Konferenzi organizzati minn kumpanija – obbligu kuntrattwali ta’ attendenza
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx obbligu kuntrattwali kwalunkwe li xi Ministru, Prim Ministru jew rappreżentant ieħor tal-Gvern jattendi għal konferenza organizzati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk iva, x’inhu dan l-obbligu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw b’mod separat, ilu li sar pubbliku iktar minn sentejn u disa xhur, meta kien ippreżentat quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubblici ta’ dan l-istess Parlament. Id-dettal li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu jinsab f’dan il-kuntratt, li jgħid li minn żmien għal żmien il-gvern jibgħat rappreżentant tal-għazla tiegħu għal konferenzi organizzati mill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw b’mod separat. Huwa fl-interess tal-gvern li jkun irrappreżentat f’dawn il-konferenzi, biex bhal f’kull okkazjoni ohra barra minn xtutna, jiġbed lejn Malta iktar talent u investiment li jgib miegħu ikar holqien ta’ impjiegi u iktar ġid.
Attendenza ta’ Ministri oħra għall-konferenza ta’ kumpanija dwar l-IIP
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk qatt kienx hemm Ministru ieħor tal-Gvern, apparti hu stess, li qatt mar għall-konferenza tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-IIP? U jekk hu l-każ, min kien il-Ministru u meta u fejn mar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpelant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija din :
2013 L-Onor Edward Zammit Lewis Stati Uniti
2016 L-Onor Edward Zammit Lewis u l-Onor Dr George Vella Libanu
2016 L-Onor Owen Bonnici Renju Unit
2017 L-Onor Julia Farrugia Portelli Emirati Għarab Magħquda
Swiss Leaks – lista ta’ politically exposed persons
Question
Peress li f'Marzu 2015 il-Prim Ministru kien wiegħed li l-Gvern kien ser jippubblika l-lista ta' politically exposed persons imniżżla tal-hekk imsejjaħ Swiss Leaks wara li l-Gvern kien ġab il-lista kompluta, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jonora l-wegħda li huwa kien għamel fl-2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt infurmat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li l-investigazzjonijiet minn naħa tiegħu għadhom għaddejin u ma jinsabx f'pożizzjoni li jippubblika din il-lista.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlametari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li huma l-binja tal-Kummissarju Għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, l-binja tal -Information Management Unit (IMU) u l-binja tad-Dipartiment tal-Verifika Interna u Investigazzjonijiet li mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li qed issir ħidma anki teknika biex dawn isiru aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Uħud minn dawn il-binjiet ilhom iservu funzjonijiet pubbliċi differenti għal żmien twil.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Chief Printer hemm fl-Istamperija tal-Gvern u d-data ta’ meta kull wieħed assuma dan l-inkarigu? F'kull każ, jista’ jgħid fejn kien jaħdem kull persuna eżatt qabel ma beda jaħdem bħala Chief Printer?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iStamperija għandha żewġ Chief Printers. Wieħed inhatar fil-21 t’Awwissu 2015. L-ieħor inhatar fl-20 ta’ Mejju 2017. Il-proċess li wassal ghal din il-hatra kien beda lejn tmien l-2016. Iż-żewġ Chief Printers ġew ingaġġati skont il-ftehiem kollettiv eżistenti u skont il-proċeduri tas-servizz pubbliku. It-tnejn kienu jahdmu fl-Istamperija tal-Gvern stess.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 89 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Malta-UK Business Promotion Task Force? Jista’ jgħid jekk ġewx preparati xi rapporti li ġew sottomessi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Malta-UK Business Task Force ltaqa’ erba’ darbiet, kważi laqgħa kull ħmistax, min kemm ilu mwaqqaf. Il-laqgħat saru fl-4 ta’ Settembru, 18 ta’ Settembru, 6 ta’ Ottubru u 20 ta’ Ottubru.
Bħala Prim Ministru jkolli laqgħat regolari maċ-Chairman tat-Task Force Joseph Zammit Tabona.
Nhar it-Tnejn 6 ta’ Novembru 2017 indirizzajt laqgħa ma’ business leaders fir-Renju Unit li kienet organizzata mis-City of London b’kollaborazzjoni mal-Malta-UK Business Task Force.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li bejn Marzu 2008 u Frar 2013, l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, kien ingħata żewġ direct orders minn żewġ entitajiet fid-dekasteru tiegħi li kienu l-Malta Gaming Authority u l-MITA.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li ma kien hemm l-ebda ilment minn haddiema b’diżabilitá fid-dekasteru tiegħi.
Servizz Pubbliku – ingaġġ ta’ Senior Principals u Assistant Principals
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu ngaġġati Senior Principals u Assistant Principals fi ħdan is-Servizz Pubbliku? Jista' jgħid fl-aħħar sentejn kemm ġew ingaġġati Senior Principals u Assistant Principals ġodda fis-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat li l-proċess ta’ ngaġġar ta’ Senior Principals u Assistant Principals miexi skont il-proċeduri applikabbli mħarsa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Infurmat li tul l-ahhar sentejn ġew appuntati 7 Assistant Principals filwaqt li Senior Principals ma kien hemm xejn.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 59 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li hemm 17 il-ħaddiem fl-entitajiet fid-dekasteru tiegħi li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-ewwel parti tal-eżami li sar għas-Senior Principals mas-Servizz Pubbliku li ħarġu f’Mejju 2017, ir-riżultat finali li ħarġu f’Awwissu 2017 u r-riżultati li ġew ippubblikati f’Ottubru 2017 wara li saru l-petizzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li ntalbet l-opinjoni tal-Public Service Commission u d-Data Protection Office, ġejt infurmat li r-riżultat tal-eżamijiet huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant ma jistax jingħata flimkien mal-ismijiet a bazi tal-Protezzjoni tad-Data.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 44 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.