Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università tat-Tielet Età — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni attendew s’issa l-Università tat-Tielet Età, sena b’sena, mis-sena 1993 minn meta ġiet imwaqqfa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Sena akkademika Rġiel Nisa Total 1993 35 138 173 1993 – 1994 30 117 147 1994 – 1995 81 322 403 1995 – 1996 121 483 604 1996 – 1997 170 676 846 1997 – 1998 164 656 820 1998 – 1999 166 660 826 1999 – 2000 176 701 877 2000 – 2001 160 638 798 2001 – 2002 148 591 739 2002 – 2003 148 588 736 2003 – 2004 134 532 666 2004 – 2005 130 517 647 2005 – 2006 109 530 639 2006 – 2007 144 538 682 2007 – 2008 64 499 563 2008 - 2009 134 510 644 2009 – 2010 102 501 603 2010 – 2011 155 572 727 2011 – 2012 112 530 642 2012 – 2013 128 582 710 2013 – 2014 140 510 650 2014 – 2015 119 521 640 2015 – 2016 149 531 680 2016 – 2017 195 510 705 2017 – 2018 172 482 654 2018 – 2019 197 575 772 2019 – 2020 252 620 872 2020 – 2021 109 209 318 2021 – 2022 133 420 553 2022 – 2023 148 499 647

Campus Hub — kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-kera medja ġewwa l-Campus Hub li jinsab ħdejn l-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm Għawdxin akkomodati hemm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Campus Hub huwa operat minn operatur privat u l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali. L-Università m’għandhiex aċċess għaliha.

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – pubblikazzjoni tal-ktieb Mein Führer Adolf Hitler

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ktieb bl-isem 'Mein Führer Adolf Hitler' ingħata xi appoġġ u/jew għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u jekk fl-affermattiv, fiex u f’kemm f’termini ta’ flus kienet din l-għajnuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddisassoċċja ruħu mill-ktieb u l-kontenut tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li l-entita msemmija ma tgħat l-ebda għajnuna finanzjara u l-ebda appoġġ biex il-ktieb jiġi ppublikat, tant hu hekk li l-entita ma kinitx konxja tal-ktieb imsemmi.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagh, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ħal Far Model Flying Association

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4999, jista' l-Ministru jgħid għal liema post se tkun qed tiċċaqlaq il-Ħal Far Model Flying Association minn fejn hi ppjanata li ssir it-trakka tal-karozzi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija maħruġa mid-DOI numru PR220199 datata 13 ta’ Frar 2022.

Università ta’ Malta – korsijiet bis-sistema ta’ numerus clausus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari 5050 u jgħid liema huma l-korsijiet fl-Università ta' Malta li se jkollhom is-sistema ta' numerus clausus fid-dħul li jmiss u kemm se jkun in-numru ta' studenti li se jitħallew jidħlu f'kull wieħed minn dawn il-korsijiet universitarji? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għal dawn il-korsijiet din is-sistema titneħħa jew tinbidel u meta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li meta studenti jmorru jistudjaw f'universitajiet Ewropej minnħabba n-numerus clausus, dawn jibdew jieħdu refund tal-ispejjeż għall-istudji tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Minbarra li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li s-sistema hi kompletament fir-responsabbiltà tal-Università ta' Malta u l-Ministeru ma jindaħal bl-ebda mod f’tali deċiżjonijiet, jien infurmat li l-istess istituzzjoni tevalwa partikolarment il-ħtieġa li, f’kull kors, jinżamm il-livell meħtieġ ta’ edukazzjoni li tkun trid tingħata qabel tasal għall-konklużjonijiet tagħha. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rati li qed jiġu ċċarġjati mill-iskejjel tal-Istat għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għal qligħ, x'inhi r-rata tal-VAT użata u x'tip ta' rċevuta qed tingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta’ swali huma rregolati mill-Kunsilli tal-Iskejjel u r-rati jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi.

Remunerazzoni ta' Eks Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7245 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016/2017 Dr. Luciano Busuttil wettaq xi dmirijiet mal-Fakulta tal-Liġi u ġie mħallas €16 mill-Universita ta’ Malta (paga netta) f’Marzu tas-sena 2018. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; AIMS Eks MP Kariga Sena tal-kuntratt Remunerazzjoni Benefiċċji/perkaċċi Dr. Luciano Busuttil CEO * 2022 €44,354 €12,458 *(wara li ħarġet sejħa pubblika) Sport Malta Eks MP Kariga Sena tal-kuntratt Remunerazzjoni Benefiċċji/perkaċċi Dr. Luciano Busuttil Chairman 2018 €13,976.24 €5,415 2019 €13,976.24 €5,415 2020 €13,976.24 €5,415 2021 €13,976.24 €5,415 2022 €5,844.09 €2,273.91 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Eks MPs l-oħra ma ngħataw l-ebda ħlas la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi.

Għalliema li spiċċaw mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għalliema li spiċċaw mix-xogħol ta' għalliema matul din is-sena skolastika, fil-livell ta' kindergarten, primarju, sekondarju u post-sekondarju rispettivament? Kemm minn dawn l-għalliema, f’kull livell, spiċċaw mix-xogħol għaliex laħqu l-età tal-pensjoni u kemm spiċċaw għaliex irriżenjaw, għal kull livell?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li minn din is-sena skolastika ġew ingaġġati 59 għalliem regolari ġodda fl-iskejjel Primarji u 54 oħra fl-iskejjel Medji u Sekondarji, ninfurmah li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Għalliema li spiċċaw mix-xogħol Kindergarten 6 Primarja 25 Sekondarja 37 Post-sekondarja 5 Għalliema li jgħallmu livelli differenti 2

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Logħol tal-Pajjiżi ż-Żgħar — Faċilitajiet f’Għawdex li se jintużaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema faċilitajiet f’Għawdex ser jintużaw għal xi parti mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistennija jsiru f’Malta dalwaqt? Liema dixxiplini ser isiru f’dawn il-faċilitajiet? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm faċilitajiet oħra li kienu qed jiġu kkunsidrati li jintużaw għal dawn il-logħob iżda issa mhux ser jintużaw u fil-każ x’inhi r-raġuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-organizzazzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar hija fir-responsabiltà tal-Kumitat Olimpiku Malti u mhux tal-Gvern, madankollu l-Gvern jifhem l-importanza li dawn il-logħob għandhom kemm għal pajjiżna u wkoll għall-atleti u sportivi kollha u għalhekk qiegħed jagħti l-għajnuna kollha possibbli, inkluż dik finanzjarja lill-KOM.

Għawdex – Xewkija – Estensjoni taċ-Ċentru tal-Università

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4372 u 6381 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intiera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel — Fire Drills

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5825, 6640 u 7329 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5119, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-iskejjel li għamlu dawn il-fire drills?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 82 skola li fihom saret evacuation drill. Il-bqija tal-iskejjel huma mistennija li jagħmlu din l-evacuation drill fil-jiem li ġejjin.

Skejjel — Studenti li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport - Rappori dwar imġiba mhux xierqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6325, 6996 u 7330 u jgħid kemm-il rapport sar fl-aħħar sentejn (2021-22 u 2022-23) minn studenti, ġenituri, xufiera jew membri tal-istaff edukattiv dwar imġiba mhux xierqa ta’ studenti waqt li jużaw is-servizzzi ta’ trasport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rapport li jsir jiġi nvestigat mill-iskola konċernata u dan b’rispett lejn l-Indipendenza tal-Amministrazzjoni ta’ l-iskejjel.

Skejjel — Investimenti f'Laboratorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6331, 7009 u 7331 u jgħid x’sar mill-wegħda ta’ €150 miljun investiment f’laboratorji fl-iskejjel tagħna? Jista’ jgħid liema skejjel ibbenefikaw u x’materjal ingħata jew ġie mibdul? X’fadal jiġi investit mis-somma inizjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru qatt ma semmejt is-somma ta’ €150 miljun għal investiment f’laboratorji VET. Kien hemm investiment ta’ €10 miljun f’80 laboratorju madwar l-iskejjel sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex, ko-finanzjati b’fondi Ewropej fil-laboratorji VET, total li jikkonsisti f’bini ġdid, modernizzar, xiri ta’ apparat u tagħmir ieħor, bil-għan li l-istudenti jkomplu jingħataw l-opportunità jitgħallmu u jitħarrġu f’suġġetti vokazzjonali f’ambjent xieraq.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Laqgħa Data Pajjiż Informal meeting of ministers responsible for Higher Education, Research and Innovation 24-25 ta' Jannar 2022 Pariġi EYCS Council 28-29 ta' Novembru 2022 Brussels 5th European Education Summit 1 ta' Diċembru 2022 Brussels EYCS Council 7 ta' Marzu 2023 Brussels Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda laqgħa oħra li hi kkonfermata apparti l-lista t’hawn fuq.

Remunerazzjoni ta’ Eks Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — rapporti lill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel – ġbir tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskart li jintrema mill-iskejjel hux qed jiġi miġbur separat jew le? Jekk fin-negattiv, għaliex dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha jsegwu l-Iskeda Nazzjonali għall-Ġbir tal-Iskart li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2023.

Skejjel tal-Gvern — servizz ta’ interpretu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7020 dwar servizz ta' interpretu għall-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid kemm-il interpretu hemm disponibbli għal dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kif jitħaddem dan is-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ interpretu jsir mill-Community Liason Workers u li bħalissa hemm 9. Dan is-servizz hu offrut lill-kulleġġi kollha madwar Malta u Għawdex.