ġnub tiegħu il-ħajt tal-ilqugħ li tiżdiedlu filata oħra, għaliex maż-żmien bit-tarmac li ngħata naqqas l-għoli ta' dan l-ilqugħ li llum huwa biss ta' tliet filati u għalhekk qed joħloq periklu għal min ikun għaddej bil-mixi minn fuq il-pont?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Għammieri ġewwa l-Marsa? Huwa minnu li dan il-post se jinbidel f'xi ħaġa oħra u mhux se jibqa' jintuża kif inhu fil-preżent? Jekk fl-affermattiv, x'se jiġri mill-post u min-nies li jaħdmu f'dan il-post? Kemm huma n-nies li qed jaħdmu ġewwa l-Għammieri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Ministeru bħalissa għaddej b’eżerċizzju biex tiġi stabbilita l-funzjoni li għandu jieħu l-Għammieri fiċ-ċirkostanzi u realtà ta’ llum, fejn il-biedja lokali qed tagħmel avvanz fl-investiment tekniku u operattiv tagħha. Il-Gvern irid ikompli jaġġorna ruħu quddiem din ir-realtà ħalli jara x’funzjoni jista’ jaqdi l-Għammieri f’dan ir-rigward.
Bħalissa fl-Għammieri hemm 349 impjegat.
Agrikoltura — Kimiċi, erbiċidi, insettiċidi u fungiċidi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid x’kien l-ammont użat matul is-sena 2007 ta': -
a. Sterilitanti kimiċi biex jisterillizzaw il-ħamrija tas-serrer?
b. Erbiċidi totali li ntużaw biex jeqred l-ħaxix ħażin mit-toroq?
c. Erbiċidi selettivi mill-bdiewa biex jeħilsu minn ħaxix li mhux mixtieq fir-raba’ tagħhom?
d. Insettiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom mill-insetti?
e. Fungiċidi mill-bdiewa biex iħarsu l-prodotti tagħhom minn mard tal-moffa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku fl-informazzjoni li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni u jgħid:
Kemm saru random checks għal maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun importat minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Kemm saru random checks għal maximum residue level tal-pestiċidi fuq ħaxix għall-ikel bħal pastard, kaboċċi u frott li qed ikun imkabbar fl-għelieqi Maltin u Għawdxin?
Matul dawn ic-checks ġieli instabu xi prodotti li kellhom livell aktar għoli ta' pestiċidi minn dak stipulat mil-liġi?
Jekk fl-affermattiv, kien hemm xi bejjiegħ li kellu prodotti li kellhom aktar residwi ta' pestiċidi minn dak permess mil-liġi?
Kif mexa d-Dipartiment tal-Agrikoltura fuq dawn il-każijiet u x'inhi n-norma tad-dipartiment f'każijiet li l-prodotti jkollhom residwi ta' kimika aktar għolja mil-livel rakkmandat mill-WHO?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, iżda għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor Membru biex jiċċara għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid jekk il-Gvern hux qed joffri xi inċentivi lill-bdiewa biex jintuża l-kontroll bijoloġiku?
Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel reklamar sabiex iħajjar lill-bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u l-frott frisk bl-użu tal-kontroll bijoloġiku jinvestu aktar f'din is-sistema?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema bdiewa kienu qed jużaw il-kontroll bijoloġiku biex jikkontrollaw l-impatt ta’ nsetti li jagħmlu l-ħsara fuq il-prodotti tagħhom u jgħid liema predaturi jew insetti parassitiċi ntużaw u fuq liema pests intużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm 7 bdiewa li huma ċertifikati bħala produtturi organiċi filwaqt li hemm 5 oħra li qegħdin jaqilbu (in conversion)għal dan it-tip ta’ produzzjoni. Ma jinżammux rekords ta’ l-insetti li kull bidwi juża għall-kontroll bioloġiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4896 u jgħid x'kienu t-talbiet oriġinali ta' Malta qabel l-aħħar kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussels dwar il-Climate and Energy Package u kemm minnhom ġew milqugħa? Liema kienu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
It-talbiet ta' Malta li ġew diskussi fis-sena ta’ negozjati dwar il-Climate and Energy Package li laħqu l-quċċata tagħhom fil-Kunsill Ewropej tal-11 u 12 ta’ Diċembru 2008, huma miġbura fid-dokument li diġà kien ingħata lill-istampa wara l-Konferenza Stampa li ta l-Prim Ministru fi Brussel fit-tmiem tal-Kunsill Ewropej fit-12 ta’ Diċembru 2008. Dan qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li għad għandhom il-ħlas tas-sussidji pendenti fil-mument? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas?