Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-wegħda elettorali tal-partit fil-gvern li titneħħa t-taxxa li titħallas kull sena għal kull sett ta' tv, liema taxxa ġiet deskritta mill-istess manifest elettorali bħala li għadda żmienha?
Response (GATT, AUSTIN)
Deċiżjonijiet dwar tneħħija ta' taxxi ma jittieħdux minn dan il-Ministeru.
Jista' l-Minisatru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq San Pawl, Ħal Safi għadha magħluqa meta din kellha tinfetaħ mill-ġdid appena titlesta Triq Valletta Żurrieq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qabel ma tkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Valletta Żurrieq, Transport Malta rċeviet talba mill-Kunsill Lokali Safi sabiex Triq San Pawl tibqa’ one way. Din il-proposta saret fid-dawl ta' l-ammont tat-traffiku li żdied fiċ-ċentru ta' Safi u wara li evalwat ir-rikjesta kif ukoll it-toroq alternattivi li jistgħu jintużaw, Transport Malta approvat din it-talba.
Jista' l-Ministru jara li l-CCTV (street cameras) li hemm Għajn Rihana eżattament ftit 'l isfel mill-Knisja ta' Għajn Rihana fuq kull naħa li jibdew jiffunzjonaw stante li riċentament persuna mill-Mosta ġiet attakkata vjolentament u saret ħsara volontarja fuq il-vettura tagħha u min wettaq ir-reat ma setax jiġi rintraċċat peress li s-CCTV ma ffunzjonatx? Jara li din hija ta' natura urġenti ladarba anke hold up sar fuq l-istes parti tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fix-xhur li għaddew irċieva petizzjoni mingħand residenti minn Burmarrad dwar il-ħtieġa ta’ pelican lights fi Triq Burmarrad, f'Burmarrad? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol fuq dawn il-pelican lights waqa lura u issa ilu għaddej għal iktar minn xahrejn? Jista' jgħid meta huwa ippjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-traffic lights msemmija u x-xogħol ta' nstallazzjoni waqa' lura minħabba dewmien fil-proċeduri pubbliċi tal-offerti (tenders).
Jista' l-Ministru jara li hekk kif ġiet irranġata t-triq tal-ħabs meta ġie l-Papa, issa wkoll isib il-fondi biex tkompli tiġi rranġata Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, quddiem l-Għassa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara jekk il-bridge tal-Marsa (ħdejn id-dħul ta' Marsa Sports Ground) huwiex għoli skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid għaliex it-tabella ta' kemm hu għoli l-bridge għadha ma twaħħlitx? Meta se titwaħħal din it-tabella?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-għoli tal-bridge tal-Marsa kien iddisinjat skont specifications Ewropej u hemm sinjali li jindikaw l-għoli tal-bridge fuq iż-żewġ karreġjati.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proċess tat-tiġdid tal-Karti tal-Identità? Kemm huwa kkalkulat li jdum xhur il-proċess tat-tiġdid biex jiġi komplut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess tat-tiġdid tal-Karti tal-Identita` ser jibda wara li tiġi żviluppata s-sistema il-ġdida. L-iżviluppatur tekniku ta’ din is-sistema diġa ġie identifikat u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-MITA u dan il-kuntrattur dwar is-sistema l-ġdida. Hu mistenni li dawn id-diskussjonijiet jiġu konkluzi fil-ġimgħat li ġejjin u li l-iżvilupp tal-proġett jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta Transport Malta se tagħmel it-triq mill-Ħandaq għal Fortizza fil-konfini ta' Ħal Qormi u toroq li jagħtu għall-għelieqi fl-akwata u dan peress li jinsabu fi stat mill-aktar diżastruż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Ftehim bejn il-Malta Industrial Park u l-kumpanija Bryvarc
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'pakkett ġie miftiehem bejn il-gvern tramite l-Malta Industrial Park jew direttament mal-kumpanija Bryvarc ta' Għawdex u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim jew understanding li ntlaħaq? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija ingħatatx flus jew xi tip ta' grant in vista tal-investiment li din il-kumpanija kienet wegħdet li se tagħmel? Jista' in oltre jgħid x'passi qed jieħu l-gvern kontra din il-kumpanija li naqset milli tonora l-ftehim tant li dawn telqu mill-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet li ngħataw is-sidien t’opri tal-baħar li kienu jużaw il-yacht marina tal-Imġarr Għawdex biex ikomplu jużaw din il-marina?
Il-Gvern huwa konxju mill-petizzjoni miġbura fost dawn l-istess sidien? Jekk fl-affermattiv, se jkun qed jagħmel xi ħaġa biex jintervjeni f'din il-kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-"concession agreement" kien imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni kemm se ddum Transport Malta biex tagħti l-approvazzjoni sabiex il-kunsill lokali jkun jista’ jibda x-xogħol ta’ resurfacing ta’ Triq l-Arkati, f’Raħal Gdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-permess għax-xogħlijiet imsemmija ġie sottomess lil Transport Malta mill-kuntrattur f’isem il-Kunsill Lokali Raħal Ġdid f’Mejju 2010. Minħabba li l-Kunsill Lokali stess qed iżomm milli joħroġ il-permess qabel ma jiltaqa’ ma’ min hu konċernat u minħabba li fadal xi dokumenti li jridu jiġu sottomessi mill-kuntrattur u/jew il-Kunsill, Transport Malta mhiex f’pożizzjoni li toħroġ il-permess sabiex jibdew ix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemm xi pjan biex issir Triq Ċensu Farrugia, Msida? Jekk fl-affermattiv, hemm xi data? Jekk le, hemm xi raġuni għal dan?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18410 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kiteb il-bord tal-evalwazzjoni u tal-konsulenti dwar il-proposti sottomessi minn dawk il-kumpaniji li wieġbu għas-sejħa M482/09 tal-MITA?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18402 u jgħid fejn wasal l-impenn tal-Ministeru biex jipprovdi kenn mix-xemx u x-xita għaż-żwiemel tal-karozzini mogħti f’email tas-27 ta’ Awwissu 2009 bl-isem ta’ ‘Karozzini horses’ fejn il-Ministru kiteb: “I can assure you that the Malta Transport Authority is all for the creation of shelters for horses and is willing to pay for them itself provided that there is space where to erect them and that they are used by the cab owners.”? Mindu nkitbet din l-email kemm saru minn dawn ix-shelters għaż-żwiemel, fejn saru u kemm intnefqu flus minn Trasport Malta fuqhom? Jekk ma sarux għal liema raġuni dawn ma sarux u jekk hemm il-ħsieb li se jsiru, meta se jkun dan, filwaqt li tingħata breakdown dettaljata tal-infiq previst?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas — sejħiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18403 u jgħid kemm saru sejħiet s’issa bħala "Request for Proposals għall-Management and Operations of Organised Mooring Areas” mal-kosta ta’ Malta u Għawdex, fejn wasal il-proċess ta’ kull sejħa, minn min ġew evalwati l-offerti riċevuti u f’kull każ jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-evalwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18404 u jgħid kemm ġew magħżula operaturi għall-Organized Mooring Areas fl-ibħra ta’ Malta u Għawdex? F’kull każ min huma dawn l-operaturi? B’liema kundizzjonijiet ingħataw dawn l-Organized Mooring Areas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi, tul ta’ żmien u obbligi lejn l-istat u lejn dawk li jużaw il-faċilitajiet f’dawn l-areas filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt iffirmat għal tali operat rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
ħruġ ta' passaporti ġodda — protezzjoni minn abbuzi
Question
Jista' l-Ministru jispjega x' miżuri qed jittieħdu biex tiġi żgurata l-privatezza tal-individwi, il-protezzjoni minn abbuzi ta' data u assigurazzjoni ta' protezzjoni ta' data mill-awtorita' responsabbli mill-ħruġ ta' passaporti fid-dawl li fost id-data l-ġdida li qed tinżamm hemm il-marki tas-swaba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-data li tinġabar meta wieħed japplika għall-passaport ġdid tintuża biss għal-skopijiet ta’ passaport, skont ir-Regolament tal-Unjoni Europea 2252/2004, u biex tassigura is-sigurta` fil-passaport stess. L-immaġini tal-marki tas-swaba li jinżammu fil-passaport jintużaw biss meta wieħed jiġbor il-passaport mill-uffiċċju tal-passaporti u meta jaqsam il-fruntieri. L-uffiċjal jitlob l-individwu biex jivverifika li l-marki tas-swaba li hemm fil-passaport jaqblu ma’ dawk tal-individwu. B’hekk tassigura l-identita’ tal-individwu. Id-data fil-passaport hija issiġillata diġitalment u tista tinqara biss minn apparat awtorizzat.
L-infrastruttura hija mibnija b’sigurta’ kbira biex tevita xi intrużjoni mhux awtorizzata. Is-sistema tawditja x’jiġri meta l-
users
awtorizzati jużaw is-sistema u żżomm
audit trail
ta’ dak li jkun sar minn kull
user
.
Id-data biometrika li tinżamm fil-passaport, kemm l-immaġini tal-wiċċ u l-marki tas-swaba, qeda tinżamm ukoll fid-database pero’ mingħajr l-ebda
link
mad-data personali tal-individwu. B’hekk tkun teknikament aktar diffiċli biex tistabilixxi l-identita` tal-persuna li tagħha tkun id-data biometrika.
Meta jiskadi l-passaport, il-marki tas-swaba jinżammu fis-sistema għal sitt xhur, u wara jitħassru awtomatikament. Dawn is-sitt xhur huma kkunsidrati bħala l-inqas periodu possibli li jista’ jkun hemm bżonn biex jiġu investigati xi rapporti ta’ xi abbuż tal-passaport sad-data tal-iskadenza tieghu.
B'referenza għar-recruitments li saru fis-sena 2009 u 2010 mal-MITA, jista' l-Ministru jgħid:
a) liema kienu r-
recruitments
li saru permezz ta'
external calls
u liema kienu f'kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji;
b) liema kienu r-recruitments li saru permezz ta' internal callsu liema kienu f kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji? F'kull każ x kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti (occorrendo) għal dawn il-posts?
ċ) liema kienu d-direct appointments li saru mingħajr sejħa u x'kienu l-pożizzjonijiet u s-salarji f'kull każ? F'kull każ x'kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti? Fuq liema kriterji nħarġu dawn il-posts?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli bl-informazzjoni mitluba.